Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptarijiet — Suwiċidji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru suwiċidji jew attentati ta' suwiċidji ġo sptarijiet kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u fejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar l-Isptar San Luqa ma tinżammx statistika dwar suwiċidji u attentati suwiċidji minn pazjenti rikoverati f'dak l-isptar. Fl-Isptar Boffa ma kien hemm ebda suwiċidju jew attentat ta' suwiċidju fost pazjenti rikoverati fl-aħħar ħames snin. Fl-Isptar Monte Karmeli kien hemm suwiċidju wieħed bejn l-2001 u l-2005 u 48 attentat ta' suwiċidju imqassma hekk: 2001 6 2002 13 2003 9 2004 16 2005 4

Sptar San Luqa

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga ilmenti li wasluli dwar telqa u nuqqas ta' indafa fl-isptar San Luqa? X'inhi r-raġuni li l-lifts spiss ikunu out of order? M'hemmx xi maintenance agreement dwar dan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dwar l-ewwel parti parti tal-Mistoqsija, nitlob l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fuq dawn l-ilmenti sabiex tkun tista' ssir l-ssir l-investigażżjoni meħtieġa. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, hemm maintenance agreement fuq kull lift li hemm fl-isptar u issir manutenzjoni il-ħin kollu fuqhom. Pero dan ma jeskludix il-fatt li jinqalgħu problemi tekniċi fuq il-lifts. Tajjeb insemmu li ħafna mill-lifts f'St. Luke's ilhom installati għal żmien mhux ħażin u d-domanda fuqhom hi kbira. Għalhekk dan l-użu frekwenti jikkawża ħafna ħsarat. Ta' min isemmi li l-aktar punt debboli tal-lifts huwa l-bibien u dawn ta' spiss jiġu milqutin mill-ammont kbir ta' trolleys użati fl-isptar. Ta' min jinnota li minħabba din il-possibilita' ta' ħsarat fil-lifts, hemm iktar minn lift wieħed biex ikopri s-servizz f'dik l-area partikolari. Minkejja dawn il-problemi, il-lifts għadhom jagħtu servizz tajjeb fl-isptar. Bħalissa hemm ippjanat diversi xogħol ta' upgrades u wieħed mill-lifts ta' l-Outpatients Department ser jinbidel kompletament sa l-aħħar tas-sena. Ninforma wkoll li ġew installati żewġ lifts ġodda ġewwa l-Isptar Karen Grech u ieħor fl-Isptar Boffa.

Donaturi ta' organi

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk hux qed tinżamm database aġġornata tad-donaturi ta' l-organi mill-awtoritajiet? Jekk iva, min qed jagħmel dan ix-xogħol u kemm huma d-donaturi reġistrati? Jekk le, għaliex mhux qed tinżamm din id-database li kienet inbdiet fis-snin li għaddew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li għalkemm jinżammu il-formoli ta' l-applikazjoni tad-donaturi kollha, database eletronika komuni ma tinżamx ta' dawn id-donaturi.

Speċjalisti fid-dipartiment tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13773 u jgħid kemm hemm speċjalisti mpjegati fis-settur tas-saħħa? Kemm hemm speċjalisti f'kull dipartiment (fid-dipartiment tal-kirurġija, patoloġija, mediċina, eċċ.)? X'inhi l-ispiża totali li l-gvern iħallas lil dawn l-ispeċjalisti? Kemm speċjalisti jaħdmu full-timeu kemm għandhom permess li jaħdmu privat? X'inhi l-paga massima ta' speċjalista li jaħdem full-timeu kemm hi ta' min għandu permess jaħdem privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tad-domanda parlamentari numru 13773.

Konsulenti mas-settur tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13772 u jgħid kemm hemm konsulenti mpjegati fis-settur tas-saħħa? Kemm minnhom jaħdmu full-time u għandhom permess jagħmlu xogħol privat? Kemm minnhom jagħmlu xogħol amministrattiv biss u fejn? X'inhi l-ispiża totali tal-gvern biex iħallas lil dawn il-konsulenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qeda spjegata fit-tabella ta' hawn taħt: Konsulenti Fis-Settur Tas-Saħħa Taqsima Numru ta' Konsulenti Nru. Full-Time +Xogħol Privat Nru. Fuq Doveri Amministrattivi Biss Fejn Jaħdmu Spiża Totali Lm Diviżjoni tas-Saħħa 16 15 9 6 Head Office, 1 Saħħa Pubblika 1 Health Information 1 Kura Primarja 149,050 Sptar San Luqa 115 114 2 2 Sptar San Luqa 1,468,871 Sptar Sir P.Boffa 6 6 - - Inkluża ma' Sptar San Luqa Sptar Monte Carmeli 8 8 - - 88,155 Dipartiment Anzjani u Kura fil-Komunita' 5 5 - - 58,850 Total 150 148 11 - 1,764,926

