Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw stocks tal-gvern wara s-sejħa pubblika li saret dan l-aħħar?
Kemm inxtraw mill-pubbliku u kemm minn istituzjonijiet finanzjarji?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-0norevoli Interpellant li fit-30 ta' Settembru 2000 immaturaw żewġ stocks li jammontaw għal Lm28.0m kif jidher hawn;
Lm10.5m MGS 6.50% 2000 IV
Lm17.5m MGS 6.65% 2000 VI
Inħarġu żewġ stocks b'valur totali ta' Lm28.0m bhal dawk li mmaturaw. Dawn ġew allokati kif jidher hawn taħt:
5.9% 2009 6.6% 2014
Banek Lm13.5m Lm0.3254m
Pubbliku Lm 0.9143m Lm6.4471m
Oħrajn Lm3.0857m Lm3.7275m
Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?
Response (DALLI, JOHN)
Qiegħed ngħati lista ta' żidiet f'tariffi mill-1997 sal-2000.
Budget 1997 - Gvern Laburista
Levy fuq kull biljett ta' safar għal min jibda vjaġġ minn Malta;
Żieda fid-dazju tas-sisa fuq spirti u sigaretti;
Żieda fil-prezz tal-petrol normali kif ukoll dak ta' bla comb;
Żieda fis-sia fuq id-diesel;
Żieda fit-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq karozzi privati mpurtati;
Żieda fil-liċenzji annwali tal-karozzi privati u ta' vetturi kummerċjali;
Żieda fir-rati tar-reġistrazzjoni ta' pleasure crafts (tal-baħar) u l-liċenzji annwali tagħhom;
Żieda fil-prezz tal-petrolju;
Żieda fir-rati ta' l-ilma li tieħu l-industrija ta' l-ibbottiljar mingħand il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma;
Żieda fir-rati ta' l-ilma li jieħdu l-banek, l-Air Malta u xi korporazzjonijiet parastatali u xi awtoritajiet pubbliċi;
Reviżjoni tar-rati tas-servizzi postali;
Dħul ta' dazju tas-sisa fuq il-birra.
Budget 1998 - Gvern Laburista
Reviżjoni tat-tariffi ta' l-ilma, ta' l-eletriku u tal-gas;
Tariffa proposta għas-Servizz ta' Drenaġġ;
Ħlas ta' miżata fuq ħruġ ta' mediċini b'xejn;
Reviżjoni ta' miżati, liċenzji u ħlasijiet oħra dovuti lill-Gvern;
Reviżjoni ta' liċenzji u taxxa tar-reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur;
Reviżjoni tat-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vetturi kummerċjali;
Żieda fil-passenger service charge fuq vjaġġi mibdija f'Malta;
Żieda fil-boll fuq ħruġ u tiġdid ta' poloz ta' assikurazzjoni;
Taxxa ta' darba fuq il-qliegħ gross tal-Banek Kummerċjali;
Levy fuq tiġdid tal-credit cards bankarji;
Żieda fid-dazju tas-sisa fuq il-pitrolju;
Żieda fid-dazju tas-sisa fuq l-ispirti u sigaretti;
Dħul ta' dazju tas-sisa fuq l-inbejjed.
Budgets tal-1999 u tal-2000 - Gvern Nazzjonalista
Zieda fid-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti
Zieda fid-dazju tas-sisa fuq it-tabakk li jintuza ghas-sigaretti tal-brim
Zieda fid-dazju tas-sisa fuq il-petrol
Zieda fil-kontribuzzjoni ghas-Sigurta Socjali ta' l-impjegati
Revizjoni tat-tariffa tat-taxxa fuq id-dhul
Hlas ta' 15% VAT fuq il-petrol, id-diesel u t-telefon. Fil-kaz tat-telefon, il-prezz ghall-konsumatur zdied biss b'5%.
Zieda minn 2% ghal 5% fit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti dovuta fuq trasferimenti ta' ishma
Tnehhija tas-sussidju fuq il-hobz
Fl-istess hin, dan il-Gvern mill-ewwel ha l-passi necessarji biex jibdel il-ligi tas-CET ma' dik tal-VAT biex b'hekk il-pajjiz ihaddem ligi ekwa u efficjenti u ta' beneficcju ghan-negozju fl-amministrazzjoni taghha.
S'intendi kontra dawn l-aggustamenti, il-Gvern ha wkoll passi biex jirrevoka bosta taxxi li kien ghamel il-Gvern Laburista fis-sentejn ta' amministrazzjoni, minbarra li baxxa tariffi ohrajn bhal dawk tal-levies u l-boll fuq it-trasferimenti tal-proprjeta mmobbli.
Barra minnhekk, minn zmien ghal zmien, aggustamenti ohra li jirrigwardjaw l-operat tad-diversi Ministeri, isiru permezz ta' Avvizi Legali fil-Gazzetta tal-Gvern.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19465, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kif tqassmu l-fondi msemmija?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta' Lm215,000 mgħoddi għall-isports u għaqdiet sportivi tqassam kif ġej:
1. Malta Football Association : Lm 10,000
2. Malta Racing Club : Lm 5,000
3. Ministry of Youth and Sports : Lm200,000
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 19106?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-Remunerazzjoni li għandha titħallas liċ-'Chairman' tal-'Privatisation Unit' għadha qed tiġi determinata.
Il-membri l-oħra tal-'Privatisation Unit' ma jieħdu l-ebda remunerazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont, sena b'sena, mill-1990 'l hawn ta' deheb li rċieva l-uffiċċju tal-konslu għall-goldsmiths u silversmiths għal dak li jirrigwarda:
1) locally produced gold jewellery;u
2) imported gold jewellery separatament?
