Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li hija l-kwantita' ta' produzzjoni tad-demel naturali li tipproduċi l-industrija tat-tjur f'Malta u Għawdex separatament fuq bażi ta' sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba għad trid tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tie up li saru matul dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena skond il-mistoqsija parlamentari nru. 20675 u kemm fil-fatt kienet il-kwota għal kull sena għas-sajjieda Maltin u Għawdxin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma nħass il-bżonn li jiġi ordnat ebda tie-up f'dawn l-aħħar għaxar (10) snin.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu dwar importazzjoni ta' bhejjem jew laħam minn pajjiżi li huma magħrufa li għandhom il-Mad Cow Disease?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21279 u cioe "Id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji jieħu l-prekawzjonijiet neċċesarji biex jassigura li l-ikel li jidħol f'Malta, partikolarment iċ-ċanga, huwa tajjeb għal konsum.
Barra l-kontroll li jagħmel il-pajjiż minn fejn joriġina il-laħam, l-Official Health Certificate jiġi studjat b'reqqa, sabiex jassigura illi l-kundizzjonijiet u testijiet għal-BSE mill- Awtoritajiet Kompetenti jkunu saru kif suppost.
Barraminhekk, iċ-ċanga kolla u l-prodotti tagħha li jiġu impurtati, iridu jkunu immarkati b'tali mod li jkun faċli li wieħed ikun jaf minn fejn oriġina l-istess prodott."
Barraminhekk, id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji fl-14 ta’ Novembru 2000 ħareġ is-segwenti stqarrija, u cioe’ :
“Id-Direttur tas-Servizzi Veterinarju javża illi minħabba fis-sitwazzjoni tal-marda tal-BSE [Mad Cow Disease] fi Franza, l-importazzjoni taċ-ċanga minn dan il-pajjiż sejra tiġi kkondizzjonata, billi il-konsinji taċ-ċanga jridu jiġu ċċertifikati li l-laħam qiegħed joriġina minn annimali li meta nqatlu kellhom inqas minn 24 xahar, u li kull biċċa laħam trid tkun identifikata għall-oriġini tagħha. L-istess kondizzjonijiet jgħoddu għal prodotti oħra tal-laħam taċ-ċanga bħal burgers.
Jista' l-Ministru jara li t-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija tiġi milqugħa fis-sens li tintefa' ħamrija fl-għalqa tiegħu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ħadt nota ta' dan u għaddejta lill-uffiċjal inkarigat.
Jista' l-Ministru jinformani x'sar matul dawn l-aħħar sentejn sabiex il-koperattivi tal-bdiewa, sajjieda u raħħala jkunu aktar aġġornati dwar l-iżvilupp tal-agrituriżmu fil-gżejjer tagħna?
Min huwa l-konsulent tal-ministeru fuq l-agrituriżmu u kemm ġew organizzati laqgħat mal-bdiewa u s-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom dwar l-agrituriżmu fl-istess perijodu?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-iktar żvilupp li sar f'dan ir-rigward kienet l-introduzzjoni li għamel il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd fuq il-website bl-indirizz http://agriculture.magnet.mt f'Mejju ta' din is-sena. Il-kalendarju tal-attivitajiet ta' l-Agrikoltura kif ukoll dawk tas-Sajd jagħmlu parti integrali ta' dan il-Website li għalih, għandi l-pjaċir ngħid, li l-NGOs kollha kienu
mitluba biex jikkontribwixxu.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-Ċirkolari relevanti li kienet
ħarġet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 20671?
Response (ZAMMIT, NINU)
Is-sajjieda Part Timers huma diġa regolati mil-liġi eżistenti dwar is-sajd. Din is-sitwazzjoni ma hix fi ħsieb li tinbidel meta l-Liġi l-ġdida tas-Sajd tiġi in vigore. L-Onor. Interpellant japprezza li r-regolamenti tas-Sajd ta' pajjiżna għandhom ikollhom standard internazzjonali bħal dak Ewropej, u dan iżjed w'iżjed meta kullħadd jagħraf li din l-industrija trid tkompli tinbena fuq pedamenti sodi kemm il-darba rridu li l-istess industrija tibqa sostenibbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 20641 abbażi ta' l-artiklu li huwa rrifera għalih matul il-ħin tal-mistoqsijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza il-parti tad-domanda tiegħu dwar prezzijiet lill-Ministru kkonċernat.
