Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' tad-Djar — Xiri ta' post mill-inkwilini

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-post li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jistax jinxtara minn min qed jgħix fih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma tistax tbigħ il-proprjeta’ indikata mill-Onor. Interpellant peress li din mibnija fuq art li qiegħda għand il-Gvern b’titolu ta’ possession and use.

Birgu — Xogħol fuq gallariji

Question

Tista' il-Ministru tara li l-problemi fil-gallariji li għandu inkwilin mill-Birgu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fil-post tal-gvern, ikunu rranġati? Hemm xi ħsieb li dawn il-gallariji jinbidlu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ma rċieva ebda talba biex isiru t-tiswijiet indikati mill-Onor. Interpellant. Għalhekk għaddejt id-dettalji lill-imsemmi Dipartiment biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Birgu — Stallar ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-awtoritajiet tal-housing milli jistallaw lift f'binja tal-gvern fil-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, fil-fatt, l-istallar tal-lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant wasal fil-fażi li tiġi preparata s-sejħa għall-offerti hekk kif jitlestew is-sejħiet għall-offerti għal żewġ lifts oħra, li l-applikazzjoni dwarhom daħlet qabel dak suġġett ta’ din il-Mistoqsija.

Belt Valletta — Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li anzjana armla mill-Belt li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbeneifika mill-inizjattiva care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Każ dwar single mother

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tinvestiga każ urġenti ta' single mother li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li l-applikazzjoni oriġinali tagħha tmur lura għas-6 ta' Diċembru, 2001?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.

Pensjoni ta' l-invalidita'

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna mill-Mosta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tirċievi pensjoni ta' l-invalidita' ta' Lm37.89 meta l-persuna msemmija kien jaħdem bħala full-time farmer u dejjem kien jiddikjara d-dħul tiegħu fir-return ta' l-income tax? Taħseb li dan huwa każ li għandu jiġi rivedut?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Akkomodazzjoni Alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet it-talba ta' familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sabiex tingħata post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant flimkien ma’ oħrajn simili.

Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tagħti spjegazzjoni għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tnaqqaslu Lm27? Jista' jiġi nformat bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Pensjoni tar-romol

Question

Tista' il-Ministru tagħti tagħrif dwar il-proċedura li biha tinħadem il-pensjoni ta' dawk ir-romol nisa li jkunu għamlu snin biżżejjed jaħdmu u ħallsu biżżejjed kontribuzzjonijiet tas-sigurta' soċjali biex jieħdu l-penjoni ta' 2/3, iżda mbagħad jormlu u jsiru l-aġġustamenti minħabba dan l-istat ta' fatt? Tista' tgħid x'pensjoni mbagħad jieħdu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Persuna li tormol għandha, xorta waħda, tagħmel talba għall-Pensjoni tar-Romol anki jekk tkun diġa qed tirċievi pensjoni kontributorja tas-Sigurta' Soċjali fuq il-kontribuzzjonijiet imħallsa minnha. L-istess japplika għal persuna li tkun qed tirċievi Pensjoni tar-Romol u tilħaq l-eta' ta' l-irtirar jekk tkun ħallset kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali hi personalment. Fiż-żewġ każijiet id-Dipartiment jistabbilixxi r-rati dovuti taħt iż-żewġ kategoriji ta' pensjonijiet u l-persuna konċernata jkollha dritt li tagħżel liema tkun l-ogħla.

Social Workers

Question

Tista' il-Ministru tgħid xi kriterju intuża għall-għażla għal mili tal-vakanza ta' social worker? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal din il-vakanza? X'kienu l-kwalifiki ta' l-applikanti? L-applikanti kollha ġew mogħtija l-opportunita' ta' orientation? Għaliex minn Novembru 2005, minn meta ħarġu l-applikazzjonijiet, għaddew xhur sħaħ biex ġew finalizzati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tikkonferma jekk hiex qed tirreferi għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' vakanza ta' social worker mal-Programm Fejda jew mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali.

