Jista’ l-Ministru jgħid x’konsultazzjoni saret mal-MHRA, ġaladarba dan il-proġett se jkollu eluf ta’ sodod fuq is-suq għall-istudenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li saru diversi laqgħat ma' korpi kostitwiti inkluż mal-MHRA. Nixtieq niċċara illi l-akkomodazzjoni li ser ikun hemm on site ser isservi esklussivament bħala university residence għal madwar kwart tal-popolazzjoni studenteska ta' dan il-proġett.
Kulleġġ San Injazju – Skola Sekondarji tal-Ħandaq — klassijiet
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn l-istudenti tal-Iskola Sekondarja tal-Ħandaq fil-Kulleġġ San Injazju m’għandhomx klassi fissa bil-konsegwenza li l-istudenti qegħdin jispiċċaw iġorru basktijiet tqal minn lezzjoni għall-oħra l-ġurnata kollha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din is-sistema ilha mwaqqfa fl-iskola sekondarja tal-Ħandaq minn mindu nfetħet l-iskola bl-ewwel studenti. L-istudenti jimxu minn klassi għal oħra. L-iskola investiet ħafna fil-lockers u l-istudenti huma mħeġġa jużawhom fejn jistgħu jerfgħu kotba u files biex ma jġorrux toqol żejjed. L-Għalliema jibdew mill-ewwel jum tal-iskola jgħallmu lill-istudenti kif iħaddmu t-timetable u jużaw il-lockers. Matul il-ġurnata fl-iskola l-istudenti jingħataw darbtejn ħin biex jiftħu l-lockers u jġorru biss kotba u files li jkollhom bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm studenti fl-Alternative Learning Program? X’etajiet għandhom, kemm hemm subien u kemm hemm bniet u kif sejra l-attendenza tagħhom? X’tip ta’ kurrikulu jingħataw u x’tip ta’ għajnuniet oħra extra kurrikulari qed jirċievu dawn it-tfal biex iżżid il-motivazzjoni tagħhom minkejja d-diffikultajiet dawn jitgħallmu jew jitħarrġu b’mod effettiv bi preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol jew tkomplija tal-edukazzjoni post-sekondarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li:-
1. Fil-preżent hemm 255 studenti fl-Alternative Learning Programm.
2. L-età tagħhom tvarja bejn 15 u 16-il sena. Hemm 157 subien u 98 bniet li fil-maġġoranza tagħhom jattendu.
3. Il-kurrikulum tagħhom hu Malti, Ingliż, Matematika, ICT, PE, Home Economics, PSCD u Reliġjon u żewġ suġġetti vokazzjonali tal-għażla tagħhom. Dawn jinkludu Auto Mechanics, Agribusiness & Gardening, Art & Design, Basic Engineering, Building Services/Trades, Carpentry, Care Work, Customer Care, Drama, Electrical Installations & Basic Electronics, Hairdressing, Hospitality, Music, Paper Making & Book Binding, Personal & Beauty Care, Plumbing, Pottery & Ceramics, Sports (indoor & outdoor), Multimedia & ICT Applications, Textiles, Welding & Fabrication.
4. Fost l-għajnuniet extra-kurrikulari li dawn l-istudenti jingħataw nsibu Adventure Week, Outdoor Adventure f’Villa Psaigon, ħarġiet edukattivi fosthom żjara fi Xrobb l-Għaġin, Buskett, Ġonna tal-Argotti, Yoyo Child Care Center, ITS, Fort Rikasoli, Birgu Maritime Museum, Classic Car Museum & Restoration, Fort St. Elmo & War Museum, PSCD Seminar, Mdina Glass, Malta National Aquarium, Motherwell Bridge Welding Course, Food Handling Course mal-ETC, programm mal-AFM, job shadowing f’lukandi ewlenin, courses mas-Civil Protection u affarijiet oħra simili għal kull grupp. Bħala skola qed nagħtu importanza wkoll l-isports u ħadna sehem f’diversi dixxiplini fosthom arti marzjali, futbol, rugby, table tennis u indoor games. Qed noffru wkoll l-opportunità lill-istudenti jagħmlu first aid course.
Dan kollu għandu jżid fil-motivazzjoni ta’ dawn l-istudenti u jippreparahom b’mod ħolistiku għad-dinja tax-xogħol jew tkomplija tal-edukazzjoni post-sekondarja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel primarji fl-irħula kollha ta’ Għawdex, jiġifieri fil-Victoria, ix-Xagħra, in-Nadur, is-Sannat, il-Munxar, Kerċem, il-Qala, Għajnsielem, ix-Xewkija, San Lawrenz, iż-Żebbuġ, l-Għarb u l-Għasri fis-snin 2000, 2005, 2010, 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra erba' tabelli bl-għadd ta' studenti fl-iskejjel primarji tal-Istat f'Għawdex, lokalità b'lokalità, fis-snin indikati mill-Onor. Interpellant.
