Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #30673 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żurrieq — Triq Carmelo Caruana

Question

Jista' l-Ministru jara x'possibilita hemm li teħel bozza fi Triq Carmelo Caruana fiż-Żurrieq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret minnn ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li fit-triq imsemmija hemm dawl adekwat.
Leg 9 PQ #30404 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Lezzjonijiet tal-Privat — Nfiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li nefqu l-familji maltin u għawdxin fuq lezzjonijiet tal-privat għal uliedhom fiż-żmien li sar l-istħarriġ għall-household budgetary survey l-iżjed reċenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn tagħrif li nkiseb fl-aħħar Household Budgetary Survey, huwa stmat li l-ammont li intefaq fuq lezzjonijiet tal-privat fuq perjodu ta' sena kien ta' Lm3,537,180.
Leg 9 PQ #30440 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pender Place — Tender

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi il-mistoqsija parlamentari nru. 30343?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li f'Ġunju ta' din is-sena, il-MIMCOL kienet ħarġet sejħa għall-offerti għall-bini u tmexxija (management) ta' parkeġġ tal-karozzi f'Pender Place. Kien hemm seba' kumpaniji li tefgħu l-offerta. Dawn kienu Elbros Construction Limited, Żrar Limited, Parkwell Limited, Michael Balzan Limited, GRS Limited, Polidano Group u CT Park Limited. Intgħażlet l-offerta ta' Żrar Limited. L-għażla kienet ibbażata fuq numru ta' criteria kummerċjali, fosthom iż-żmien ta' tlestija, il-kera propost u l-kapaċita' fit-tmexxija ta' post għall-ipparkjar tal-karozzi. Kopja tas-sejħa għall-offerti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30442 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fond Black Russian

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li żewġt bozoz li diġa hemm installati fi Triq il-Kahwiela, Żabbar, biswit il-fond Black Russian mhux qed jixgħelu minkejja li ilhom installati madwar sentejn? Jista' jgħid meta huwa maħsub li dawn jinxtegħlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi nvestigat, u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #30453 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30376?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba dwar l-ingaġġ ta' ħaddiema ġodda ma' kumpaniji sussidjarji tal-Maltacom bejn Settembru 1998 u t-30 ta' Novembru 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb jingħad matul l-istess perjodu, in-numru ta' ħaddiema mal-Maltacom niżel minn 1,812 għal 1,358 - tnaqqis ta' 454 ħaddiem.
Leg 9 PQ #30483 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

B'Kara — Triq l-Għabex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ġew shifted poles tad-dawl fi Triq l-Għabex B'Kara meta għad ma jeżisti l-ebda permess għal żvilupp? Min awtorizza dan iċ-ċaqlieq ta' electricity poles u cables konnessi magħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ċ-ċaqlieq ta' l-arbli imsemmija sar minħabba xogħol ta' twessiegħ tat-triq li kien qiegħed isir mid-Dipartiment tat-Toroq. Dan it-tip ta' xogħol, li jsir ta' sikwit, isir skond proċeduri stabbiliti.
Leg 9 PQ #30509 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trasferiment ta' Wire

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol ta' trasferiment ta' wire minn ma' faċċata ta' dar li qed jikkaġuna ħsara lill-istess bini, xogħol mitlub skond file no. 325/126/2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Membru jispeċifika għal liema tip ta' wire qed jirreferi.
Leg 9 PQ #30539 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Paola — New Street