Ministeru tas-Saħħa — Security Personnel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13769 u jgħid kemm jimpjega security personnel il-ministeru tas-saħħa? F'liema sptarijiet u dipartimenti jintużaw u kemm f'kull sptar? X'kienet l-ispiża totali għal dawn is-security f'kull sptar/dipartiment fl-aħħar sitt snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' bħalissa għandu 182-il impjegat fuq doveri ta' sigurta'. Dawn is-security personnel jinsabu jaħdmu f'dipartimenti, sptarijiet u ċentri kif indikat hawn taħt: Spatr San Luqa 75 Sptar Boffa 8 Sptar Monte Carmeli 14 Residenza San Vinċenz 17 Djar għall-Anzjani 20 Head Office, Valletta 2 Ċentru tas-Saħħa Gzira 4 Ċentru tas-Saħħa Bormla 4 Ċentru tas-Saħħa Mosta 4 Ċentru tas-Saħħa Rabat 4 Ċentru tas-Saħħa B'Kara 4 Ċentru tas-Saħħa Qormi 4 Ċentru tas-Saħħa Floriana 4 Ċentru tas-Saħħa Paola 4 Ta' Qali 5 Ċimiterju 1 Sptar Żammit Clapp* 8* Total 182 *Dawn it-tmien (8) persuni huma impjegati bħala Security/Transport Officers L-ispiża totali ta' dawn l-impjegati (esklużi dawk il-persuni bħala Security/Transport Officers ma' Sptar Żammit Clapp) fl-aħħar sitt snin, sena b'sena, hija kif ġej: 1999 2000 2001 2002 2003 2004 Lm Lm Lm Lm Lm Lm 1,023,449 926,715 1,046,209 1,137,311 1,169,817 1,168,256 Peress li l-ħlas ta' dawn l-impjegati jiġi pproċessat f'sors wieħed, diffiċli ferm li jingħata breakdown ta' ċifri għal kull sptar jew dipartiment.

Pandemic flu

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk tiġi l-pandemic flu il-gvern hux se jagħlaq skejjel, postijiet tax-xogħol, postijiet ta' divertiment, knejjes, ħwienet, jew postijiet fejn jinġabru n-nies? Jekk iva, fejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk tiġi l-pandemic flu, il-miżuri meħtieġa biex tiġi ikkontrollata jiġu bbażati fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika ta' dak il-ħin. Ma jistax jiġi eskluż li jittieħdu xi miżuri li ġew imsemmija fil-mistoqsija.

Ċentri tas-saħħa — Tqassim ta' siringi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn mill-polikliniċi differenti f"Llulju u Awissu 2005? Jista' jikkonferma jew le li persuna diabetika ma tingħatax siringi kemm trid, waqt li mhux il-każ għall-persuni dipendenti fuq droga?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li t-total ta' siringi li tqassmu b'xejn lil persuni dipendenti fuq id-droga għax-xhur ta' Lulju u Awissu hu kif ġej: Xahar Floriana Qormi Gżira Paola Cospicua Mosta Rabat Lulju 5661 968 4583 4600 2100 1796 315 Awissu 4701 517 3683 5500 2000 1647 607 Persuni li jbatu bil-marda tad-dijabete u li jieħdu l-insulina jridu jkunu reġistrati fuq il-kotba tas-Schedule V biex jkunu ntitolati għall-kwota ta' siringi skond il-linji gwida stabiliti mis-sezzjoni tal-ispiżjara. Għall-raġunijiet ovvji, ma jeżiżtix reġistru simili għal persuni dipendenti fuq id-droga.

SVPR

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ser jimpjega ħaddiema biex jagħmlu xogħol domestiku fir-residenza ta' l-anzjani San Vincenz de Paule? Jekk iva, meta? Jekk le, hemm ippjanat li jsir dan fil-futur? X'jistgħu jkunu r-requirements għal dawk interessati f'dan it-tip ta' impjieg?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux il-ħsieb tad-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' li jimpjega ħaddiema biex jagħmlu xogħol domestiku fir-Residenza ta' San Vinċenz.

Ministeru tas-saħħa — Security personnel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jimpjega security personnel il-ministeru tas-saħħa? F'liema sptarijiet u dipartimenti jintużaw u kemm f'kull sptar? X'kienet l-ispiża totali għal dawn is-security f'kull sptar/dipartiment fl-aħħar sitt snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tar-radjoloġija

