Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ssptar San Luqa — Waiting lists għal ċerti operazzjonijiet

Question

B'riferenza għall-allegazzjonijiet li l-waiting lists għal ċerti operazzjonijiet ortopediċi u oftalmologiċi fl-isptar San Luqa huma twal ħafna, jista' il-Ministru jgħid kemm huma twal dawn il-waiting lists? Fuq dan ir-rigward, jista' jagħti lista komparattiva, operazzjoni b'operazzjoni, ta' waiting lists f'kull pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 2004 u 2005?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 12664. Madankollu, waiting times għal dawn l-operazzjonijiet ma jistgħux jinġabru b'mod eżatt għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin: Pazjenti qed jiġu kontinwament miżjuda fil-lista għal operazzjoni u dawk li saritilhom l-operazzjoni huma mneħħija mil-waiting lists. Għal din ir-raġuni ż-żmien ta' stennija ivarja minn persuna għall-oħra e.g. fl-istess waiting list jista' jkun hemm pazjent li ilu jistenna x-xhur kif ukoll wieħed li jkun ilu jistenna ftit ġranet. Pazjenti li l-kundizzjoni ta' saħħithom titbiddel tgħali li l-operazzjoni li qed jistennew jagħmlu ma tkunx tista' issirilhom, ġieli ma jinfurmawx l-isptar sabiex jitneħħew minn fuq il-waiting list. Fl-istess kategorija jkun hemm pazjenti li għamlu l-operazzjoni x'imkien ieħor jew li jmutu jew iħallu l-pajjiż waqt li għadhom fuq il-lista. Kif ġralna f'din l-aħħar sena, meta minħabba influss kbir ta' pazjenti fis-swali tal-mediċina matul ix-xhur tax-xitwa, l-amministrazzjoni ta' l-isptar kellha tieħu miżuri fejn pazjenti tal-mediċina iddaħlu fis-swali tal-kirurġija. Dan irriżulta li operazzjonijiet mhux urġenti (elective) kellhom jiġu posposti. Hemm każi fejn pazjent ikollu bżonn ta' żewġ operazzjonijiet e.g. bilateral cataracts. Dan il-pazjent, allavolja operat, jibqa fuq il-waiting list għat-tieni operazzjoni. Id-disponibbilita ta' meżżi fl-operating theatres e.g. prosthetics, ħin disponibbli fl-operating theatres, etc. Il-kapaċita ta' l-isptar sabiex jitratta pazjent tiddependi fuq in-numru ta' sodod, tobba, infermiera etc. għall-popolazzjoni li tkun qed taqdi. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda pajjiz fl-EU ma jippublika waiting lists għal kull operazzjoni. Madankollu l-OECD għamlet studju fuq waiting times fi tnax -il pajjiż membri tagħha ibbażata fuq risposti għal serje ta' mistoqsijiet (Waitng times Project in April 2002). L-OECD analiżżat il-waiting times skond il-ħafna fatturi li jistgħu jinfluwenzaw b'qawwa ż-żmien ta' stennija (riżorsi umani, riżorsi ta' l-isptar, finanzi, il-kapaċita tat- teknoloġija medika, etc.). Ta' min isemmi ukoll fatturi oħra importanti e.g. Public Capacity (sodod, kirurġi) disponibbli għal kull elf persuna fil-popolazzjoni In-nefqa pubblika fis-saħħa per capita F'popolazzjoni fejn l-anzjani jagħmlu perċwentwali mdaqqsa se jkun hemm domanda ikbar għal ċertu operazzjonijiet e.g. kataretti, joint replacement surgery Għal aktar informazzjoni dwar waiting times fil-pajjiżi ta' l-EU jekk jogħġbok irreferi għall-OECD website: http://www.oecd.org/dataoecd/15/52/35028282.pdf http://www.oecd.org/dataoecd/24/32/5162353.pdf

