Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22844 Sitting 476 2001-01-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Żjarat Ministerjali fiċ-Ċina

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif kemm kien hemm żjarat Ministerjali fiċ-Ċina f'dawn l-aħħar 14-il sena minn mindu kien hemm Gvern Nazzjonalista? Jista' jagħti tagħrif min mill-Ministru żar iċ-Ċina u jagħti dettalji ta' meta saret iż-żjara f'kull każ?

Response (BORG, JOE)

Żjarat Ministerjali fiċ-Ċina Minn files li għandu l-Ministeru jirriżulta li f'dawn l-aħħar 14-il-sena kien hemm 19-il Żjara Ministerjali fiċ-Ċina: 1. 1998 - (19-24 Sett) Żjara tal-Ministru ta' l-Infrastruttura, Perit Michael Falzon 2. 1991 - (24-28 Mejju) Żjara tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Profs Guido de Marco 3. 1991 - (28 Ġun-4 Lul) Żjara tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Dr George Hyzler 4. 1991 - (06-12 Sett) Żjara tas-Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet Marittmi, Dr Joe Fenech 5. 1991 - (08-16 Diċ) Żjara tal-Viċi Prim Ministru u Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Profs Guido de Marco 6. 1993 - (01-05 Frar) Żjara tal-Ministru tal-Finanzi, John Dalli 7. 1994 - (06-11 Ġunju) Żjara tal-Prim Ministru, Dr Eddie Fenech Adami akkumpanjat mill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, il-Profs Guido de Marco 8. 1994 - (28 Ott-01 Nov) Żjara tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Dr John Rizzo Naudi 9. 1995 - (04-15 Sett) Żjara tas-Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet tal-Familja, Giovanna Debono 10. 1997 - (30 Aww-3 Sett) Żjara tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ambjent, Dr George Vella 11. 1999 - (17-24 Jan) Żjara tal-Ministru għall-Ambjent, Dr Francis Zammit Dimech 12. 1999 - (18-26 Apr) Żjara tas-Segretarju Parlamentari, Jesmond Mugliett 13. 1999 - (23 Aww-4 Sett) Żjara tal-Ministru tas-Saħħa, Dr Louis Deguara 14. 1999 - (29 Aww-4 Sett) Żjara tal-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, Profs Josef Bonnici 15. 1999 - (25 Aww-15 Set) Żjara tal-Ministru tat-Trasport, Perit Ċensu Galea 16. 2000 - (21-30 Mar) Żjara tal-Ministru tal-Finanzi, John Dalli 17. 2000 - (19-28 Lul) Żjara tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dr Joe Borg 18. 2000 - (04-06 Ott) Żjara tal-Ministru tas-Servizzi Ekonomiċi, Profs Josef Bonnici ġewwa Hong Kong 19. 2000 - (18-25 Ott) Żjara tal-Ministru tat-Turiżmu, Dr Michael Refalo Uffiċċjali mill-Ministeru tiegħi li żaru ċ-Ċina f'dawn iż-żjajjar kienu: 1. 1988 - Ambaxxatur Richard Lapira 2. 1991 - Ambaxxatur Joe Cassar, is-Sur Walter Balzan u Dr Joe Pirotta 5. 1991 - Ambaxxatur Alfred Zarb u s-Sur Joe Tonna 7. 1994 - Mr Victor Camilleri u s-Sur David Casa 9. 1995 - Is-Sur Giovanni Miceli 10. 1997 - Is-Sur Joe Sant u l-Ambaxxatur Alfred Zarb 11. 1999 - Is-Sinjorina Ruth Mallia 17. 2000 - Is-Sur Salv Stellini u s-Sinjorina Elvia Agius Rigward Ministeri oħrajn, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel mistoqsija lill-Ministri konċernati.

Ktejjeb "Unjoni Ewropea xi tfisser Għalija"

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet fi flus l-aħħar ħarġa tal-fuljett gazzetta u l-ktieb li tqassam magħha "L-Unjoni Ewropea xi tfisser għalija"?

Response (BORG, JOE)

Il-Gażżetta "L-Unjoni Ewropea xi tfisser għalija?" swiet Lm 7,212. Il-Fuljett "Mistoqsija u Tweġiba" sewa Lm 12,507.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Karti bla watermark

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre, b'cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000? Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre? Minn fejn inxtraw

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #22571 Sitting 468 2001-01-16 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Uffiċjali tal-Gvern — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' uffiċċjali tal-Ministeru li għamlu korsijiet barra min Malta s-sena l-oħra? Kemm saru Malta u kemm kienet in-nefqa pubblika għal dan? X'tip ta' korsijiet kienu?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #22568 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Voice of the Mediterranean

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-complement ta' l-istazzjon tar-radju Voice of the Mediterranean? Kemm intefqu flus mill-istazzjon fuq salarju u allowances u kemm intefqu flejjes fuq equipment is-sena l-oħra?