Dwar il-provvista tal-majjal frisk, niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant għad-diversi tweġibiet li diġa tajtu fuq din il-materja. Pero' nfakkar li l-provista u d-domanda ta' kwalunkwe prodott huma marbuta ma xulxin u kull fattur li jinfluwenza waħda ser jolqot lill-oħra. Din hi l-liġi fundamentali tas-suq.
Pero', nerġa' nfakkar lill-Onor. Interpellant li, kif suppost li jaf hu, kulħadd jista jimporta l-majjal u għalhekk mhux il-każ li "l-KIM ma tħallitx timporta l-majjal". Il-kwistjoni hi dwar l-eżenzjoni tal-levy kif diġa spjegajtlu fir-risposta parlamentari numru 17595. Infakkar l-Onor. Interpellant li l-levy hija ntiża biex tipproteġi l-interessi u s-suq ta' min irabbi l-majjal lokalment. Peress li kien huwn nuqqas ta' provvista lokali, importazzjoni ta' ammonti speċifiċi għall-ipproċessar, b'levy mnaqqsa, kif sar fil-passat, ma hi ta' l-ebda dannu għall-produtturi.
Għaldaqstant il-Ministeru tiegħi irrikomanda tnaqqis ta' levy fuq ammonti stipulati lil kull proċessur, liema ammonti nħadmu abbażi ta' konsum tagħhom tal-prodott lokali.
Nispera li l-Onor. Interpellant japprezza l-għaqal u l-galbu li wasslu għal soluzzjoni xierqa fl-ispirtu ta' djalogu u konsultazzjoni mal-partijiet kkonċernati.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bordijiet u l-Membri li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd huma ppublikat fil-Gazzetti tal-Gvern diversi, u cioe' kif segwenti:
1. Loans Commission
Membri:
Mr. Serracino Inglott Franco bħala Direttur ta’ l-Agrikoltura, Chairman
Mr. Tong Joseph
Mr. Cremona Joe
Mr. Schembri Antoine
Mr. Busuttil Charles
Dr. Frendo Dimech Donatella
Mr. Zahra Emanuel
Ms. Baldacchino Rowna - Segretarja
2. Pesticides Advisory Board
Membri:
Mr. Farrugia Victor, Chairman
Dr. Peplow George
Mr. Pizzuto Anton
Mr. Schembri Vince
Mr. Dandria David
Mr. Caruana Dione
Mr. Mifsud Ian
Mr. Camilleri Ray
Ms. DeBono Helen, Segretarja/membru
3. Fisheries Advisory Board
Membri:
Dr. Gruppetta Anthony, Chairman
Dr. Carabott D’Amato Joseph
Mr. Attard Leonard
Mr. Galea Ernest
Mr. Falzon Publius
Mr. Bugeja Carmelo
Mr. Abela Joe
Mr. Pomroy William
Mr. Piscopo Paul
Dr. Spiteri Tonio
Hon. M.P. Galea Pace Victor
Mr. Portanier Ivan
Mr. Busuttil Charles, Segretarju/membru
4. Agricultural Export Marketing Board
Membri:
Mr. Laurenti Robert, Chairman
Ms. Pace Doris
Mr. Gafa` George
Mr. Magro John
Mr. Busuttil Peter Paul
Mr. Busuttil Joseph
Mr. Mifsud Raymond
Mr. Mifsud Carmel
Mr. Sammut Francis
Mr. Zahra Winston
Mr. Sultana Stephen
Mr. Bondin Joseph
Mr. Pirotta Joseph, Segretarju/membru
5. Wine Advisory Board
Membri:
Mr. Franco Serracino Inglott, Chairman
Mr. George E. Carbone, Vice Chairman
Mr. Joseph Camilleri
Mr. Silvio Camilleri
Mr. Tony Cassar
Mr. Vincent G. Delicata
Mr. Mark Miceli Farrugia
Ms. Rita Schembri
Dr. George Sciberras
Mr. Salvatore Tabone
Mr. Peter Vella
Mr. Charles D’Alfonso, Segretarju
6. School Arbor CommitteeMembri:
Mr. Anthony Meli, Chairman
Mr. Ronald Bowman
Mr. Eman Calleja
Mr. George Fenech
Ms. Josephine Saliba
Ms. Marica Gatt, Segretarja
Jista' l-Ministru jgħid u jserraħ ras il-poplu Malti li ċ-ċanga (beef) li daħlet u qed tidħol f'Malta hija assolutament ħielsa mill-mard inkluż l-Mad Cow Disease?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji jieħu l-prekawzjonijiet neċċesarji biex jassigura li l-ikel li jidħol f'Malta, partikolarment iċ-ċanga, huwa tajjeb għal konsum.