Sptar Ġenerali — Servizz ta' ENT

Question

Peress li Għawdex ilna diversi xhur mingħajr servizz ta' ENT a detriment tal-pazjenti Għawdxin, jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' reklutaġġ ta' l-ENT's għall-isptar ġenerali ta' Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' Senior Registrar ENT kienet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern tal-14 ta' Ġunju, 2005 iżda ma kienx hemm applikanti għal dan il-Post. Għalhekk ġie ngaġġat Senior Registrar ENT barrani fuq bażi ta' kuntratt. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' postijiet ta' SHO'S fl-ENT Department għadha qed tiġi pproċessata.

Sptar San Luqa — Persuni diabetiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'servizzi jiġu offruti lill-persuni diabetiċi fl-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizzi għan-nies bid-Dijabete offruti fl-Isptar San Luqa huma dawn li ġejjin: Viżti ta' screening għad-dijabete u viżti regolari għal min għandu id-dijabete fid-diversi kliniċi tal-Gvern. Korsijiet ta' edukazzjoni fuq il-prevenzjoni u l-kura tad-Dijabete a) Korsijiet individwali għan-nies bit-Type 1 Dijabete b) Korsijiet ta' gruppi għan-nies bit-Type 2 Dijabete kemm fl-Isptar San Luqa u fid-diversi kliniċi perifiċi c) Korsijiet perjodiċi għal-Health Service Personnel fuq il-prevenzjoni u kura tad-dijabete d) Edukazzjoni permess ta' programmi regolari fuq il-Mass Media Servizz ta' pariri fuq id-dieta u stil ta' ħajja Kura bħala inpatients skond il-bżonnijiet Servizz ta' viżiti fid-dar minn nurses fejn isir monitoring tad-demm u tal-pressjoni Diversi mediċini b'xejn, kemm għat-trattament tad-Dijabete kif ukoll għat-trattament ta' mard kroniku ieħor Żewġ glucose monitoring sticks kulljum għal pazjenti taħt is-sitta u tletin sena Erba' glucose monitoring sticks kulljum għal pazjenti bi tqala u d-dijabete Screening għal u trattament tal-kumplikazzjonijiet tad-dijabete. Dawn jinkludu: a) Eżamijiet fiżiċi u investigazzjonijiet tal-laboratorju u oħrajn regolari b) Operazzjonijiet ta' bypass jew angioplasty fuq is-saqajn u l-qalb c) Trattament bil-Laser jew vitreus replacement għal kura tal-kumplikazzjonijiet ta' l-għajnejn d) Servizz ta' podoloġija għal edukazzjoni, prevenzjoni u trattament tal-kumplikazjonijiet tas-saqajn e) Servizz ta' dialysis jew trapjant tal-kliewi f) Servizz ta' saqajn artifiċjali għal min kellu xi amputazzjoni

Każ ta' pazjent li ddaħħal l-isptar

Question

Jista' il-Ministru jara x'wassal biex pazjent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ddaħħal l-isptar fl-10 ta' Settembru, 2005 fis-1.00 a.m. ma ġiex mogħti l-valium u spiċċa l-ITU erbat ijiem? Ma jaħsibx li dan huwa każ ta' investigazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta' natura personali, għandha tiġi seġwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235 tal-leġislatura preċedentu.

St Lukes — Parking

Question

Jaf il-Ministru li hemm familji li jieħdu regolarment membri tal-familja tagħhom l-isptar St Lukes li qed iħallsu saħansitra Lm1 għal kull darba li jmorru hemm f'parking? Il-gvern qiegħed jaħseb għal xi eżenzjoni minn dan il-piż żejjed għal dawn il-familji li għandhom anzjani u persuni b'diżabilita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

F'dawn l-aħħar xhur fl-isptar San Luqa, ġiet imnedija sistema ġdida ta' pparkjar li għall-ewwel darba tipprovdi spazju għall-pubbliku biex ikun jista' jipparkja ġewwa l-Isptar - faċilita' li s'issa ma kienitx teżisti għall-pubbliku. Ta' min wieħed jinnota li l-ewwel għoxrin minuta ta' ipparkjar huma bla ħlas. Tajjeb ukoll wieħed ikun jaf li n-numru ta' parkeġġi għall-persuni b'diżabilita' żdiedu kważi bid-doppju. Ma hemm ebda ħlas għall-użu ta' dawn l-ispazji, ikun kemm ikun twil il-ħin li jiġu wżati.

