Legislature:
Category:
Reset
Active:

Liċenzji tal-Vetturi Kbar

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk huwiex ippjanat li jiżdied il-ħlas tal-liċenzji tal-vetturi kbar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda pjan jew diskussjonijiet għadejja dwar il-liċenzji tal-vetturi kbar.

Tigne' Point — MIDI

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-MIDI għandhiex talba sabiex jitneħħa l-bini ta' lukanda f'Tigne Point mill-obbligi li huma għandhom skond il-kuntratt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Ministeru infurmat li l-MIDI għamlet sottomissjonijiet lill-MEPA sabiex ikun trasferit il-hotel għal Manoel Island. Skond id-deċiżjoni tal-MEPA il-Ministeru jevalwa il-bidla proposta skond l-obbligi tal-kuntratt.

Għajn Qajjed — Zebra Crossing

Question

Jista' il-Ministru jara li tinxtegħel iż-zebra crossing li hemm fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed/Nigret Rabat, Malta peress li ilha mudlama għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li d-Direttorat tat-Toroq kien lesta x-xogħol tac-Civil Engineering sabiex ix-xogħol ta’ wiring ikun jista’ jsir mill-Enemalta. Din iż- zebra crossing tinsab fit triq li r-responsabilita tagħha taqa’ taħt il-Kunsill Lokali, u b’hekk dan il-Kunsill għandu jagħmel l-applikazzjonijiet meħtieġa biex din iż- zebra crossing tinxtgħel.

Imtarfa Bypass

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn ix-xogħol fuq il-bypass ta' l-Imtarfa reġa' waqaf u dan b'inkonvenjenza kbira għat-traffic flow lejn il-parti tar-Rabat, Malta magħrufa bħala Għajn Qajjed u l-Imtaħleb u l-Baħrija? Jista' il-Ministru jgħid xi pjan hawn biex din it-triq titkompla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT ħarġet tender għax-xogħlijiet meħtieġa f’din il-bypass. Dan it-tender CT 272/2006 inħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti u għadu kemm ġie aġġudikat. Ix-xogħol għat-tlestija ta’ din it-triq ser jinbeda fil-ġranet li ġejjin.

Rabat — Triq Għeriexem

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi mod kif it-triq prinċipali madwar ir-Rabat, Malta jiġifieri Triq Għeriexem li tkompli fi Triq Ta' Tabija, tiġi rranġata u mogħtija t-tarmac u dan għaliex hemm partijiet ġo fiha li huma ta' periklu, eżempju ta' dan hija l-bankina fejn l-Għajn tal-Ħasselin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Nterpellant ma jinvolviex biss xogħol ta’ resurfacing iżda huwa proġett sħih li jinkludi l-bini ta’ retaining wall ġdid u installazzjoni ta’ servizzi ġodda tul din it-triq bħal ma sar fit-triq tal-Bypass ta' l-Imtarfa. Xorta waħda l-ADT kienet għamlet xogħol ta’ patching f’din it-triq bħala soluzzjoni temporanja.

Rabat — Is-Saqqajja

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn il-parti magħrufa bħala is-Saqqajja, ir-Rabat, Malta qiegħda tiġi rranġata b'inkonvenjenza għan-nies tal-lokal, speċjalment bil-gandott li ġie mħaffer xahrejn ilu u għadu mikxuf? Xi studju sar qabel ġie magħżul il-materjal biex jintuża għal proġett ta' tisbiħ tas-Saqqajja?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li xogħlijiet imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant qed isiru mill-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-ADT ma ġietx infurmata bil-materjal li ser jintuża għal dan il-proġett.

Ħ'Attard — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi ta' kull triq li ġew magħżula wara proċess ta' tender biex jagħmlu toroq f'Ħ'Attard u meta hu mistenni li jibda u jispiċċa kull xogħol f'kull triq rispettiva?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT ħarġet it-tender mid-Dipartiment tal-Kuntratti għax-xogħlijiet fi Triq iż-Żahar, Triq il-Larinġ, Triq it-Taħħan, parti minn Triq E Cremona u parti minn Triq P P Rubens. Dan it-tender għadu fil-proċess ta’ aġġudikazzjoni u d-dettalji fuq dawn ix-xogħlijiet jingħataw wara li jkun konkluż dan l-proċess. Ninsab infurmat ukoll, li l-ADT ħarġet it- tenders għal bini ta’ p/o Triq iż-Żraġen u Triq Bettija, ukoll. Dawn it- tenders ġew ippublikati l-ġimgħa l-oħra. Rigward ix-xogħol ta’ fuq Triq l-Istrinġitur it- tender ingħata lil Tal-General Co. Ltd.