Barra l-kontroll li jagħmel il-pajjiż minn fejn joriġina il-laħam, l-Official Health Certificate jiġi studjat b'reqqa, sabiex jassigura illi l-kundizzjonijiet u testijiet għal-BSE mill- Awtoritajiet Kompetenti jkunu saru kif suppost.
Barraminhekk, iċ-ċanga kolla u l-prodotti tagħha li jiġu impurtati, iridu jkunu immarkati b'tali mod li jkun faċli li wieħed ikun jaf minn fejn oriġina l-istess prodott.
Barraminhekk, id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji fl-14 ta’ Novembru 2000 ħareġ is-segwenti stqarrija, u cioe’ :
“Id-Direttur tas-Servizzi Veterinarju javża illi minħabba fis-sitwazzjoni tal-marda tal-BSE [Mad Cow Disease] fi Franza, l-importazzjoni taċ-ċanga minn dan il-pajjiż sejra tiġi kkondizzjonata, billi il-konsinji taċ-ċanga jridu jiġu ċċertifikati li l-laħam qiegħed joriġina minn annimali li meta nqatlu kellhom inqas minn 24 xahar, u li kull biċċa laħam trid tkun identifikata għall-oriġini tagħha. L-istess kondizzjonijiet jgħoddu għal prodotti oħra tal-laħam taċ-ċanga bħal burgers.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' bexx, sustanzi artifiċjali, kimika, eċċ. li għal fini ta' l-agrikoltura huma projbiti u/jew ristretti abbażi ta' importazzjoni f'pajjiżna?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-21 ta' Mejju 1999. Dawn huma nklużi taħt l-ewwel u t-tieni skedi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kwalita' ta' bexx konness ma' l-agrikoltura qed jintużaw hawn Malta?
Kemm hi l-kwalita' tal-bexx imsemmi fl-ewwel parti tal-mistoqsija qed tintuża / tiġi impurtata hawn Malta matul is-sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-kwalitajiet ta' bexx li jintuża huwa skond l-iskedi II, III, IV li ġew pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta' 21 ta' Mejju 1999. Il-pestiċidi fit-tieni skeda għandhom l-użu tagħhom restritt.
Peress li l-ebda pestiċida ma jiġi manifatturat hawn malta, kull bexx li jintuża hawn Malta jiġi mpurtat.
Jista’ l-Ministru jinfurmani għaliex il-parti li tinsab fin-nofs tat-toroq cioe' bejn Triq Dun Karm Sciberras il-Mosta u parti minn Vjal l-Indipendenza l-Mosta stess fl-inħawi magħrufa tal-Blata l-Għolja, tħalliet żdingata għal dawn is-snin kollha?
Jista' jara li jsir il-kordinament bejn l-urban and rural landscaping u l-kunsill lokali tal-Mosta ħalli din il-parti tal-Mosta tissebbaħ u r-residenti jkollhom ambjent aħjar?
Jekk fl-affermattiv meta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ħadt nota ta' dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant u għaddejta lill-uffiċjal inkarigat sabiex jiġi nvestigat dan l-ilment.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-proġetti fl-oqsma tal-Biedja, Sajd u Akwakultura li jagħmlu sens u dawk li ma jagħmlux sens kif spejga huwa?