Ċentri tas-saħħa — Trasferiment ta' Nursing officers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala ngħataw trasferimenti lil nursing officers taċ-ċentri tas-saħħa? Jista' jgħid ukoll b'liema kriterju saret l-għażla ta' fejn imorru l-NOs?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hija ħaġa magħrufa sewwa li hija mera ta' amministrazzjoni tajba li minn żmien għal żmien il-grad ta' middle management jingħataw responsabbilitajiet u sfidi ġodda, u mhux jintefgħu karriera fl-istess uffiċċju. Kien hemm minn kien ilu jagħmel l-istess xogħol, jimmaniġġja l-istess nies fl-istess post għal iżjed minn 13 -il sena; oħra kienet qed taħdem dejjem fl-istess Ċentru għal aktar minn 18 -il sena. Dan iċ-ċaqlieq jgħin ukoll lil nursing officers infushom sabiex jiżviluppaw professjonalment billi hekk jiltaqgħu ma' sfidi ġodd u jakwistaw esperjenza aktar vasta fuqiex ikunu jistgħu jservu fil-qadi ta' dmirijiethom il-ġodda. L-għażla finali ta' fejn marru n-Nursing Officers waslet wara diskussjonijiet bejn it-top management u ħadet in-kunsiderazzjoni l-esiġenzi tas-servizz u l-ħiliet maniġerjali tal-individwu kkonċernat/a.

Cataracts operations

Question

What was the number of patients operated for cataracts this year? How many patients are still on the waiting list? Which three localities have the highest incidence of this disease - based on the statistics of these last five yearrs? How does the frequency of this condition compare in percentage terms with the data issued by the WHO and Eurostat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' operazzjoninijiet tal-kataretti li saru fl-Isptar San Luqa mill-01/01/2005 sa 31/08/2005 kien ta' 749. Hemm 3,337 fuq il-lista ta' operazzjoni tal-kataretti. Ma tinżammx statistika li turi f'liema lokalitajiet hemm l-aktar inċidenza. Il-WHO u EUROSTAT ma joħorġux statistika fuq dan is-suġġett.

Blood tests

Question

On a national basis - were random tests ever carried out to determine the lead blood levels of the population in Malta and Gozo?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ilhom isiru studji rappreżentattivi fuq il-livell ta' ċomb fid-demm sa mill-bidu tas-snin tmenin u għadhom isiru perjodikament mill-Universita' ta' Malta. L-istudji l-aktar riċenti wrew tnaqqis esponenzjali fil-livell medju ta' ċomb fid-demm li beda numru ta' snin wara l-introduzzjoni ta' miżuri apposta biex jitnaqqas lammont ta' ċomb fl-ambjent.

St. Luke's Hospital — Acute lead poisoning

Question

Were any patients admitted to hospitals in Malta or Gozo during the last five years with acute lead poisoning? Was their problem related to their occupation or due to environmental factors in their locality (specify area)? Was dialysis used as part of this treatment? Were there any fatalities?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2000 sallum ma kien hemm ebda każ ta' avvelenament akut miċ-ċomb li ddaħħal għal kura fl-Isptar San Luqa.