Jista' l-Ministru jgħdi f'dawn l-aħħar erba' snin sal-lum, sena b'sena, kemm kien l-ammont fi' flus ta' l-iScratch & Win u kemm minnhom ġew mgħoddija għall-isport? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif ġew utilizzati l-flus fl-iScratch & Win?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar l-ammont fi flus ta’ l-iScratch and Win hija kif ġej:
Sena Bejgħ Sports Soċjetajiet Filantropiċi
Lm Lm Lm
1996 1,680,000 Nil Nil
1997 1,212,000 Nil Nil
1998 1,240,000 Nil 185,500
1999 1,094,000 140,000 423,600
2000 561,000 200,000 290,000
Wara li ġew imnaqqsa l-ispejjeż kollha konnessi ma’ din il-logħba baqa’ fil-fond l-ammont ta’ Lm155,000.
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettqet it-Tax Compliance Unit sa mit-twaqqif tagħha sal-lum? Huwa parti mix-xogħol ta' dan il-unit li jidħlu fis-servizzi soċjali ukoll?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol li wettqet s’issa it-‘Tax Compliance Unit’ kien dak ix-xogħol kollu neċessarju sabiex it-‘Tax Compliance Unit’ tkun tista tibda tiffunzjona, inkluż dak ta’ infrastruttura u ingaġġ ta’ nies professjonali.
Ser ikun parti mix-xogħol ta’ dan il-‘Unit’ li jidħlu wkoll fis-servizzi soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti li ma ngħatawx rċevuta tal-VAT mid-dħul tagħha mill-ġdid? F'liema kategorija ta' negozju kien kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 1999 sa’ llum, kien hemm 2,467 każ li ġew rapportati dwar abbuż fl-għoti ta’ irċevuti fiskali tal-VAT. Il-kategoriji ta’ negozju involuti f’kull każ kienu kif jidhru fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex l-anzjan li ismu jidher separatament, intalab iħallas is-somma ta' Lm1,192 minħabba li qalulu li saret reviżjoni tal-pensjoni tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jiriżultax li l-persuna msemmija, pensjonant tat-Teżor, intalab iħallas lura s-somma ta' Lm1,192 minn dan id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jirċievi r-refund għal ħlas żejjed tat-taxxa li sar mill-persuna li isimha jidher separatament? Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata s-sitwazzjoni pererss li l-iżball sar mill-bank wara misunderstanding u ittra fin-numru ta' l-identita' nbidlet ma' ta' ħaddieħor?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informażżjoni konfidenżjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtoriżżat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Mill-income tax li nġabret fl-1999 u f'din is-sena s'issa, jista' l-Ministru jagħti breakdown sena b'sena ta' dak li nġabar, skond is-setturi tas-soċjeta' li nġabret min għandhom e.g. nies bil-paga, self-employed, kumpanniji, eċċ.?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxa li nġabret bejn l-1 ta’ Jannar 1999 sa Awwissu 2000, analizzata skond is-settur tas-soċjeta’ hija hekk:
SETTUR 1999 JAN-AWW 2000
Lm miljun Lm miljun
Nies bil-paga 52.742 40.744
Expatriates 1.728 1.746
Business/Professjonisti 8.399 5.781
Rentiers 2.464 1.657
Kumpaniji 47.233 26.262 *
Ohrajn 0.197 0.159
* Il-kumpaniji għandhom jibgħatu r-returns tagħhom fl-aħħar ta' Settembru.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħtu l-arretrati ta' bejn l-1990 u l-1997 lit-taxpayers tat-Tarzna?
Response (DALLI, JOHN)
Nippreżumi li l-Onor Interpellant qeghda tirreferi ghar-refunds ta’ taxxa.
Ma ssir l-ebda distinzjoni bejn id-diversi kategoriji ta’ taxpayers fil-hlas tar-refunds. Ir-refunds imsemmija fl-Interpellanza jkunu ikkunsidrati flimkien ma’ hlas iehor dovut lil taxpayers ohra fil-kuntest tal-flus ivvotati ghal dan l-iskop fl-Estimi Generali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 18973?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi, waħda għall perjodu 1990 sa s-sena 1995 li kienet tinżamm fil-qosor mill-Bank Ċentrali (Tabella A), u oħra ddetaljata għall-perjodu 1996 sa s-sena 2000 li issa saret tinġabar mill-Ministeru tiegħi (Tabella B).
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18963?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jiena nfurmat li fuq dan il-każ kemm il-Bank Ċentrali u kemm il-Pulizija ħadu u qegħdin jieħdu azzjonijiet li jidhrilhom xierqa.
Intqal ħafna fuq dan il-każ u l-Bank Ċentrali u l-Bank of Valletta ħafna drabi staduhom biex jiksru l-liġi u l-kunfidenzjalita'. Dawn l-istituzjonijiet imxew b'mod serju, kif titlob minnhom il-liġi u l-etika bankarja.
Jagħmlu sewwa dawn l-istituzjonijiet jimxu bil-għaqal billi l-kampanja li qed issir fuq dan is-suġġett jista' jkun li qed issir biss fl-interess politiku ta x'uħud u fl-interess kummerċjali ta' terzi persuni.
Fuq l-allegazjoni li kien hemm xi pressjoni biex jingħata xi self lil din l-kumpanija, infakkar li din l-allegazjoni ġiet imgiddba ripetutament.
Jekk l-Onorevoli Internpellant għandu f'idejħ xi rapport li tħejja mill-BOV fuq dan il-każ, nitlobu jpoġġiħ fuq il-mejda tal-kamra.