Response (BORG, JOE)

Il-complement ta' l-istażżjon tar-radju Voice of the Mediterranean huwa 18 li jinkludu 2 part-timers. Is-sena l-oħra l-ammount ta' salarji u allowances kien ta' LM84,516 bħala salarji u Lm 1,200 bħala allowances; filwaqt li spejjez li saru fuq equipment kienu jammontaw għal Lm 1,263.
Leg 9 PQ #22129 Sitting 465 2001-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21879?

Response (BORG, JOE)

Matul is-sena 2000 kien hemm żewġ tenders, wieħed għall-provvediment ta' transport bix-xufier u l-ieħor għall-bejgħ tale quale ta' vetturi unserviceable. Għar-rigward ta' l-ewwel wieħed tħallset is-somma ta', Lm 4,319.10 għall-użu tas-serviżż li l-Ministeru għamel matul il-perjodu minn Awissu sa Novembru 2000. Dan it-tender huwa validu sa l-aħħar ta' Lulju 2001 u ħlasijiet oħra jiddependu minn kemm il-Ministeru jagħmel użu mis-serviżż skond it-termini tat-tender. Dwar it-tender l-ieħor il-Ministeru rċieva l-ħlas ta' Lm 112.50 għall-vetturi mibjugħa.
Leg 9 PQ #22335 Sitting 462 2001-01-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

MIC — Revenue & Expenditure

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-revenue and expenditure tal-MIC min kemm ilu li twaqqaf iċ-ċentru?

Response (BORG, JOE)

Matul is-sena 1999, l-MIC kien finanżjat mill-budget tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Matul is-sena 2000, l-MIC ġie allokat is-somma ta' Lm310,000 taħt il-budget ta' l-istess Ministeru. Minn dan, sa l-aħħar tas-sena intefqu Lm 308,957.30.
Leg 9 PQ #21899 Sitting 455 2000-12-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sigħat ta' overtime li saru mill-ħaddiema/uffiċjali tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena? F'liema dipartimenti sar dan l-overtime u kemm minnu tħallas lill-ħaddiema/uffiċjali u kemm minnu jrid jitħallas? X'kienu ir-raġunijiet, jekk huwa il-każ, li l-overtime ma tħallasx kollu?

Response (BORG, JOE)

In-numru ta' siegħat ta' overtime li saru minn ħaddiema/uffiċċjali fil-Ministeru tiegħi bejn Jannar u Novembru ta' din is-sena jammonta għall-2,275 siegħa u 15-il minuta, maqsumin kif jidhru hawn taħt: Section Siegħ at Office of the Permanent Secretary 211.45 Corporate Services & Protocol 2013.30 Bilaterals Relations 42 EU Directorate 8 Total 2,275.15 Overtime li sar sal-31 ta' Ottubru 2000 tħallas kollu, filwaqt li dak li sar fix-xahar ta' Novembru 2000 ser jitħallas f'Diċembru 2000 għar-raġuni li l-overitme jitħallas bix-xahar lura.
Leg 9 PQ #21891 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?

Response (BORG, JOE)

Peress illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tirrikjedi ħafna żmien u enerġija biex tinġabar, ma nara l-ebda skop li dan isir sakemm ma ningħatax raġuni valida l-għala l-informazzjoni mitluba għandha tingħata.
Leg 9 PQ #22047 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

L-ebda dipartiment f'dan il-Ministeru m'hu qed jippartecipa f'xi programm ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #22012 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21080?

Response (BORG, JOE)