Question

Jista' l-Ministru jara li kaxxa tad-dawl li minnha joħroġ in-nar u perikoluza quddiem ir-residenza 60, Bianco Nuri , New Street, Paola titneħħa jew tiġi irranġata?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #30365 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex l-UE timponi 87 kwota u tariffa fuq l-importazzjoni ta' ikel għall-konsumaturi f'pajjiżi membri? X'ikun l-impatt ta' dawn il-kwoti fuq is-soċjeta li mis-swieq internazzjonali prattikament 70% ta' dak li l-paper jikkonsma?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant jaf li l-Common Agricultural Policy hija intiża biex tħares kemm l-interessi tal-bdiewa tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll tipprovdi lill-konsumaturi fil-pajjiżi membri bi prodotti ta' kwalita' tajba u f'ammonti suffiċjenti. Parti minn din il-policy, li qed tinbidel b'riżultat ta' dak li ġie deċiż fl-aħħar laqgħa tal-World Trade Organisation, timponi ċerti kwoti u tariffi fuq prodotti li ġejjin minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea. Aktar informazzjoni dwar il-Common Agricultural Policy tista tinkiseb minn fuq il-web-site ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #30366 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li Malta illum għandha qafas aħjar mill-kwoti ta' protezzjoni li l-UE timponi fuq l-ikel importat għall-maltin u għawdxin (u dan skond tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari preċedenti), jista' l-Ministru jgħid għaliex qed niżmantellaw din il-protezzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant jaf li Malta tinsab fit-triq ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea. Dan jinvolvi wkoll li f'pajjiżna tidħol il-Common Agricultural Policy u li tiġi adottata s-sistema ta' tariffi komuni ta' l-Unjoni. Iżda tajjeb jingħad ukoll li bħalissa, min-naħa ta' l-Unjoni Ewropea, qed jiġu studjati bidliet f'din il-Common Agricultural Policy in vista ta' dak li ġie deċiż fl-aħħar laqgħa tal-World Trade Organisation.
Leg 9 PQ #30368 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariff Quota

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-China? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30349 waqt is-Seduta numru 669 ta' dalgħodu.
Leg 9 PQ #30369 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariff Quota

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Argentina? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 30349 waqt is-Seduta numru 669 ta' dalgħodu.
Leg 9 PQ #30422 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tiġi rranġata l-ħsara fuq is-servizz tal-telefon 552235 f'Għawdex?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Maltacom sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #30423 Sitting 670 2001-12-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pender Palace

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 30293, jista' l-Ministru jgħid min ingħata l-kuntratt għall-bini u l-immaniggjar tal-car park f'Pender Palace, San Ġiljan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti għall-bini u l-immaniġjar tal-parkeġġ tal-karozzi f'Pender Place, San Ġiljan ingħatat lill-kumpanija Żrar Limited.
Leg 9 PQ #30349 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariff Quota

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Awstralja? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-mistoqsija tirreferi għal informazzjoni speċifika u dettaljata dwar materja li għandha x'taqsam mat-tħaddim mill-Unjoni Ewropea ta' miżuri relatati ma' obbligi li l-istess Unjoni Ewropea daħlet għalihom b'konnessjoni ma' l-Organizazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO). Tagħrif dwar din il-materja huwa aċċessibbli permezz tal-web-site uffiċċjali ta' l-istess Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #30350 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariff Quota

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30114?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija dwar l-istess materja numru 30349 waqt din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #30351 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariff Quota

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Amerika? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija dwar l-istess materja numru 30349 waqt din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #30352 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariff Quota

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-prodotti ta' l-ikel u tal-materja prima l-UE timponi tariff quota fuqhom meta jiġu mportati lejn il-pajjiżi membri ta' l-UE mill-Brażil? X'kundizzjonijiet ta' kwoti u tariffi għandhom dawn il-prodotti, prodott prodott?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija dwar l-istess materja numru 30349 waqt din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #30418 Sitting 669 2001-12-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kont tal-Ilma — Investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li wara investigazzjoni li saret instab li l-kont tal-ilma ta' żewġ anzjani (kont ta' aktar minn Lm100) huwa tajjeb, jista' l-Ministru jara jistax isir xi ħaġa peress li baqgħu jirċievu kontijiet ta' aktar minn Lm100 ilma (kontijiet mehmuża) u żgur li għal żewġ anzjani dan huwa ammont esaġerat?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex il-kontijiet li qed jirreferi għalihom jerġggħu jiġu eżaminati.
Leg 9 PQ #30391 Sitting 668 2001-12-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kont ta' l-Ilma — Investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet l-investigazzjoni dwar il-kont esaġerat ta' l-ilma tal-persuna indikata separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab informat li l-Kont li qed jirreferi għalif l-Onor. Membru qed jiġi eżaminat.