Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediċina Trimipramin 50mg

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-mediċina Trimipramin 50mg kienet jew hijiex out of stock?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fuq parir tal-Clinical Chairman tad-dipartiment tal-Psikjatrija il-Trimipramin giet sostitwita b’medicina alternattiva, Amitriptyline hydrochloride 10 mg and 25mg tablets, Clomipramine hydrochloride 10 mg and 25mg tablets ,Imipramine hydrochloride 10 mg and 25mg tablets, Nortriptyline 10 mg and 25mg tablets and Mianserin hydrochloride 10mg and 30 mg

Mediċina Ferrologic Injections

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-mediċina Ferrologic Injections kienet jew hijiex out of stock?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi din il-mediċina qatt ma kienet fil-Formularju tal-Gvern.

Sptarijiet ta’ Malta – problemi bid-drips

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx jew kienx hemm problemi bid-drips fl-isptarijiet ta’ Malta u humiex jew kienux out of stock?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma kienx hemm drip sets out of stock.

Ġenituri li jakkumpanjaw lit-tfal għall-kura barra l-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li bejn Jannar u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija bbenefikaw mill-miżura li permezz tagħha l-Gvern beda jħallas għall-passaġġ tal-ajru għat-tieni ġenitur li jakkumpanja lill-ibnu jew lill-bintu għall-kura barra l-pajjiż? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor Interpellant li minn meta dahlet il-mizura f’ Jannar 2014 sa 18 ta’ Gunju ta’ din is-sena kien hemm 267 persuna li ibbenefikat mill-ghajnuna tal-Gvern li jhallas it-tieni biljett tal-ajru ghal min jakkumpanja pazjenti taht it-tmintax il-sena.

Donazzjonijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li taw id-demm bejn is-sena 2000 u s-sena 2014, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu rġiel u kemm nisa, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid minn liema gruppi ta’ etajiet kienu ġejjin, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid ta’ liema blood group kienu dawk li taw id-demm, sena b’sena b’mod, separat? Jista’ jgħid ukoll kemm-il unit ta’ demm ingħata bejn is-sena 2000 u s-sena 2014, sena b’sena, b’mod separat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor Interpellant biex jirreferi ghat-tabelli t’hawn taht: Numru ta’ persuni li taw id-demm bejn is-sena 2000 u s-sema 2014 Num of Male Female (m)O+ (f)O+ (m)O- (f)O- (m)A+ (f)A+ (m)A- (f)A- (m)B+ (f)B+ (m)B- (f)B- (m)AB+ (f)AB+ (m)AB- (f)AB- Year Donations Donations Donations 2000 16353 11762 4591 4458 1877 555 226 4769 1852 580 194 735 255 61 25 320 133 3410 2001 16850 11658 5192 4414 2083 629 280 4580 2009 611 283 707 320 66 34 319 151 4914 2002 16166 11075 5091 4066 1979 644 280 4432 2032 524 267 700 344 56 35 329 132 3015 2003 16689 11465 5224 4160 2084 570 247 4679 2095 565 221 718 348 68 31 306 166 3614 2004 15293 10625 4668 3838 1743 537 232 4438 1961 492 219 669 305 63 31 307 146 3013 2005 14376 9707 4669 3528 1784 579 293 3872 1845 465 248 589 295 64 33 290 140 1710 2006 14801 10063 4738 3577 1721 498 272 4151 1935 477 265 619 312 66 29 279 162 3211 2007 14480 9488 4992 3403 1826 458 272 3947 2031 455 268 568 333 64 37 243 180 2217 2008 15131 9809 5322 3597 2016 471 331 4048 2120 425 268 598 338 56 35 303 162 2418 2009 14973 9755 5218 3747 2051 451 294 3836 2020 424 272 604 317 58 34 294 185 2013 2010 15096 10060 5036 3643 2000 447 245 4079 1982 419 226 585 333 67 30 294 160 2117 2011 16960 11204 5756 4111 2182 551 345 4454 2246 529 335 659 381 59 37 356 202 2612 2012 17424 11608 5816 4360 2311 590 333 4522 2221 473 312 732 399 75 34 371 179 3112 2013 17024 11533 5491 4176 2151 646 381 4604 2023 478 303 765 379 78 48 371 183 3115 2014 17385 11901 5484 4238 2142 615 299 4832 2135 427 291 733 352 73 50 379 183 4416

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – nefqa ta’ petrol u diesel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’petrol u diesel mill-Ministeru tiegħu (kemm fil-qasam tal-enerġija kif ukoll fil-qasam tas-saħħa), inkluż id-dipartiment, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti breakdown skont il-pompi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-gradi kollha tan-nies ġodda li ġew ingaġġati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Mejju 2015? Kemm-il persuna hemm ingaġġata f’kull grad?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gradi huma: · Architect Pipelaying - 4 · Chief Executive - 1 · Child Carer - 1 · Clerks - 13 · Consultant - 1 · Driver - 2 · Engineer - 3 · Engineer Mechanical - 1 · Executive Chairman - 1 · Health & Safety Officer - 2 · ICT Technician - 3 · Junior Applications Developer - 4 · Junior Business Analyst - 1 · Junior Draughtsman - 1 · Laboratory Technician - 2 · Manager - 1 · Multi skilled fitter Level 3 & 4 - 112 · Officer - 1 · PA to Chairman - 1 · Quantity Surveyor - 1 · Senior Applications Developer - 2 · TAS - 9