Il-politika tal-Gvern dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea taffettwa f'livelli differenti diversi aspetti ta' l-operat ta' l-istrutturi ta' ħafna mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilta' tad-dekasteru tiegħi. Wara r-reattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea f'Settembru 1998, apparti t-tisħih tad-Direttorat għall-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambaxxata ta' Malta fi Brussel, il-units ġodda li twaqqfu (jew li ser jitwaqqfu) speċifikament minħabba l-aspett ta' l-Unjoni Ewropea huma: (1) Il-Malta-EU Steering and Action Committee magħruf bħala l-MEUSAC li hu kompost minn sbatax-il membru li jiffurmaw il-Core Group, u rappreżentanti ta' l-għaqdiet non-governattivi. Sitta mill-membri li mhumiex uffiċċjali pubbliċi għandhom honorarium ta' Lm2,000 fis-sena. Il-MEUSAC jiltaqa' taħt ic-Chairmanship tiegħi. Ma hemmx uffiċċjali li jaħdmu 'full time' mal-MEUSAC. (2) L-EU Assistance Coordinating Task Force magħruf bħala ACT. Din it-Task Force tikkonsisti f'għoxrin membru li ma jirċievu ebda ħlas b'eċċezzjoni taċ-Chairman li ntagħzel għall-esperjenza tiegħu fil-qasam finanzjarju u diplomatiku. Dan hu mgħejjun minn skrivan li huwa mpjegat regolari tal-Gvern. Nixtieq inżid li saret sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtela l-post ta' Coordinating Officer għall-ACT. (3) Il-Malta-EU Information Centre magħruf bħala l-MIC. F'dan iċ-Ċentru hemm jaħdmu erbatax-il persuna. Dan iċ-Centru għandu bord Konsultattiv. Ma hemmx nies jaħdmu direttament ma' dan il-Bord li jikkonsisti f'disa' membri, li tnejn minnhom, li mhumiex uffiċċjali pubbliċi, għandhom honorarium ta' Lm2,000 fis-sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant rigwardant it-terms of reference tal-MEUSAC, ACT u l-MIC u kif ukoll id-dettalji dwar is-salarji tal-persuni li jaħdmu mal-MIC u mal-ACT, apparti l-membri tal-MEUSAC u l-MIC Consultative Board li jircievu biss honorarium. Dwar l-aħħar partijiet tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Membru li l-impjegati fl-istrutturi imsemmija ġew jew jiġu reklutati skond proċeduri u kundizzjonijiet stabbiliti.

MIC — Terms of Reference

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21833?

Response (BORG, JOE)

It-terms of reference tal-Malta-EU Information Centre u tal-ħaddiema ta' l-MIC huma annessi. Malta-EU Information Centre (MIC) MIC is responsible for the dissemination of information in Malta and elsewhere about developments on the Malta/EU front, and about the EU in general. The centre is directly answerable to MEUSAC. MIC's objectives are: To collect and organise EU-related information. To prepare and implement an information strategy with regard to the EU, the accession process and the impact of accession on Malta. To act as a reference point / liaising body for the media and PR agencies . To act as a reference point for all those requiring general information re the EU and EU/Malta relations. To receive requests regarding specialised information on EU-related matters and to deal with them as it deems appropriate. To prepare, and implement, an information strategy on the results of accession negotiations.

Canberra — Ambaxxata Maltija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21849?

Response (BORG, JOE)

Kien hemm il-bżonn li tinxtara Kanċellerija ġdida qabel ma nbiegħet il-qadima għal żewġ raġunijiet: l-ewwelnett ma kienx ikun pass loġiku li tinbiegħ il-Kanċellerija il-qadima qabel tinxtara il-ġdida sempliċiment minħabba l-fatt li kien ikun hemm żmien meta l-Ambaxxata Maltija fl-Awstralja ma kienetx tkun f'pożizzjoni li tiffunzjona; it-tiena f'dan il-kas ikun aħjar li l-post ikun vakant milli l-proprjeta tigi spezzjonata meta din tkun għada okkupata bħala Ambaxxata. Biex inxtrat il-Kanċellerija ġdida, il-Gvern għamel użu mill-fondi tiegħu stess. Il-bejgħ se jsir pemezz ta' sejħa għall-offerti u għalhekk mhux prudenti li jissemmew prezzijiet u figuri. Dwar il-mistoqsija fuq offerti li setgħu saru irrid ngħid li, għalkemm intwera interess b'mod informali dwar din il-proprjeta, ma hu qed jiġi kkunsidrat xejn qabel ma toħrog sejħa għal offerti formali. Jien infurmat ukoll li hemm bieb komuni għall-Kanċellerija u r-residenza u li l-partijiet konċernati kienu konxji ta' dan meta nxtrat il-proprjeta. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqaija, assolutament mhux il-kas li kien hemm xi esperti tal-Gvern li b'xi mod esprimew ruħhom li setghet tibqa tintuza l-Ambaxxata l-qadima. Nixtieq inzid ngħid li għal-snin twal il-Gvern Awstraljan ried li l-Ambaxxata tagħna f'Red Hill tmur f'waħda mit-tlett żoni riżervati apposta għall-Ambaxxati. Sa fl-aħħar din id-deċiżżjoni ttieħdet u issa għandna post denju għal-pajjiżna u għall-Maltin ta' l-Awstralja.
Leg 9 PQ #21879 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' tenders li ħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati? Kemm għandhom pendenti u kemm ġew irtirati? Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet? Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu u x'inhija ċ-ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21986 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