Mosta — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi ta' kull triq li ġew magħżula wara proċess ta' tender biex jagħmlu toroq fil-Mosta u meta hu mistenni li jibda u jispiċċa kull xogħol f'kull triq rispettiva?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-tenders ta’ bini ta’ diversi toroq ġewwa l-Mosta ngħataw kif indikat f’din il-lista:- Triq Rużar Briffa - Philip Agius & Sons Ltd Triq Ruzar Mizzi - Philip Agius & Sons Ltd Triq Katakombi ta’ Bistra - Road Servicing Ltd Triq Gorg Mitrovich - Road Servicing Ltd Triq Mons A Fenech - Bonnici Bros Ltd Ninsab infurmat ukoll li t- tender għal bini ta’ Triq San Ġuzepp, Triq Salvu Gatt u Triq San Paċifiku għadu qed jiġi aġġudikat mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Il-ġimgħa l-oħra ġew pubblikati t- tenders għal bini ta’ p/o Triq il-Ħuttaf u Triq il-Gardell.

Proġett ta' komunikazzjoni bejn il-Belt Valletta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien l-eżitu ta' l-applikazzjoni għall-fondi taħt l-Interreg III B għal proġett tal-komunikazzjoni bejn il-Belt Valletta, mid-dwana sa Kastilja permezz ta' escalator?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li leżitu ta' l-applikazzjoni tal-Proġett tal-Kommunikazzjoni bejn il-Belt Valletta, mid-Dwana sa Kastilja permezz ta' escalator taħt l-Interreg III B ma kienx fost il-proġetti li ġew aċċettati.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21310 u jagħti breakdown ta' l-ispiża kapitali fuq it-toroq fis-snin 2005 u 2006 sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi matul din is-sena 2006 sa l-24 ta' Ottubru intefqu Lm 8,641,935 li kienu maqsuma kif jidhru hawn taħt :- Proġett Ammont Roads Capital Vote - Lm 6,204,504 Italian Protocol - Lm 610,000 EU Protocol (Pre-Assession Funds) - Lm 1,827,431 Proġett Ammont Roads Capital Vote - Lm 4,942,405 Italian Protocol - Lm 12,085,377 EU Protocol (Pre-Assession Funds) - Lm 59,826

Protokoll Taljan — Bini ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21308 u B'riferenza għat-toroq li saru mill-fondi tal-Protokol Taljan, jista' il-Ministru jagħti: a) il-valur tax-xogħlijiet għal kull triq; b) it-tul ta' kull triq; c) kemm tħallsu flus f'expropriation ta' proprjeta' għal bini tat-toroq; d) x'inhu l-ammont ta' fondi li nħarġu mill-Gvern Taljan għal kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Belt Valletta — Electric Mini-Cabs

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-offerti għall-provvista ta' servizz ta' trasport bl-electric mini-cabs fil-Belt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm appell kontra d-deċiżjoni ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport u għaldaqstant il-każ għadu għaddej mill-proċess ta' arbitraġġ.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ karozzi mikrija matul din is-sena 2006 huma :- Awtorita’ dwar it-Trasport 27 Ministeru/Dipartiment 5 Fis-sena 2005 l-Awtorita’ dwar it-Trasport kellha 26 karozza mikrija filwaqt li l-Ministeru/Dipartiment kellu 4 karozzi mikrija. L-ispiża tal-kirja u tal- fuel tal-karozzi mikrija fis-sena 2005 kienet ta’ :- Awtorita’ dwar it-Trasport Fuel bill Lm 12,798 Kirja Lm 60,386 Ministeru/Dipartiment Fuel bill Lm 2,353.89 Kirja Lm 10,672.09 Fl-ispiża globali tal-kirjiet għal karozzi li ntużaw mill-Ministeru/Dipartiment hemm nklużi l-ispejjeż ta’ xi karozzi li nkrew fuq bażi temporanja meta xi karozza oħra kellha xi ħsara.