Manutenzjoni ta' Gallarija

Question

Tista' il-Ministru tara li familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha l-gallarija ta' barra mhux f'kondizzjoni tajba, tkun irranġata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ma rċieva ebda talba biex isiru t-tiswijiet indikati mill-Onor. Interpellant. Għalhekk għaddejt id-dettalji lill-imsemmi Dipartiment biex jinvestiġa u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Awtorita' tad-Djar

Question

Tista' il-Ministru tara li anzjan li sofra minn stroke li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li jgħix fil-ħames sular u jixtieq li jagħmel lift u dan bi qbil mar-residenti kollha tal-blokk, x'qed iżomm lill-Awtorita' tad-Djar biex dan ma jsirx mill-aktar fis possibbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li applikazzjoni biex jiġi stallat lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant kienet saret xi snin ilu iżda nstab li ma kienx possibbli li jiġi akkomodat lift. Ninsab infurmata wkoll li r-residenti kollha tal-blokk kienu ġew infurmati bir-raġuni għaliex l-Awtorita’ tad-Djar ma setgħetx tkompli tipproċessa l-applikazzjoni.

Isla — Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li anzjan mill-Isla li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibbenefika mis-servizz care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ibbenefikat minn għotja ta’ Lm1,889, taħt Skema Z ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, bħala sussidju għal xogħlijiet ta’ titjib u rranġar f’residenzi privati okkupati minn sidien.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna minn Ħaż-Żabbar u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hi xebba-omm b'żewġt itfal u għandha iktar minn 208 punt quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, qatt ma ġiet mogħtija post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti dwar l-istess persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Marsa — Triq il-Ħaddiem

Question

Tista' il-Ministru tara u tgħid jekk il-fond Nru 8, Triq il-Ħaddiem, Marsa hux okkupat? Jekk fl-affermattiv, min hu l-inkwilin u meta ġie allokat dan il-post?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-każ dwar il-fond li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant qed jiġi mistħarreġ.

Birgu — Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li anzjana mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenfika mill-inizjattiva care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Msida — Appartamenti tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tagħti indikazzjoni meta mistennija jiġu stallati l-lifts fl-appartamenti tal-gvern fl-Imsida housing project kif ukoll jekk hemmx xi ħsieb li jitpoġġew poġġamani fejn m'hemmx?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li s’issa ġew stallati żewġ lifts fil-blokki ġodda tat-tielet fażi tal-proġett ta’ housing fl-Imsida. Il-lifts fil-ħames entraturi l-oħra mistennija jkunu lesti bejn Marzu u Ġunju li ġej. Ninsab infurmata wkoll li l-poġġamani fit-tronob tat-turġien kollha għandhom jitqiegħdu sa Novembru li ġej.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara t-talba ta' omm b'ġenitur wieħed mill-Kalkara li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post bil-kiri u qed tħallas Lm95 fix-xahar meta għandha dħul finanzjajru ta' Lm150 fix-xahar, tibbenefika minn post alternattiv mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fit-13 ta' Ġunju 2006, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant intalbet tipproduċi dokumenti biex tkun tista' tiġi proċessata l-applikazzjoni tagħha mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna għadha ma pproduċietx dawn id-dokumenti.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li familja ta' ħamsa li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jgħixu ma' omm il-mara b'żewġt ikmamar tas-sodda f'Ħaż-Żabbar jiġu pprovduti post alternattiv? X'rimedju qed joffri d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali lil din il-familja li b'kollox f'dan il-fond żgħir jgħixu 11-il ruħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna u l-familja tagħha li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġiet allokata post alternattiv reċentement.

Servizz tal-Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna b'diżabilita' li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jgħix f'fond tal-housing fil-Birgu jiġi mgħejjun mis-servizz care and repair minħabba l-kondizzjoni allarmanti tal-kamra tal-banju fejn jgħix?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni taħt Skema 7, biex il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tagħmel kamra tal-banju ġdida addattata għall-persuna b’diżabilita’, qed tiġi proċessata mill-Awtorita’ tad-Djar.