Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32389 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni il-għala PA 06651/2001 minkejja li kien mgħoddi baqa' ma ħariġx?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA 6651/01 ġiet approvata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp fil-25 ta` Frar 2002. Il-permess intbagħat lill-applikant fit-13 ta` Marzu 2002 wara li saru l-verifiki neċessarji u ġew iffirmati l-pjanti.
Leg 9 PQ #32444 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — B'Kara - Bandli

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm preżenza tal-pulizija ħdejn il-bandli ta' Triq John Borġ B'Kara għaliex hemm grupp żgħażagħ li qegħdin jagħtu fastidu lin-nies u r-residenti u jagħmlu atti oħra tal-vandaliżmu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tad-Distrett qegħda tagħmel surprise patrols fl-imsemmija triq u f`diversi inħawi oħra tad-distrett regolarment.
Leg 9 PQ #32453 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Żvilupp Illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu dwar żvilupp illegali ta' garage li sar f'Blk 4 Qasam tad-Djar, Sant' Andrija, Triq Luigi Preziosi, Pembroke?

Response (BORG, TONIO)

Jista` l-Onor. Membru jindika fuq site plan il-post fejn sar l-iżvilupp peress li fil-post indikat, minn spezzjoni li saret, ma hemmx garaxx.
Leg 9 PQ #32070 Sitting 715 2002-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ambjent — Annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' annimali, tjur, għasafar, rettili jew ħlejjaq oħra illi waqgħu f'idejn is-sezzjoni ta' l-Ambjent f'dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena? X'kienu? X'sar minnhom? Kemm minnhom mietu waqt li kienu taħt il-ħarsien tal-membri ta' din is-sezzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent ma jżomm l-ebda speċi ta` Annimali, Pjanti jew Organiżmi oħra, u qatt ma għamel dan fil-passat.
Leg 9 PQ #32236 Sitting 715 2002-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul Jannar u Frar 2002 kemm kien hemm każi fejn il-pulizija 1) żaret postijiet tad-divertiment biex tiċċekja kienx hemm persuni taħt is-16-il sena? 2) Kemm qabdu minn dawn l-adoloxxenti? 3) X'passi ttieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar u Frar 2002, il-Pulizija għamlet mhux anqas minn 110 spezzjoni f`postijiet ta` divertiment. B`riżultat ta` dawn l-ispezzjonijiet instabu 21 persuna taħt is-sittax-il sena u ser jinbdew proċeduri quddiem il-Qorti kontra s-sidien ta` żewġ stabbilimenti fejn instabu dawn iż-żagħżagħ.
Leg 9 PQ #31039 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pjanti — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża li tħallset lill-kumpaniji privati lill-Ministeru u jew id-Dipartimenti, kumpaniji eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-servizz taż-żamma tal-pjanti jew xtieli matul is-sena li għaddiet? Kemm għat-tindif?

Response (BORG, TONIO)

Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Informazzjoni dettaljata fuq infiq attwali għal dak li għandu x`jaqsam ma` dipartimenti tal-Gvern tingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippubblika aktar tard fis-sena u , għar-rigward ta` Korporazzjonijiet u Awtoritajiet, fir-rapporti annwali partikulari tagħhom.
Leg 9 PQ #32061 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittelgħu persuni akkużati fuq vjolenza domestika is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, kien hemm 186 rapport lill-Pulizija dwar każi li b`xi mod jinkwadraw taħt it-titolu ta` vjolenza domestika. Infurmat ukoll illi fl-istess sena, dwar dawn il-każi, tressqu l-Qorti 178 persuna.
Leg 9 PQ #32228 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax il-pulizija tieħu passi biex tissettja limiti ta' speed għall-karozzi li jgħaddu mill-Coast road minn Triq Sant Andrija u Baħar iċ-Ċagħaq u jitwaħħlu tabelli li juru l-limitu ssettjat?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.
Leg 9 PQ #32229 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' persuni li nqabdu jiksru l-liġi f'Jannar u Frar 2002 u li għandhom taħt is-16-il sena? X'reati f'kull każ wettqu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar u Frar 2002 il-Pulizija qabded 6 żagħżagħ taħt is-sittax-il sena, bi ksur ta` liġi, li kienu jinkludu ksur ta` bon ordni, kliem oxxen, ħebb, inġurji, offiża fuq il-persuna u pussess ta` droga.
Leg 9 PQ #30991 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Raba fil-Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi trattata l-problema u ċ-ċirkustanza tal-persuna li d-dettalji tal-file tagħha qed jintbagħat separatament sabiex ikun jista' jkompli jaħdem ir-raba fil-Mellieħa li hija frott ta' l-antenati tal-familja tiegfħu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant saret fis-16 ta` Jannar 2002 u tirrigwardja biċċa art li tifforma parti minn art akbar li hija mogħtija b`ċens temporanju lil terzi persuni. Għalhekk it-talba tal-applikant ma tistax tiġi ikkunsidrata.
Leg 9 PQ #32055 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Criminal Offense