Jista' jispjega liema kienu l-proġetti taħt l-Amministrazzjoni preċedenti li skond kif indika huwa fis-Seduta Nru. 401 ma kenux jagħmlu sens?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jagħmlu sens fis-sens li dawn il-proġetti ikunu feasible, cost effective u parti mir-restructuring li jrid isir f'dawn l-oqsma irrispettivament jekk nidħlux fl-Unjoni Ewropeja jew le.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 20321?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm hemm ħafna dettalji fil-log books, fil-każ tal-Mediterran jitniżżlu biss il-pixxispad u tonn bħala numru ta' rjus u piż.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn u x'niggwadanjaw għal Malta wara li insiru membri sħaħ tal-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku kif jingħad li se jsir wara li Malta ssir membru ta' l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Malta bħalissa għandha pożizzjoni ta’ osservatur f’din il-Kummissjoni magħrufa bħala ICCAT. Pero xorta waħda, aħna soġġetti għar-regolamenti u d-deċiżjonijiet ta’ din il-Kummissjoni permezz tal-GFCM li tiegħu aħna membri sħaħ.
L-għazla jekk Malta ssirx membru sħiħ ta’ l-ICCAT hija purament għażla tal-Gvern Malti, u ma tiġiex affettwata mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Pero tajjeb li wieħed jgħid, li mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, l-interessi ta’ Malta, bħala membru fl-Unjoni, jiġu mħarsa mill-Unjoni Ewropeja stess li hija membru sħiħ f’din il-Kummissjoni, anke jekk Malta tagħżel li tibqa żżomm l-istatus tagħha ta’ osservatur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta tkunx tista' żżomm l-importazzjoni ta' ħut mill-Unjoni Ewropea fuq kwestjonijiet ta' ħarsien ta' saħħa jekk Malta jkollha standards ta' ħarsien ta' saħħa ikbar minn dak ta' l-Unjoni Ewropea u l-ħut importat ikun konformi ma' l-istandards ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (ZAMMIT, NINU)
Iva, tista' tinżamm l-importazzjoni, sakemm ir-raġunijiet ikunu validi u sostanzjati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta tistax ma ssirx membru sħiħ tal-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-tonn ta' l-Atlantiku wara li Malta tkun membru ta' l-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20713.
Ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20713 tgħid li Malta bħalissa għandha pożizzjoni ta’ osservatur f’din il-Kummissjoni magħrufa bħala ICCAT. Pero xorta waħda, aħna soġġetti għar-regolamenti u d-deċiżjonijiet ta’ din il-Kummissjoni permezz tal-GFCM li tiegħu aħna membri sħaħ.
L-għażla jekk Malta ssirx membru sħiħ ta’ l-ICCAT hija purament għażla tal-Gvern Malti, u ma tiġiex affettwata mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja. Pero tajjeb li wieħed jgħid, li mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, l-interessi ta’ Malta, bħala membru fl-Unjoni, jiġu mħarsa mill-Unjoni Ewropeja stess li hija membru sħiħ f’din il-Kummissjoni, anke jekk Malta tagħżel li tibqa żżomm l-istatus tagħha ta’ osservatur.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-sajjieda se jiġu mġiegħla jdaħħlu s-sistema ta' monitoraġġ bis-satelitta sa nofs is-sena d-dieħla meta qiegħed jingħad li l-iktar data viċin biex Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea hija s-sena 2005?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-VMS mhux mitlub biss mill-Unjoni Ewropea iżda wkoll mill-Agreement for Straddling and Highly Migratory Fish Stocks li jirriżulta fil-qasam tas-sajd u huwa parti mill-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda, l'UNCLOS.
L-Onor. Interpellant għandu jifhem li t-titjib li qed nipproponu, bħal dak tal-VMS, irid isir għax hemm bżonnu fl-aħjar interess tal-Poplu Malti, partikolarment tas-settur tas-sajd u dan irrespettivament jekk nissieħbux jew le fl-Unjoni Ewropea.
Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku tagħmilx kwoti jew rakkomandazzjonijiet dwar qbid tat-Tonn għall-membri tagħha?
Jekk huwa l-każ, jista' jpoġġi kopja ta' dawn fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Iva, l-ICCAT tagħmel kwoti jew rakkomandazzjonijiet dwar qbid tat-tonn għall-membri tagħha.
Dawn il-kwoti huma maħduma fuq l-aħjar qabda bejn 1993 u 1994. Il-kwota ta' Malta u pajjiżi li ma humiex membri sħaħ fil-ICCAT huma inklużi kollha taħt kwota waħda indikata bħala Allocation for Non Contracting Parties.
Qed inqiegħed id-dokument mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.