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ingaġġ ta’ periti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati periti ġodda mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-għażla ta’ dawn il-periti l-ġodda? Jista’ jgħid kemm hemm periti b’kollox mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma preżentament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi ġew ingaġġati erba’ (4) periti ġodda. Il-bordijiet tal-għażla kienu jikkonsistu minn żewġ inġiniera u d-Direttur tal-Riżorsi Umani. B’kollox hemm tminn (8) periti jaħdmu mal-Korporazzjoni.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ingaġġ ta’ persuni mill-istess familja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex policy dwar ingaġġ ta’ persuni fil-Korporazzjoni mill-istess familja? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tagħha jew inkella jgħid x’inhi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandiex policy dwar din il-materja.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Quantity Surveyor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Quantity Surveyor għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jista’ jgħid kemm minnhom daħlu qabel l-1 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid x’inhu r-rwol u r-responsabilità assenjata lil dawk li daħlu bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Mejju 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha żewġ Quantity Surveyors li t-tnejn daħlu qabel l-1 ta’ Marzu 2013. Quantity Surveyor irtirat reġa’ ġie ngaġġat mal-Korporazzjoni fuq kuntratt definit u fuq bażi part-time fi Frar 2014. Ix-xogħol tiegħu huwa li jikkordina x-xogħlijiet mal-Kunsilli Lokali.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent, person of trust jew special advisor għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jista’ jgħid min huma? Jista’ jgħid x’inhu s-salarju tagħhom u x’perkaċċi jgawdu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għandha sitt (6) persuni fil-karigi msemmija.

Households u ażjendi – pannelli fotovoltajiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn households u ażjendi privati li qed jużaw il-pannelli fotovoltajiċi? F’liema lokalitajiet? Kemm qed jiġu prodotti watts mill-enerġija solari? X’persentaġġ hu dan tal-bżonn tal-enerġija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #17281 Sitting 280 2015-06-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t'Għawdex — kundizzjonijiet tax-xogħol tal-care workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif fl-aħħar ġimgħat ġew mibdula l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-care workers li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex kemm dawk li jaħdmu mal-Gvern kif ukoll dawk impjegati mal-kuntrattur? Dan it-tibdil kif affettwa d-dħul ta' dawn l-istess care workers?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor Interpellant jispecifika ghal liema tibdiel qed jirreferi.

Dipartiment tas-Saħħa – magni tal-kliewi

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16275, 15510 u 14850, jista l-Ministru jgħid kemm se jinxtraw magni ġodda tal-kliewi? Jista’ jgħid jekk dan hux se jsir tul din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed jitħejjew it-tender documents sabiex numru ta’ magni jinbidlu fil-ġejjieni qarib.

Persuni b'kanċer tal-pulmun

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew diagnosed b'kanċer tal-pulmun dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Mil-liema lokalitajiet? Kif jikkumparaw dawn il-figuri mal-bqija tal-Ewropea?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-ahhar hames snin (2009-2013), fir–Reġistru tal-Kanċer, kien hemm irrapurtat 967 ka¿ ta’ kanċer tal-pulmun. 722 irġiel u 245 nisa.

Pazjenti — kura barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm marru pazjenti għal kura barra minn Malta dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Jista' jagħti l-etajiet u s-sess tagħhom? Kemm kien il-kontribut finanzjarju tal-Gver, sena b'sena għal dan il-għan u f'liema pajjiżi intbatu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi pazjenti li nbaghtu ghall-kura barra minn Malta kienu: fl-2010-476 pazjent, fl-2011-474 pazjent, fl-2012-574 pazjent, fl-2013-665 pazjent, u fl-2014 – 696 pazjent. Dwan il-pazjenti rcevew kura gewwa l-Ingilterra, l-Italja, l-Germanja, u l-iSvizzera.

Ċentru tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid — paga ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li taħdem fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid taħdem żewġt iħdud fix-xahar imma titħallas paga ta’ xahar sħiħ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija titħallas skond kemm taħdem.

Il-Bajja s-Sabiħa – żejt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Bajja s-Sabiħa ma’ ġietx magħluqa minnufih mill-awtoritajiet tas-Saħħa Ambjentali meta feġġgħet roqgħa żejt nhar il-Ħamis 11 ta’ Ġunju 2015? Jista’ jgħid kemm-il siegħa għaddiet biex ittieħdet azzjoni wara li daħlu l-ewwel rapporti? Jista’ jikkonferma jekk l-għeluq tal-bajja kienx marbut mar-rapporti fil-media u fil-media soċjali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi l-Bajja s-Sabiħa ingħalqet għall-għawm mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mal-ewwel indikazzjoni illi seta’ kien hemm kontaminazzjoni vicin ix-Xatt, il-Ġimgha 12 ta’ Ġunju. Il-pubbliku kien infurmat dwar dan permezz ta’ stqarrija għall-istampa. Id- Direttorat tas-Saħħa Ambjentali reġa' ħareġ stqarrija il-Ħadd biex ifakkar il-Pubbliku li l-bajja kienet għada magħluqa sakemm isiru t-testijiet neċessarji, liema bajja nfetħet għall-għawm nhar it-Tlieta 17 ta’ Gunju 2015.

Sptar Ġenerali t’Għawdex — kwalifiki ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn membri tal-istaff tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex qed jintalbu jgħidu x’inhuma l-kwalifiki tagħhom fuq livell individwali u personali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li dan l-eżerċizzju qiegħed issir sabiex id-dipartiment tal-HR ikollu r-records kompluti

Sptar Karen Grech — kwalifiki ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn membri tal-istaff tal-Isptar Karen Grech qed jintalbu jgħidu x’inhuma l-kwalifiki tagħhom fuq livell individwali u personali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li dan l-ezercizju qieghed issir sabiex id-dipartiment tal-HR ikollu r-records kompluti