Legislature:
Category:
Reset
Active:

Housing — Gzira - Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jinstab terran żgħir għall-persuna waħedha, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-persuna tiġi kkunsidrata għall-fond rekwiżizzjonat li jinstab f'idejn il-housing, hekk kif indikat minnha, li l-indirizz tiegħu wkoll qed jintbagħat separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat illi l-post indikat mhux f'idejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Pensjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa eliġibbli għall-pensjoni wara li ħadmu għaliha? Kemm hemm nisa miżżewġa li l-irġiel tagħhom jirċievu pensjoni? Kemm hemm nisa romol li jirċievu l-pensjoni tar-raġel li tilfu? Mara li taħdem, kemm trid ikollha kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali biex tkun eliġibbli għall-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm 8,495 nisa li qed jirċievu pensjoni għall-irtirar filwaqt li hemm 1,712 mara li qed tirċievi pensjoni għall-invalidita'. In-numru ta' nisa li qed jirċievu pensjoni tar-romol hu 13,720. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, irrid ngħid li t-test tal-kontribuzzjonijiet li jiddetermina jekk persuna tikkwalifikax għall-pensjoni, jista' jvarja skond it-tip ta' pensjoni, d-data ta' l-irtirar tal-persuna konċernata kif ukoll il-perijodu u tip ta' kontribuzzjonijiet li jkunu jridu jiġu kkunsidrati. Dan it-test isir fuq bażi ndividwali filwaqt li jittieħdu in konsiderazzjoni dawn il-fatturi li semmejt u għalhekk mhux faċli li jingħad kemm huwa l-minimu ta' kontribuzzjonijiet meħtieġa biex persuna tikkwalifika. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każ partikolari, jkun tajjeb li l-persuna konċernata titlob lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex isirilha stima tat-test tal-kontribuzzjonijiet biex tiġi gwidata skond kif meħtieġ.

Konvenju

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-konvenju li ġie iffirmat mill-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għax-xiri ta' appartament fil-housing estate ta' Ħal Mula, Żebbuġ fil-31 ta' Jannar 1992, u li sal-lum, għadu ma sarx il-kuntratt finali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar kienet infurmat bil-miktub diversi drabi lill-familja ndikata mill-Onor. Interpellant bir-raġuni għaliex ma setgħax jitkompla l-proċess għax-xiri ta' l-appartament li kienu jgħixu fih. Permezz ta' ittra li ġġib id-data tal-21 ta' Novembru 1996, l-Awtorita' tad-Djar infurmat għall-aħħar darba lill-familja ndikata li l-applikazzjoni tagħha kienet qed tiġi kkunsidrata bħala rtirata.

Skema ta' Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li dawk li jgawdu mis-sussidju tal-kera dan l-aħħar irċevew ittra mingħand l-awtorita' tad-djar li tgħarrafhom li skema HD11 li taħtha kienu jieħdu s-sussidju ntemmet fl-1999 u li issa jridu jerġgħu japplikaw taħt skema R? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid għaliex jekk skema HD11 intemmet fl-1999 kien proprju issa li ġew informati, (tliet snin wara)? Għaliex lil min qed imur japplika, qed jgħidulu li se jkollu jħallas tar-riċerki li jridu jsiru? Jista' jgħid x'riċerki hem bżonn meta ħafna minn dawn li jgawdu minn din l-iskema huma nies li jgħixu bis-servizzi soċjali? Jikkonsidrax il-Ministru li l-awtorita' tad-djar biex tiffranka l-flus lil dawk in-nies li jgħixu bis-servizzi soċjali tirreferi l-każ ta' l-applikazzjoni l-ġdida lid-dipartiment tas-servizzi soċjali, li wara kollox jaqa' taħt l-istess Ministeru biex jiġi aċċertat jekk il-pożizzjoni ta' l-applikant tbiddlitx? Ma jidhirlux il-Ministru li dawn in-nies, li ħafna minnhom iridu jagħmlu sforz biex jgħixu bl-assistenza soċjali, se ssir inġustizzja magħhom? Jista' il-Ministru jordna li fil-każ ta' dawn il-kategoriji ta' nies li jgħixu bl-assistenza soċjali ssir eżenzjoni mill-ħlas tar-riċerki, bħalma ssir ukoll eżenzjoni mill-ħlas tal-fees ta' l-eżamijiet ta' uliedhom, proprju għax hu rikonoxxut li dawn jgħixu bil-ftit servizzi soċjali li jirċievu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema HD 11 taħt id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, li kienet tirrigwarda sussidju fuq il-kera għal periodu ta' għaxar snin, għalqet fl-1999 u flokha nfetħa Skema R taħt l-Awtorita' tad-Djar. Bħal kull skema oħra, biex persuna tibbenefika minn Skema R irid isir it-test tal-meżżi u għalhekk irid jsiru r-riċerki neċessarji biex jiġi żgurat li min jibbenefika minn din l-iskema jkun fil-fatt intitolat li jagħmel hekk u li jirċievi s-sussidju dovut. L-Awtorita' tad-Djar titlob lill-applikanti jħallsu dawk l-ispejjeż li tkun għamlet hi biex tagħmel dawn ir-riċerki. Għalhekk ma narax li qed issir xi inġustizzja ma' l-applikanti aktar u aktar meta s-sussidju massimu li kien jingħata taħt Skema HD 11 kien ta' Lm215 fis-sena u dak massimu taħt l-iskema l-ġdida, Skema R hu ta' Lm315 fis-sena.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35486, jista' jgħid kemm intefqu f'din il-leġislatura għal dawn il-proġetti fil-Furjana, każ b'każ: i) tindif u tibjid tal-loġoġ mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar ii) riabilitazzjoni tad-dar ta' l-anzjani iii) embellishment madwar il-housing estate a) Triq il-Foss u b) f'Binja Vilhena mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