Wood fired ovens

Question

In view of the fact that there is still a large number of wood fired ovens used to bake traditional Maltese bread (there is a high concentration of these type of bakeries in Qormi) - how many inspections were carried out during the last five years by health officers to ensure that fire wood with lead paint is not used to fire the ovens? Are specimen Maltese type loaves baked in this kind of ovens tested to check if there is any lead content present?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-ispezzjoni saru ġo fran f'Malta minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa matul dawn l-aħħar ħames snin. Waqt tali spezzjonijiet jiġi aċċertat li f'dawn l-istabilimenti m'hemmx preżenza ta' injam miżbuħ skond l-Att. Legali 109 ta' 1989. Dawn l-aħħar tliet snin ġew mħarrka erba' stabilimenti li fihom nstabet il-preżenza ta' njam miżbuħ waqt l-ispezzjonijiet li saru. L-ebda kampjuni ta' ħobż Malti ma ttieħdu għall-analiżi dwar ċomb. Huwa maħsub li tali testijiet isiru bħala parti minn sampling program fil-futur.

Water testing

Question

Given that the department of health is constantly testing the water in the reservoirs pumped from the water table for nitrates and salinity, are tests also carried out to check the level of toxic lead mineral deposits? Are the lead level trace recorded according to WHO and Eurostat standards?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jagħmel testijiet għall-kwalita' ta' l-ilma għax-xorb mill-bniedem, skond il-provedimenti ta' A.L. 23 ta' 2004 kif ammendat bl-A.L. 116 ta' 2004, l-obbligu ta' monitoraġġ għall-kwalita' ta' l-ilma għax-xorb mill-bniedem huwa tal-kumpanija li tipprovdi dan is-servizz, li f'dan il-każ hija l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Id-Dipartiment bħala regolatur jara li l-obbligi kollha skond il-liġi qed jiġu osservati u f'każ li jkun hemm xi parametru li jeċċedi l-livel permissibbli, l-kumpanija għandha l-obbligu li tinforma lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika bħala regolatur. Fir-rigward tal-livel taċ-ċomb fl-ilma, nixtieq ninforma lill-Onorevoli, li ċ-ċomb ma jinstabx fl-ilma jekk dak l-ilma ma jiġiex ikkontaminat biċ-ċomb minn pajpijiet li jintużaw biex iwasslu l-ilma għax-xorb fid-djar jew fir-reservoirs. F'Malta, dan it-tip ta' pajpijiet ma għandniex fis-sistema ta' l-ilma bħalma għandhom pajjiżi oħra u għalhekk il-kampjuni kollha ta' l-ilma li nġabru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma matul is-sena l-oħra, mill-21 żona f'Malta u Għawdex ġew analiżżati għaċ-ċomb, kienu kollha jikkonformaw ma' livelli rakkomandati skond A.L. 116 ta' 2004.

Dar Nazareth — Persuni b'diżabilita'

Question

Jista’ il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13486 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta` Socjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li dawk li jgħixu fit-tieni dar għall-persuni b'diżabilita' li nfetħet xi żmien ilu wara Dar Nazareth fiż-Żejtun mhux qed jibbenefikaw mill-għoti ta' ħalib bħalma qed jiġri fir-residenza l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minkejja li l-għoti ta' ħalib b'xejn ma jaqax taħt ir-responsabilita' tiegħi jien infurmat li l-gvern qatt ma pprovda ħalib b'xejn lid-Djar għall-persuni b'diżabilita' msemmija.

Regolamenti tas-sanita' — Żvilupp ta' bar

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-bar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jiġi żviluppat skond ir-regolamenti tas-sanita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li minn investigazzjoni li saret minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika dwar il-post indikat jirriżulta li fis-sena 2002 il-post kien ġie approvat mid-Dipartiment bħala Take Away u mhux Bar. Jirriżulta wkoll li l-imsemmi Take Away jinsab magħluq għal dawn l-aħħar snin. Dan ġie kkonfermat ukoll minn nies tal-lokal.