Università ta’ Malta — Studenti Għawdxin isegwu kors full-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti Għawdxin li kienu qed jattendu kors full-time fl-Università ta’ Malta fis-snin 2000, 2005, 2010 u 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ studenti Għawdxin li kienu qed jattendu kors full-time fl-Università ta’ Malta, huwa kif ġej:
Sena Akkademika
Total
2000/1
557
2005/6
618
2010/1
639
2014/5
810
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – reklamar fuq media
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas s’issa f’reklamar (li jinkludu reklami fuq television, radio, gazzetti u l-online portals, kif ukoll google adverts jew permezz ta’ kwalunkwe medium ieħor) mill-Ministeru kif ukoll minn kwalunkwe dipartiment, awtorità u entità oħra li taqa’ taħtu mill-1 ta’ April 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija parlamentari, kif ukoll il-valur tar-reklami li għadhom ma tħallsux imma huma bbukjati? Jista’ jgħid jekk dawn ir-reklami tħallsux jew hux se jitħallsu minn Fondi Ewropej, jew jekk tħallsux jew se jitħallsu minn xi fond ieħor? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont li tħallas jew se jitħallas minn kull fond imsemmi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ħlas f’reklamar mill-Ministeru tiegħi inkluż id-direttorati/dipartimenti u l-entitajiet illi jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, bejn l-1 ta’ April 2013 u l-15 ta' Diċembru 2015 kien ta’ €1,103,699.91. Minn dan l-ammont, €226,235.48 tħallsu minn fondi Ewropej filwaqt li €877,464.43 minn fondi lokali. Hemm ukoll ammont allokat għal ħlas ta’ reklami ta’ €98,170.49 li minnhom €57,604.61 se jitħallsu minn fondi Ewropej u €40,565.88 minn fondi lokali.
Fl-istess perjodu kien hemm ukoll il-ħlas f’reklamar mill-Malta Racing Club li jammonta għal €3,436.00 li la tħallsu minn fondi Ewropej u lanqas minn fondi pubbliċi.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — nefqa fuq reklamar u informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21334 u jgħid x'kienet in-nefqa fuq kampanji ta' reklamar u informazzjoni mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 'l hawn, entità b'entità u dipartiment b'dipartiment?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif murija fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Presidenti tal-Kunsill tal-Iskejjel ta' Għawdex — persuna maħtura
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21261 fejn elenka min huma l-Presidenti tal-Kunsilli tal-Iskejjel ta’ Għawdex kollu, jista’ jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u jgħid f’kull każ, il-persuna li qed isservi bħala President tal-Kunsill Skolastiku ġietx nominata mill-Ministru wara konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-lokalità u jekk huwa nnominax lill-persuna nominata mill-Kunsill inkella nnomina lil dik il-persuna li dehrlu hu? F’każ li l-Ministru ma mexiex mal-parir tal-Kunsill Lokali, jista’ jagħti r-raġuni għaliex?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li minn meta saru l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Skolastiċi f’Jannar 2015 kien hemm biss żewġ Kunsilli Lokali f’Għawdex li bgħatu rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar il-ħatra ta’ President tal-Kunsill Skolastiku. Dawn kienu dawk tal-Għarb u ż-Żebbuġ. Fil-każ tal-ewwel inħatret il-persuna nnominata mill-Kunsill Lokali filwaqt li fil-każ taż-Żebbuġ, sfortunatament in-nomina tal-Kunsill waslet għand il-Ministeru wara li diġà kienet saret il-ħatra ta’ President.
Ma kienx hemm tibdil ieħor fil-Presidenti tal-Kunsilli Skolastiċi f’Għawdex f’din il-leġiżlatura.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20236, jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi klabbs tal-waterpolo li talbu l-għajnuna biex itejbu jew jirranġaw il-faċilitajiet li għandhom bħalissa? Jekk iva, liema huma dawn il-klabbs?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li dan il-Ministeru kellu laqgħat mal-Klabb tas-Sirens ASC dwar kif tista’ tingħatalhom għajnuna biex itejbu l-faċilitajiet li għandhom bħalissa.
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar sectoral agreement tal-gradi tal-libreriji? Jista’ jgħid jekk hux veru li qed isir xi forma ta’ ftehim mingħajr konsultazzjoni mal-istess ħaddiema, jekk iva fiex wasal u minn xiex jikkonsisti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-aħħar sectoral agreement fuq l-iskali tal-libreriji kien sar fl-1995 u minn dakinhar s’issa ma sar l-ebda sectoral agreement ieħor u lanqas kien hemm xi taħdidiet mal-ħaddiema.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-iskola post sekondarja ta' Għawdex dik magħrufa bħala s-Sixth Form ta' Għawdex sal-lum għad m'hemmx Kunsill tal-Istudenti u dan kontra dak stipulat fil-liġi sussidjarja stess? Meta hu maħsub li ssir l-elezzjoni biex l-istudenti jkollhom kunsill tagħhom kif hekk fi skejjel oħra post sekondarji f'Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li din l-istituzzjoni edukattiva post-sekondarja għandha Kunsill Skolastiku ferm attiv iffurmat minn President, Segretarju/Teżorier, tlett għalliema u tlett studenti ta’ età minn 16-il sena 'l fuq li qegħdin hemm sabiex jirrappreżentaw lil sħabhom l-għalliema u studenti rispettivament.