NPAA

Question

Peress illi r-rapport tal-NPAA li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar seduta qabel il-vaganzi tas-sajf, jikkonferma li sħubija sħiħa ta' Malta se ġġib żieda fil-prezzijiet ta' l-ikel, kif fil-fatt qed jiġri fil-prezz tal-ħobża ta' kuljum, jista' l-Ministru jgħid x'studji għamel il-Gvern Nazzjonalista dwar l-impatt ta' dan l-għoli tal-ħajja fuq il-pensjonanti u l-familji ta' dħul żgħir jew medju? Kemm fil-fatt hija antiċipata ż-żieda fil-pensjonijiet u fil-pagi tal-ħaddiema sabiex tkopri għaż-żieda tal-preżżijiet fuq prodotti ta' l-ikel li ġġib is-sħubija ta' Malta fl-UE?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-premessa tal-Mistoqsija magħmula mill-Onor. Interpellant hija totalment żbaljata.

Inċidenti x-Xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol li ġew rapurtati bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Kemm minnhom kienu nisa, rġiel u żgħażagħ taħt il-35 sena? Kemm minnhom kienu Maltin u Għawdxin u kemm barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba, minbarra dik mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija. Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba f'din il-parti tal-Mistoqsija.

Children's Allowance

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' familji Maltin u Għawdxin li bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena ingħataw il-benefiċċju taċ-children's allowance u ta' waqt it-tqala? Kemm kien in-numru ta' familji li bejn l-istess perjodu ma ngħatawx dawn il-benefiċċji minkejja li kienu applikaw? Jista' jwieġeb l-istess mistoqsija għas-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001 separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Fir-rigward ta' l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar l-Allowance tat-Tfal, peress li d-dritt għal benefiċċju jkopri perjodu minn Lulju sa Ġunju tas-sena ta' wara, kif ukoll li l-pagamenti tal-benefiċċju jsiru kull tlett xhur (Jannar, April, Lulju u Ottubru), fit-Tabella B qed tingħata l-istatistika ta' l-Allowance tat-Tfal mħallsa f'April għas-snin indikati.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu f'din il-leġislatura għal dawn il-proġetti fil-Furjana, każ b'każ: i) tindif u tibjid tal-loġoġ mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar ii) riabilitazzjoni tad-dar ta' l-anzjani iii) embellishment madwar il-housing estate a) Triq il-Foss u b) f'Binja Vilhena mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Sliema — Housing

Question

B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti dwar il-każ ta' housing tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dan il-każ urġenti ta' housing huwiex qed jingħata l-kunsiderazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mostoqsija 35290, jista' jgħid kemm saru rapporti xahar b'xahar din is-sena, ta' ħaddiema barranin jaħdmu bla permess? Fejn kienu l-impjiegi marbuta ma' dawn ir-rapporti? X'sar f'kull każ u x'kien ir-riżultat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta oħra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li kull każ jiġi riferut mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ lill-Pulizija.

Housing

Question

B’riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 35147 u l-lista ta’ għaxar applikazzjonijiet mill-Furjana u ħmistax mill-Belt li għad ma nstabitx soluzzjoni biex jiġi stallat il-lift, jista’ jingħad fid-dettall id-diffikultajiet x’inhuma f’kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Work Permit

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35234, jista' jgħid kemm kienu dawk li xtraw residenza Maltija wara li għaddiet l-immigration act u għandhom il-permess biex jaħdmu Malta, xahar b'xahar, sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanti tirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Numru 35234 f'Seduta 784.

Benefiċċju tal-Mard

Question

Peress li intqal lill-persuna indikata li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li mhix intitolata għal għajnuna tal-mard peress li d-dħul tagħha hu aktar minn dak applikabbli, jista` il-Ministru jivverifika jekk dan hux minnu peress li jidher li d-dħul tiegħu hu baxx ħafna? X’inhi r-rata applikabbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.

ETC

Question

Jista` il-Ministru jgħid jekk il-courses li jwasslu għall-European Computer Driving Licence hux ser jingħataw mill-ETC? Jista' jgħid jekk iridx isir xi ħlas għal dawn il-courses? Jekk fl-affermattiv min irid iħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qed torganiżża taħriġ li jwassal għall-European Computer Driving Licence. Il-modules provduti huma: Module 1 - Basic Concepts of Information Technology Module 2 - Using the Computer and Managing Files Module 3 - Word Processing (Word) Module 4 - Spreadsheets (Excel) Module 5 - Database (Access) Module 6 - Presentation (Powerpoint) Module 7 - Information and Communication Persuni li qegħdin jfittxu mpjieg ma jħalsu xejn biex jipparteċipaw f'dawn il-programmi. Xi xhur ilu l-Korporazzjoni ġiet ukoll akkreditata mill-British Computer Society bħala ECDL test centre.