Persuni bid-diabete

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13608 u jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li skond id-dipartiment tas-saħħa jsofru permanentement mill-mard tad-diabete? X'eta' għandhom dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Mediċina out of stock mill-isptarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-prodott Zantac - mistura - huwa out of stock mill-isptarijiet? Jista' jgħid ukoll għaliex il-provvista tal-feeding bags ġiet limitata lil min jagħmel użu minnha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jirriżulta li wara diffikulta' minn naħa tal-aġent biex jissupplixxi l-prodott fi żmien stipulat, is-sitwazzjoni issa hija waħda normali u l-mistura Zantac tinsab fl-ispiżeriji tal-isptarijiet. Rigward l-enteral feeding bags ninsab infurmat li d-dipartiment jixtri feeding sets partikulari li jaqblu ma' pompi apposta. Ġara li l-aġent informana li l-manifattur ma baqax jipproduċi l-feeding sets li jaqblu mal-pompi li għandu d-dipartiment. Għalhekk, id-dipartiment kellu jidentifika sors alternattiv ta' feeding sets li huma kompatibbli mal-pompi eżistenti. Sakemm jiġi finaliżżat kuntratt ġdid ma' agent ieħor biex jissupplixxi l-prodott, l-kwantita' li normalment tingħata 'l-pazjent ġiet limita biex jinqdew il-pazjenti kollha.

SCBU

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13582 u jgħid kemm mit-trabi li daħlu fl-SCBU b'riżultat ta' multiple births minn 1999 'il hawn mietu u x'kienu l-kawżi ta' l-imwiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni dwar it-trabi minn multiple births li ddaħħlu l-SCBU mill-1999 sa l-aħħar t'Awissu 2005 huma kif ġej: Twins Sena Settijiet Trabi (totali) Ħajjin Mietu Kawża tal-mewt 1999 21 42 38 4 1 Sepsis 3 prematurity RDS* 2000 23 46 46 0 - 2001 8 16 14 2 2 prematurity RDS 2002 16 32 32 0 - 2003 15 30 25 5 5 prematurity RDS 2004 12 24 24 0 - 2005 15 30 28 2 2 prematurity RDS Triplets 1999 2 6 6 0 - 2000 1 3 3 0 - 2001 0 0 0 0 - 2002 2 6 6 0 - 2003 4 12 8 4 1 small for gestational age 3 RDS 2004 2 6 6 0 - 2005 1 3 3 0 - Quadruplets 2004 2 8 5 3 3 RDS *RDS Respiratory Distress Syndrome.

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li riċentement ħadet promozzjoni, kenitx involuta fl-użu ta' arma tan-nar fl-uffiċċju tal-payroll u jekk hux veru li l-istess persuna kellha xi tgħid ukoll bl-idejn ma' xi inġinier fl-isptar San Luqa? Jikkonferma l-Ministru li dwar dan l-inċident ma saret l-ebda inkjesta dwar permess tal-ġarr ta' arma tan-nar fl-uffiċini tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma jeżisti l-ebda mpjegat fl-Isptar San Luqa bl-isem li ntbagħat mad-Domanda.

Saħħa — Infermiera

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ infermiera impjegati mal-Gvern fl-1987 u kemm hu fil-preżent? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-ammont globali ta’ pagi/salarji, kif ukoll ta’ sahra, imħallsa lill-infermiera fl-1987 u fl-2004 rispettivament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Każ dwar tarbija

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jinforma fiex waslu l-investigazzjonijiet li d-dipartiment tas-saħħa qed jagħmel dwar il-każ tat-tarbija li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li f'komunikazzjoni mgħoddija miċ-Chairman tal-Bord ta' l-Inkjesta, lid-Direttur Ġenerali tas-Saħħa ġie infurmat li l-Bord ta' Inkjesta issospenda l-investigazzjonijiet tiegħu minħabba l-fatt li t-tobba mgħajta mill-Bord biex jagħtu xhieda għażlu li ma jixhdux fuq direttiva mogħtija lilhom mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM).