Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dolceria f'San Ġwann

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija dwar il-fatt li dolceria f'San Ġwann li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qegħda topera kontra l-liġi minkejja li d-diriġenti tilfu kawża fil-qorti tant li skond rapporti li wasluli mill-ġirien qegħda topera kważi 24 siegħa kuljum, fejn b'konsegwenza ta' dan qegħda toħloq irwejjaħ, ħsejjes u inkonvenjent għal dawn ir-residenti f'ħinijiet varji tal-ġurnata? Jista' jiġi kkonfermat jekk dan id-dulċier hux qiegħed jopera skond il-provvedimenti tal-liċenzja li għandu u jekk fil-fatt għandux liċenzja biex jopera?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija għamlet u ser tkompli tagħmel spezzjonijiet fl-istabbiliment imsemmi mill-Onor. Membru. Infurmat ukoll illi kull meta rriżulta li kien hemm xi ksur tar-regolamenti jew tal-kondizzjonijiet tal-liċenzja, l-Pulizija dejjem ħadet passi skond il-liġi. Fil-fatt infurmat ukoll illi kien hemm diversi proċeduri puddiem il-Qorti li ġew deċiżi, filwaqt li hemm oħrajn li għadhom pendenti quddiem il-Qorti.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li weħlu piena ta' ħabs din is-sena? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm weħlu u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li weħlu sentenza matul din is-sena kien ta’ mitejn u tlett (203) irġiel u għaxar (10) nisa. Bejniethom dawn ingħataw mitejn u tmienja u disgħin (298) sentenza. Tul tas-sentenzi:- Bejn ġurnata u xahar 80 Bejn 16-il sena u għoxrin sena 1 Minn xahar sa tlett xhur 38 Għoxrin sena u aktar 1 Bejn tlett xhur u sitt xhur 38 Għomor 0 Bejn sitt xhur u sena 37 Mental Health Act 2 Bejn sena u sentejn 34 Meħlusa 3 Bejn sentejn u erba’ snin 29 Mogħtija probation 8 Bejn erba’ snin u tmien snin 7 Sentenza sospiża 12 Bejn tmien snin u tnax-il sena 5 Multa 2 Bejn 12-il sena u sittax 1 Ir-reati li dwarhom ġew sentenzjati:- Theddid 12 Arrest illegali 4 Tibdil ta’ multi/spejjeż perizjali f’ħabs 100 Ksur ta’ kundizzjonijiet 5 Konnessi ma’ droga 41 Traffiku 6 Grieħi ta’ natura gravi 9 Prostituzzjoni 3 Serq 65 Omiċidju/attentat 7 Stupru, indiċenza, relatati ma’ sess 7 Oħrajn 28 Ħsara volontarja 5 Frodi/Miżappropazzjoni/Falsifikazzjoni 6

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid illum kemm hemm ħabsin? Kemm minn dawn qegħdin hemm wara sentenza tal-qorti u kemm hemm fuq arrest priventiv? Kemm minn dawn huma nisa? Kemm hemm barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-31 ta' Awissu 2006, kien hemm tlett mija u ħamsa u erbgħin priġunier (345). Maltin 212 irġiel u 9 nisa Barranin 119 irġiel u 5 nisa Maltin sentenzjati 168 irġiel u 5 nisa Maltin arrestati 44 irġiel u 4 nisa Barranin sentenzjati 54 irġiel u 5 nisa Barranin arrestati 65 irġiel u 0 nisa

Pulizija mressqa quddiem bord tad-dixxiplina

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu pulizija quddiem bord tad-dixxiplina tal-korp din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u l-5 ta' Ottubru ta' l-2006, kien hemm erba' membri tal-Korp illi dehru quddiem Bord tad-Dixxiplina skond Regolament 20 tar-Regolamenti ta' l-1999 tal-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta' Dixxiplina). Kien hemm ukoll 292 membru tal-Korp tal-Pulizija li għaddew proċeduri interni ta' dixxiplina sommarji dwar xi reati kontra d-dixxiplina kif kontemplati fit-Tielet Skeda ta' Kap 164.

Pulizija li spiċċaw mill-korp

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm spiċċaw persuni mill-korp tal-pulizija din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u d-19 ta' Ottubru ta' l-2006, kien hemm b'kollox 32 membru li spiċċaw mill-Korp tal-Pulizija. Minn dawn, 13 irtiraw bil-pensjoni wara li għalqu il-25 sena servizz, 7 irtiraw minħabba raġunijiet ta' saħħa, 11 irriżenjaw u 1 miet.

Pulizija — Armi tan-nar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġew użati armi tan-nar mill-pulizija din is-sena waqt il-qadi ta' dmirijiethom? Kemm-il darba nfetaħ in-nar fuq membri tal-korp tal-pulizija din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, kien hemm okkażjoni waħda fejn il-Pulizija kellha tuża armi tan-nar wara li kien infetaħ in-nar fuqha. Kien hemm ukoll ħdax il-każ ieħor fejn ġew sparati tiri ta' twissija mill-Pulizija.

CCF — Priġunieri li qed isegwu kors ta' studju

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm prinġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin li bħalissa qed isegwu xi tip ta' kors ta' studju? Hemm min qed jistudja għal xi suġġetti fil-livell ordinarju? Hemm min qed jattendi kors fl-Universita'? Jekk iva, liema huma dawn il-korsijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hemm 56 priġunier li qegħdin jattendu l-korsijiet kurrenti li jiġu mgħallma. (Persuna tista' tkun qegħda tattendi aktar minn kors wieħed) Infurmat ukoll illi hemm wieħed li qiegħed jagħmel kors Ordinarju fil-European Computer Driving Licence u tnejn jattendu l-Universita' fejn wieħed qed isegwi kors fil-Bachelor of Artsu ieħor fil-lingwa Għarbija.

Gżira — Garaxx ta' mechanic u sprayer

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex jiġu ndirizzati l-problemi ndikati f'mistoqsija parlamentari 21121?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija bdiet proċeduri quddiem il-Qorti għall-ksur tal-kondizzjonijiet sabiex issir attivita' kummerċjali skond it-Tieni Skeda ta' l-Avviż Legali 1 ta' l-2006.

Postijiet tal-gvern — Ħlas ta' kera

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew inkwilini li jgħixu f'post tal-gvern li ma ħallsux il-kera dovuta lill-gvern, sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ebda inkwilin li jgħix f'post tal-gvern, amministrat mit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, ma ġie mkeċċi bejn is-sena 2000 sal-lum għax ma ħallasx il-kera dovuta.

Postijiet tal-gvern — Recognition orders

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħarġu recognition orders lill-inkwilini li daħlu f'postijiet tal-gvern u ma kienux l-inkwilini rikonoxxuti, sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Kunsill Lokali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana jekk huwiex permissibbli li l-kunsill lokali jkollu sistema ta' petty cash, cioe' ħlasijiet jitħallsu minn fond ieħor ta' petty cash, dawn huma kkonsidrati ħlasijiet li suppost saru skond il-kondizzjonijiet finanzjarju tal-kunsilli? Huma soġġetti għall-audit? Huma soġġett għall-approvazzjoni mill-kunsilli rispettivi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi Kunsill Lokali jista' jżomm sistema ta' petty cash. Dan hu fond ta' flus kontanti li minnu jitħallsu kontijiet li ma jaqbżux l-Lm 10. Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jistabilixxi lista ta' transazzjonijiet li jridu jsiru mill-petty cash. Din il-lista li tista' tiġi aġġornata skond il-bżonn, għandha tkun approvata mill-Kunsill Lokali. Il-proċedura tas-sistema tal-petty cash hi regolata mir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) maħruġa permezz ta' l-Avviż Legali 155 ta' l-1993 u l-Proċeduri ta' l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) maħruġa permezz ta' l-Avviż Legali 180 ta' l-1996. Bħal ma hu l-operat kollu tal-Kunsilli Lokali, is-sistema tal-petty cash hi soġġetta għall-audit.

Għawdex — Ċitazzjonijiet mill-Wardens

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20800 fejn ġie mwieġeb li risposta tingħata f'seduta oħra?

Response (BORG, TONIO)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20800, ninsab infurmat illi n-numru ta' ċitazzjonijiet mogħtija f'Għawdex matul Ġunju, Lulju u Awissu ta' l-2006, hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni turi kif dawn ingħataw raħal b'raħal u kemm minnhom kienu ta' vetturi rreġistrati f'Malta u kemm f'Għawdex.

Pulizija li spiċċaw mill-korp

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li telqu mill-korp xahar b'xahar matul din is-sena? X'kienu r-ranks f'kull każ u kemm minnhom kellhom 25 sena servizz?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Membru huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentru ta' l-Arbitraġġ

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi fl-2004, fl-2005 u fl-2006 (sal-lum) fiċ-ċentru Malti ta' l-Arbitraġġ li jinvolvu barranin? X'kien id-dħul taċ-ċentru minn dawn il-każi? Ta' liema nazzjonalita' kienu dawn il-barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej: Fis-sena 2004, ġie ppreżentat każ wieħed internazzjonali bejn kumpanija Spanjola u żewġ kumpaniji Maltin. Fis-sena 2005, ġie ppreżentat każ wieħed internazzjonali bejn kumpanija Maltija u kumpanija Ġermaniża. Din is-sena sal-lum ġew ppreżentati żewġ każijiet: (i) wieħed bejn kumpanija Maltija u kumpanija Marokkina (ii) wieħed bejn kumpanija mir-Repubblika Ċeka u kumpanija Maltija Id-dħul taċ-Ċentru minn dawn il-każijiet jammonta għal Lm 6,467.52.

Proprjeta' b'ċens temporanju

Question

Billi l-gvern għandu proprjeta' f'idu mogħtija b'ċens temporanju, fosthom garages li ma jifformawx parti mir-residenza ordinarja taċ-ċenswalist, liema ċens pagabbli fuq dawn il-garages huwa tant negliġibbli li kultant ma koprix l-ispejjes amministrattivi, u ġaladarba dan iċ-ċens jista' jinfeda permezz ta' tender pubbliku, jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li jniedi skema bħal dik eżistenti għal fidi ta' ċnus tar-residenti biex dawn iċ-ċnus ikunu jistgħu jinfdew u b'hekk iċ-ċenswalisti preżenti jkunu jistgħu jgawdu l-proprjeta' li għandhom f'idejhom bħalissa?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċedura li l-bejgħ ta' ċnus ta' garages issir permezz ta' sejħa għall-offerti, biċ-ċenswalist jingħata d-dritt ta' l-ewwel rifjut, hija kkunsidrata ġusta.

Pulizija — Każi ta' Stupru

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' stupru din is-sena? Kemm kellhom eta' dawk stuprati u ta' liema nazzjonalita' kienu? Kemm ġew solvuti minn dawn il-każi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, ġew irrapurtati lill-Pulizija 23 każ ta' stupru. Dawn ir-rapporti kienu jirrigwardjaw 25 persuna li l-etajiet tagħhom kienu jvarjaw bejn 12 u 46 sena. Fosthom kien hemm: Maltin 11 Eritrej 1 Ċeki 1 Ingliżi 2 Svediżi 2 Ġappuniżi 1 Finlandiżi 2 Pollakki 2 Libjani 1 Svizzeri 1 Norveġiżi 1 Minn dawn s'issa, ġew solvuti 16 il-każ.

Każi ta' Abbuż fuq it-Tfal

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' abbuż fuq it-tfal din is-sena? X'tip ta' abbuż kien, kemm tressqu persuni l-qorti u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, ġew irrapurtati lill-Pulizija sitta u tletin (36) każ ta' abbuż fuq persuni taħt l-eta' ta' tmintax-il sena, li fil-maġġor parti tagħhom kienu jirrigwardjaw abbużi sesswali. Dwar dawn il-każi ġew immressqa quddiem il-Qorti erbgħa u tletin (34) persuna. Ħamsa minnhom kellhom il-każ deċiż, fejn wieħed ingħata piena ta' priġunerija, filwaqt li l-erbgħa l-oħra ngħataw sentenza sospiża.

Persuni akkużati li kkorrompew uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti akkużati li kkorrompew uffiċjali pubbliċi din is-sena u fejn kienu jaħdmu l-uffiċjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali kontra 8 persuni talli b'xi mod ikkorrompew xi uffiċjal pubbliku. Ħamsa minn dawn l-uffiċjali pubbliċi kienu jaħdmu ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta u wieħed kien membru tal-Korp tal-Pulizija.

Każi ta' Vandaliżmu

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' vandaliżmu din is-sena? X'tip kienu u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, ġew irraportati lill-Pulizija 2,126 każ ta' ħsara volontarja. Minn dawn, 4 każi kienu jirrigwardjaw ħsarat f'monumenti. Dawn kienu: a) kliem biż-żebgħa mal-pedestal tal-Monument li hemm fir- roundabout fit-tarf ta' Triq San Tumas f'Ħal Luqa; b) twaqqiegħ minn niċċa ta' statwa tal-Madonna fl-Imġarr; c) kliem biż-żebgħa mal-pedestal mal-Mafkar ta' George Stevens fil-Fgura u d) żebgħa mal-Monument fil-Ġnien Hastings il-Belt.