WTO — Petizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-test ta' dikjarazzjoni jew petizzjoni li flimken ma' numru ta' pajjiżi kif ukoll l-UE għamel lid-WTO fuq dak li għandu x'jaqsam ma' non trade concerns f'dawk il-pajjiżi klassifikati bħala net food importing developing countries għal ħabta ta' l-aħħar ġimgħa ta' Settembru 2000?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-mistoqsija ta' l-Onorevoli Membru, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument G/AG/NG/W/36/Rev.1, datat 9 ta' Novembru 2000, li Malta, flimkien ma' numru ta' pajjiżi kif ukoll l-Unjoni Ewropea għamlet lid-WTO fuq dak li għandu x'jaqsam ma' Non-Trade Concerns. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li dan id-dokument ma kienx gie diskuss fit-Third Special Session of the Committee on Agriculture li nzammet fl-aħħar gimgħa ta' Settembru 2000 u għalhekk kien gie pospost għall-Fourth Special Session of the Committee on Agriculture li nzammet bejn il-15 u s-17 ta' Novembru 2000.

MIC — Terms of Reference

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma it-Terms of Reference ta' ħidma tal-MIC? Jista' jgħid ukoll x'inhuma wkoll it-Terms of Reference tal-ħaddiema tal-MIC?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Canberra — Ambaxxata Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex inxtrat ċ-Chancery (Ambaxxata Maltija f'Canberra qabel inbigħat il-qadima? Isselfu xi flejjes biex inxtrat u jekk iva, x'tip ta' self sar? (per eżempju bridging finance)? Jekk fl-affermattiv, meta jiskadi dan il-loan? Xi prezz hemm fuq iċ-Chancery il-qadima u jekk il-Ministru ma għandux informazzjoni, jista' jgħid, ingħatax x figura ta' kemm bejn wieħed u ieħor hu mistenni li tinbiegħ għandux jsir xi auction għall-bejgħ? Veru li kien hemm offerta li ġiet irrifjutata għax kienet baxxa u ftit wara, min għamel l-offerta induna li l-blokka mhux wiesgħa biżżejjed u għalhekk irtira l-offerta li kien għamel? Kemm kienet din l-offerta? Jafx jew le il-Ministru li biex xi ħadt jidħol fir-residenza li semma f'tweġiba preċedenti li hemm maċ-Chancery irrid jagħmel dan mill-istess bieb taċ-Chancery? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan jaffetwax ukoll il-privatezza ta' min jabita fiċ-Chancery u ta' l-Kummissarju innifsu? Jista' jgħid ukoll jekk l-esperti tal-Gvern sostnewx li ma kienx hemm bżonn tinxtara din l-Ambaxxata u minflok setgħet titranġa dik li kien hemm qabel bi spiża irħas?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #21723 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

TAIEX — Għajnuna

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija fl-interpellenza nru. 21444, jista' jekk jgħoġbu l-Ministru jispjega jew jagħti eżempji ta' l-għajnuna li tista' tingħata fit-TAIEX taħt il-forma ta' seminars, workshops u laqgħat li jolqtu l-Parlament u l-proċeduri parlamentari? Kemm-il talba saret mill-Parlament Maltin għal din it-tip t'għajnuna matul dawn l-aħħar sentejn?

Response (BORG, JOE)

It-TAIEX torganizza attivitajiet bħal seminars, workshops, study visits jew laqghat, skond it-talbiet li tirċievi. Dawn jistgħu jkunu abażi ta' informazzjoni ġenerali, per eżempju informazzjoni dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u kif dawn jaħdmu; kif ukoll, fuq ħwejjeġ li jolqtu aktar mill-qrib lill-Parlament, bħall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, is-sehem tal-Parlament Ewropew u tal-COSAC f'dan il-proċess u aspetti leġiżlattivi oħra li jistgħu jkunu ta' interess ġenerali għall-Parlamentari. Sa issa qatt ma saret talba mill-Parlament Malti għal din it-tip t'għajnuna.

Korp Diplomatiku

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista uffiċjali tal-membri li jiffurmaw parti mill-Korp Diplomatiku, bil-grad tagħhom u fejn qegħdin iservu inkluż dawk fl-ambaxxati u f'xi dekasteru ta' xi ministeri oħra, kif ukoll jgħid x'inhuwa l-complement attwali u l-gradi?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.