Toroq Arterjali — Twaħħil ta' Tabelli

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21298 u jgħid: B'riferenza għat-tabelli li twaħħlu fit-toroq arterjali, jista' il-Ministru jgħid kemm kellhom jitwaħħlu tabelli u kemm fil-fatt twaħħlu u kemm ġew imkissrin u/jew mibdula jew se jinbidlu? Kemm kienet l-ispiża kollha ta' dan il-kuntratt u kemm tħallsu flus s'issa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Rapporti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm swew kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li r-rapporti li saru fid-dekasteru tiegħi kull sena għal dawn l-aħħar erba’ snin huwa kif jidher fil-lista :- Awtorita’ dwar it-Trasport Sena Numru ta’ rapporti Kemm swew Lm 2003 4 9,545.90 2004 6 47,493.72 2005 4 63,769.04 2006 3 10,153.94 Pendenti minn dawn t-totali hemm parti minn kont wiehed biss tas-sena 2004 ta’ Lm5,763.29 Ministeru/Dipartiment Sena Numru ta’ rapporti Kemm swew Lm 2004 8 16,474.60 2005 3 1,711.00 2006 8 7,030.27 Pendenti minn dawn t-totali hemm 3 kontijiet tas-sena 2006 ta’ Lm 4,721.17.

Żvilupp Urban u Toroq — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ispiża totali ta’ reklamar mill-ewwel ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru 2006 magħmula mid-dipartimenti tiegħi, bid-dettalji kollha kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt :- Awtorita’ dwar it-Trasport l-ispiża globali tammonta għal :- Lm 51,906 Isem tal-Kumpanija Spi ż a (Lm) One Productions Ltd 1,277 XFM 1,180 Media Link 2,446 Public Broadcasting Serv Ltd 18,275 Standard Publications Ltd 1,847 Allied Newspapers Ltd 3,526 Union Press Ltd 1,524 Repro House Co Ltd 16,105 (li minnhom Lm2,215 kienu printing tal- ADT handbook u Lm6,400 marru għal adverts fuq diversi gazzetti lokali. Il-bqija tal-bilanċ kienu flus mħallsa lil Repro fuq artworks , designs u printing ieħor) Bay Radio 934 Chrome Marketing 345 Impact Group 1,879 Leading Edge 767 Watermelon 1,652 Visual Impact 55 Deemedia 94 Ministeru/Dipartiment l-ispiża globali tammonta għal Lm 536.38 :- Isem tal-Kumpanija Spiża (Lm) Standard Publications 176.52 Billboard Advertising Ltd 141.60 Allied Newspapers Ltd 218.26

Baċir Nru 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-aġġudikazzjoni tat-tender għal proġett ta' Baċir Nru. 1?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet mall-Consortium Romegas għadhom għaddejjin. Bħalissa qegħdin fil-fażi ta' konklużjoni tal-proposti finanzjarji.

ADT — Ħlasijiet Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' ħlasijiet pendenti li l-ADT għandha mal-kuntratturi tat-toroq li għalihom ġew preżentati kontijiet li sal-lum għadhom ma tħallsux, inkluż retentions, b'riferenza għal kull triq separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Jiena nħoss li l-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista' jintuża aħjar u ma narax il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni li qed tintalab.

Personalised Number Plates

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn personalised number plates illum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li personalised plates bi tlett ittri u tlett numri hemm 64,348 filwaqt li personalised plates b'special alphabetical format and/or special numeric format hemm 368.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Fra Fred Mattei

Question

Jista' il-Ministru jara jekk tistax tingħata risposta għall-mistoqsija parlamentari 20772 u cioe' jikkonsidra li jirrikmanda li l-aħħar parti ta' Triq Fra Fred Mattei, f'Ħaż-Żebbuġ - mappa qed tintbagħat separatament - tingħata wiċċ xieraq minħabba l-inkonvenjent kbir li qegħdin isofru r-residenti affettwati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li wara spezzjoni li saret mill-periti ta' l-ADT, il-parti tat-triq imsemmija se tiġi nkluża fil-lista ta' toroq li jridu jinbnew mill-ADT. Ix-xogħol meħtieġ fit-triq imsemmija ma jinkludix biss li jingħata wiċċ ġdid imma li ssir l-infrastruttura meħtieġa u li t-triq tinbena skond l-istandards ta' l-ADT.