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' persuni convicted of criminal offense is-sena l-oħra? X'tip ta' reati kienu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 28600 u Nru. 31620.
Leg 9 PQ #32058 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Residence Permit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn barranin li għandhom residence permit illum? Kemm hawn li għandhom work permit u min liema pajjiż jiġu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32201 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li sar f'Casa Magazini, Magazini street Mdina, inkluż ftuħ ta' bibien għal fuq is-sur kienx kopert bil-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u tad-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret minn uffiċjal mis-sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irriżulta illi x-xogħol fil-fond imsemmi, inkluż ftuħ ta` bibien għal fuq is-sur, sar skond il-pjanti approvati fil-permess PA 6190/95 li nħareġ fil-11 ta` Marzu 1997.
Leg 9 PQ #32212 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Artijiet f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'dokumenti nġabru dan l-aħħar minn Għawdex dwar artijiet hemm hekk? X'kien l-iskop li ġew miġjuba dawn id-dokumenti? Kemm se jdum f'Malta u min se jaħdmu fuqhom sakemm idum Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-dokumenti li nġiebu minn Għawdex huma files li jirrigardjaw proprjeta` tal-Gvern. Dan sar wara li n-Nutara tal-Gvern f`Għawdex saret Direttur u ma baqgħetx tagħmel xogħol tad-Dipartiment tal-Artijiet. Qiegħed jiġi kostatat x`inhi l-azzjoni li hemm bżonn tittieħed f`kull file, u wara jiġi deċiż minn min fit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ser tittieħed.
Leg 9 PQ #32249 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

ETC — Inċidenti bejn Kummisarju u Membru ta' l-ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid sarx rapport lill-Pulizija dwar inċident fl-ETC fejn kunsillier nazzjonalista għajjar u immalafama lil-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u lill uffiċjal tas-siġurta' mhar it-tlieta li għaddew? Jekk iva, x'passi ittieħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet irċeviet ittra datata 27 ta` Frar 2002, fejn avukat, għan-nom tal-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant kien informa lill-Pulizija dwar l-inċident. F`din l-ittra l-Pulizija ġew infurmati illi għalissa ma kienetx qed tiġi ippreżenta kwerela.
Leg 9 PQ #32250 Sitting 713 2002-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Inċidenti tat-Traffiku — Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2002 kemm saru/ġew irrapurtati lill-pulizija inċidenti tat-traffiku f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom kienu fatali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar inċidenti tat-traffiku din is-sena huwa kif ġej: Malta Għawdex Fatali Malta - Għawdex Jannar 1,087 41 0 0 Frar 983 41 0 0

Akkomodazzjoni Alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar PA 03172/01 fis-sens jekk hux se jaqa l-fond u allura l-anzjan li joqgħod hemm hekk ux se jingħata akkomodazzjoni alternattiva?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA 3172/01 tirrigwarda t-twaqqigħ ta` bini eżistenti u minfloku qiegħed jiġi propost li ssir pjazza. L-applikazzjoni msemmija għadha qiegħda tiġi pproċessata u għalhekk għad m`hemmx deċiżjoni jekk il-fond in kwistjoni għandux jitwaqqa` jew le.
Leg 9 PQ #32048 Sitting 712 2002-03-12 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Suiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni is-sena l-oħra wara li kkommettew suiċidji?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm 26 persuna irrapurtati lill-Pulizija li ikkommettew suiċidju.