Legislature:
Category:
Reset
Active:

Arbli tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li l-Enemalta tieħu ħsieb tagħmel arbli tad-dawl biex iżommu l-cables tad-dawl għaliex dawn se jistrieħu ma' dar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jistgħu jikkawżaw il-ħsara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-każ ġie nvestigat fil-11 ta' Mejju u jirriżulta li l-cables imsemmijin huma mdendlin minn brackets mal-ħajt kif inhu l-metodu normali. Dal-metodu ġeneralment ma jirriżultax fi ħsarat u f'dal-każ ukoll m'hemm l-ebda ndikazzjoni ta' ħsara.

Maltacom — Computer Domain

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġiet in-nefqa li saret għas-servizzi ta' taħriġ li saru mal-computer domain, skond kors kors inkluż ECDL Core, ECDL Advanced u Equal Skills, matul l-2004, 2005 u 2006 s'issa, jekk ġew organizzati xi wħud? Kemm studenti applikaw u għal liema korsijiet attendew? Jista' jagħti d-dettalji tal-proċess ta' l-għażla li jsir?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-computer domain hija kumpanija privata. Jiena nfurmat li bejn 2004 sa 2006 ma sar l-ebda ħlas mill-Ministeru tiegħi għall-korsijiet imsemmija fil-mistoqsija.

Maltacom

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inbiegħet il-Maltacom? Kemm kien hemm proprjeta involuta? X'kien il-valur ta' kull proprjeta', l-indirizz ta' kull proprjeta', min kien l-espert/perit li vvaluta kull proprjeta'?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għad-dokumenti relatati mas-suġġett li diġa tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

SmartCity@Malta

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanta ta' fejn mistenni jsir il-proġett ta' SmartCity@Malta? Kemm hi kbira l-area fejn hu mistenni li jsir dan il-proġett? Kemm hemm fabbriki/bini fuq is-sit fejn din ser tiġi żviluppata? Kemm ġiet stmata ż-żona kollha fejn mistenni jsir il-proġett ta' SmartCity@Malta? Min huma s-sidien ta' din is-sit, min kien l-espert/il-perit biex ħareġ il-valur tas-sit? Meta mistenni jibda l-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ta' Mrejnu — Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19088 u jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir sistema tad-drenaġġ f'Ta' Mrejnu, l/o Imġarr, Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mhux ippjanat li jsir d-drenaġġ f'Ta Mrejnu limiti ta l-Imġarr għalissa minħabba prijoritajiet finanzjarji oħra li għandha l-Korporazzjoni.

Kopla tal-Mosta — Dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex qed jintefa' id-dawl li hemm fuq il-koppla tal-Mosta eżatt fis-1.30 a.m. u tkun dlam ċappa bil-konsegwenza li jista' jiġi kkawżat inċident fl-ajru meta qiegħda fid-direzzjoni ta' ħafna passaġġ ta' ajruplani? Ma jidhirlux li huwa meħtieġ li din tibqa' mixgħula sakemm jisbaħ kuljum biex kull ajruplan li jkun għaddej jaraha u tiġi evitata xi diżgrazzja u aktar protetta r-Rotunda tal-Mosta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-dawl li hemm fuq il-koppla tal-Mosta huwa biss għad-dekorazzjoni u mhux għal skop ta' 'Aircraft Warning'.

PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid min inħatar biex jagħmel ix-xogħol ta' kap tal-programmi tat-televiżjoni fil-PBS? Jista' jgħid kif intgħażlet din il-persuna? Min applika għal din il-kariga?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-Sur Simon Lumsden ġie maħtur Manager Programming. IL-PBS ħarġet sejħa pubblika għall-post ta' Manager Programming u rċeviet 12-il applikazzjoni għal dan il-post. 4 minn dawn l-applikazzjonijiet ġew short listed u saru intervisti ma dawn il-kandidati minn Bord ta' Għażla maħtur apposta mill-PBS. Mhux etika li wieħed jippubblika l-ismijiet ta' l-applikanti.

PBS

Question

Jikkonfemra l-Ministru li l-manager corporate affairs suppost ikun il-financial controller tal-kumpannija PBS? Jekk iva, għalfejn qed issir talba għal financial controller mal-kumpannija?

Response (GATT, AUSTIN)

L-istruttura tal-PBS hija disinjata biex taqdi l-bżonnijiet tal-kumpanija bl-aħjar mod u kif dawn jinbidlu minn żmien għal żmien. Ninsab infurmat li l-Bord tad-Diretturi tal-PBS iddeċieda li jiġi mpjegat “Financial Controller” biex jieħu ħsieb is-sezzjoni tal-finanzi f’dan id-dipartiment.

PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif il-kap tar-reklami mal-kumpannija PBS inħatar fil-grad ta' manager meta dan kellu jkun fi grad ta' anqas minn manager?

Response (GATT, AUSTIN)

L-istruttura tal-PBS hija disinjata biex taqdi l-bżonnijiet tal-kumpanija bl-aħjar mod u kif dawn jinbidlu minn żmien għal żmien. Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda deċiżjoni li l-kap tad-Dipartiment tar-Riklami jkun fi grad anqas minn Manager.

Impjanti għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi progress sar fil-bini ta' l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex? Kif qegħdin jiġu funded dawn il-proġetti? Hemm xi skadenza marbuta ma' dawn il-fondi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

WSC — Kontijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18998, jista' il-Ministru jgħid kif se tibqa' din il-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament wara li l-uffiċjali tal-WSC għamlu żjara fid-dar tagħha u suppost li kellhom jistallaw xi apparat sabiex jaraw minn fejn hi ġejja l-problema? Jista' il-Ministru jgħid għaliex din il-familja ma semgħet xejn aktar dwar il-każ tagħha minn dakinhar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kordin Grain Terminal

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il tender ingħata mill-kumpannija Kordin Grain Terminal mill-bidu tas-sena 2005 sal-lum? Lil min ingħataw dawn it-tenders? Fiex kienu jikkonsistu u x'inhu l-ammont ta' kull tender? Liema minn dawn it-tenders ingħataw b'direct order?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Lukandi — Kontijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Jannar sa l-aħħar ta' Mejju kemm lukandi f'Malta u f'Għawdex intalbu jħallsu l-kontijiet għall-konsum f'xi perijodu matul is-sena 2006 jew ġew imwissija li jaqtgħulhom is-servizz? Għal liema perijodu tas-sena 2006 ġew ordnati jħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Naħseb li l-Onor. Interpellant qed isaqsi għal- konsum tad-dawl/ilma. Jien infurmat li kull lukanda tiġi mitluba tħallas l-kont tagħha fi żmien 45 ġurnata mill-ħruġ ta' l-invoice.

Gozo Channel

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi proprjeta' kriet il-Gozo Channel fl-aħħar għaxar snin u jgħid fejn, mingħand min inkriet, kemm, destinazzjoni u jekk sarux xi spejjeż mill-Gozo Channel fil-fondi mikrija? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi spejjeż saru f'kull fond separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.