Rigward il-Kunsill msemmi mill-Onor. Interpellant, tlabt aktar informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn fl-iskejjel sekondarji mhux qed jingħata biżżejjed supervision biex l-istudenti jkomplu bl-attivitajiet extra kurrikulu waqt il-break u dan meta qiegħda issir tant enfasi fuq l-obeżità u dawn l-attivitajiet ser jitniżżlu fl-iSchool leaving certificate?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-iskejjel sekondarji kollha kemm huma ġew allokati biżżejjed mid-day break supervision sessions sabiex jissodisfaw dak li kien miftiehem bejn il-Gvern u l-MUT permezz tal-ftehim settorjali tal-2010 u li għall-preċiżjoni jgħid:
In Secondary Schools the Teacher/student ratio for mid-day supervision shall be 1:40 except where specific activities are organised.
Fil-fatt barra li l-iskejjel jingħataw mid-day break supervision session għal kull 40 student jingħataw ukoll mid-day break session għal kull 15-il student u dan sabiex ikunu jistgħu jinżammu biżżejjed attivitajiet għall-iskopijiet tas-Secondary School Certificate and Profile (SSC&P), dak li qabel kien magħruf bħala l-iSchool Leaving Certificate. Dan fih innifsu diġà itejjeb ir-ratio minn 1:40 għal 1:25. Barra minn hekk kull skola tista’ talloka mid-day break supervision session lil dawk l-LSAs kollha li fil-ħin tal-lezzjonijiet jassistu student bi statement ta’ shared jew shared same class u li waqt il-break mhux rakkomandat li jżommu lill-istudenti tagħhom magħhom kif inhu meħtieġ fil-każijiet one-to-one. Dan ikompli jtejjeb ir-ratio għaliex kull skola għandha numru konsiderevoli ta’ LSAs li jaċċettaw li jagħmlu mid-day break supervision.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm ħaddiema taċ-Ċivil li bdew xi kors universitarju wara l-arranġamenti li saru bejn l-Università u l-Gvern? F'liema oqsma ta' studju qed jitħarrġu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema taċ-Ċivil li bdew kors universitarju wara l-arranġamenti li saru bejn l-Università u l-Gvern huma dawn:
Bachelor of Arts (Hons) in Public Administration – 32 ħaddiem
Executive Master of Business Administration in Public Management – 15-il ħaddiem
Executive Master of Business Administration in Public Management (Preparatory Programme) – 2 ħaddiema
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jiggradwaw studenti din is-sena, lokalità b'lokailtà mill-Università ta' Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ studenti fl-Università ta’ Malta li huma mistennija jiggradwaw din is-sena, lokalità b’lokalità. L-għadd preċiż ta’ gradwati jkun magħruf fl-aħħar taċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni, fil-15 ta’ Diċembru 2015.
Hemm ukoll 14-il gradwat li segwew kors fuq bażi ta’ “Distance Learning”.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' studenti li bdew xi kors universitarju din is-sena, lokalità b'lokalità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta’ studenti fl-Università ta’ Malta li bdew xi kors universitarju din is-sena akkademika, lokalità b’lokalità.
Gozo university – univeristy lecturers — subsistence
Question
To ask the Minister, what is the subsistence offered to any University Lecturer attending Gozo University? What is reimbursed, the food, travel, and accomodation?
Response (BARTOLO, EVARIST)
I am informed that the University of Malta refunds its Lecturers that attend the Gozo campus, the cost of the ferry ticket, an allowance of €10.48 for every crossing and, if accompanied by their spouse, 75% of the cost of the spouses’ accommodation. The Lecturer’s accommodation is refunded by the Ministry for Gozo.
Gozo university – university lecturers — subsistence
Question
To ask the Minister, what was the total expense covering the subsistence for University Lecturers visiting Gozo University in 2010, 2011, 2012, 2013 and 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
I am informed that the annual cost between 2010 and 2014, for University Lecturers to attend the Gozo campus, is as follows:
Year
Accommodation (75%) for spouses
Transport
2010
€ 1,623.34
€ 10,171.29
2011
€ 3,249.48
€ 8,951.72
2012
€ 4,132.27
€ 10,660.94
2013
€ 2,035.52
€ 8,309.52
2014
€ 1,774.49
€ 7,285.30
Total
€12,815.10
€ 45,378.77
These totals do not include any amounts paid to University Lecturers by the Ministry for Gozo.
To ask the Minister, what was the total number of primary school children attending Government and Private schools in Gozo in 2000, 2005, 2010 and 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
I am informed that the total number of primary school students attending Government and Non-State schools in Gozo was as follows:
Student population in Gozitan Government Primary Schools (Kinder included)
Sch. Yr. 2000/01
Sch. Yr. 2005/06
Sch. Yr. 2010/11
Sch. Yr. 2014/15
2314
1900
1540
1448
Student population in Gozitan Non-State Primary Schools
Yr. 2000
Yr. 2005
Yr. 2010
Yr. 2014
653
671
573
559