Question

Jista' il-Ministru jgħid min qed imexxi d-dipartiment tar-radjoloġija? Kemm hemm speċjalisti Maltin u kemm hemm barranin f'dan id-dipartiment? Kemm minnhom għandhom permess jaħdmu privat? Minn dawk li jaħdmu privat, kemm minnhom għandhom kliniċi privati tagħhom? X'kienet l-ispiża kull sena fl-aħħar sitt snin f'pagi li ħallas lil speċjalisti barranin dan id-dipartiment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent id-Dipartiment tar-Radjolloġija qed jitmexxa minn Konsulent in charge sakemm tiġi konkluża s-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' Chairman f'dan id-Dipartiment. In-numru ta' Speċjalisti ngaġġati ma' dan id-Dipartiment huwa ta' 5 Konsulenti li huma ta' nazzjonalita' Maltija u 7 Senior Registrars li huma barranin. Il-persuni ta' nazzjonalita' Maltija jingħatalhom il-permess li jaħdmu privat mal-ħatra tagħhomfid-dipartiment.Wieħed minnhom għandu klinika privata tiegħu. Il-persuni ta' nazzjonalita' barranija m'għandhomx permess jaħdmu privat. L-ispiża ta' pagi li tħallsu lill-Speċjalisti barranin fid-Dipartiment tar-Radjoloġija kull sena tul dawn l-aħħar sitt snin kienet kif ġej: Sena Salarju Numru ta' Speċjalisti 1999 Lm 42,276.37 10 2000 Lm 60,830.93 16 2001 Lm 63,486.79 15 2002 Lm 75,992.71 16 2003 Lm100,858.15 16 2004 Lm105,366.08 14

Dipartiment tas-saħħa — Onkoloġisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm onkoloġisti fid-dipartiment tas-saħħa? Kemm kien hawn onkoloġisti b'kollox f'Malta mal-gvern kull sena fl-aħħar sitt snin? Kemm huwa n-numru ta' vakanzi fid-dipartiment ta' l-onkoloġija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' Onkoloġisti mpjegati mad-diviżjoni tas-saħħa kien u għadu 2. Hemm vakanza waħda ta' konsulent onkoloġista.

Konsulenti mas-settur tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mpjegati fis-settur tas-saħħa? Kemm minnhom jaħdmu full-time u għandhom permess jagħmlu xogħol privat? Kemm minnhom jagħmlu xogħol amministrattiv biss u fejn? X'inhi l-ispiża totali tal-gvern biex iħallas lil dawn il-konsulenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Speċjalisti fid-dipartiment tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm speċjalisti mpjegati fis-settur tas-saħħa? Kemm hemm speċjalisti f'kull dipartiment (fid-dipartiment tal-kirurġija, patoloġija, mediċina, eċċ.)? X'inhi l-ispiża totali li l-gvern iħallas lil dawn l-ispeċjalisti? Kemm speċjalisti jaħdmu full-time u kemm għandhom permess li jaħdmu privat? X'inhi l-paga massima ta' speċjalista li jaħdem full-time u kemm hi ta' min għandu permess jaħdem privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bereġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn bereġ f'Malta u Għawdex? F'liema rħula u villaġġi jinstabu? X'inhi l-ispiża totali li l-gvern ħallas għal dawn il-bereġ fl-aħħar sitt snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Polikliniċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn polikliniċi f'Malta u Għawdex? X'inhi l-ispiża totali li l-gvern ħallas għal dawn il-polikliniċi fl-aħħar sitt snin, sena b'sena? Kemm nies għamlu użu minn dawn il-polikliniċi, sena b'sena fl-aħħar sitt snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xiri ta' mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża totali ta' mediċini li l-gvern xtara, sena b'sena fl-aħħar sitt snin, għall-użu fl-isptar San Luqa; fl-isptar Boffa; f'St Vincent de Paule; f'polikliniċi ta' Malta; fl-isptar Zammit Clapp; fl-isptar ta' Għawdex; u fil-polikliniċi ta' Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Diploma Nursing course — Practical exam

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux vera li qed issir inkjesta dwar ir-riżultat tal-practical exam (OCSI) fil-kors tad-Diploma Nursing ta' l-2003? Jista' jgħid jekk hux veru li minn 104 studenti m'għaddewx minn dan l-eżami 73 u għaddew biss 31 studenti? X'inhi r-raġuni għal dan? Jekk qed issir inkjesta, tlesta r-rapport tal-findings? Jekk tlesta, jista' jissottomettih fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi d-Domanda lill-Ministru kkonċernat.

Mewt kawżat mit-tipjip

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il persuna hi rapportata li mietet kawża ta’ mard marbut mat-tipjip fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena? Kemm kien hemm li mietu minn mard tal-cancer fl-istess perijodu? Kemm minn dawn mietu f’Malta u kemm f’Għawdex u kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Mwiet matul l-ewwel seba' xhur ta' 2005 li huma meqjusa li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi huwa ta' 242 mewt f'residenti ta' Malta u Għawdex. Minn dawn kien hemm 167 raġel, 151 mietu Malta u 16 mietu Għawdex. Kien hemm 75 mara, 68 li mietu Malta u 7 li mietu Għawdex. Matul l-istess perjodu kien hemm 438 mewt minn mard tal-cancer. Minn dawn kien hemm 249 raġel, 229 mietu Malta u 20 mietu Għawdex. Kien hemm 189 mara, 179 mietu Malta u 10 mietu Għawdex.

Henna tattoing

Question

B'riferenza għal dak li ġie ppubblikat f'waħda mill-gazzetti lokali fuq problema kkawżata bil-henna tattoing, jista' il-Ministru jgħid jekk din il-forma ta' arti hijiex regolata b'xi liġi tas-saħħa pubblika u jekk le, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li toħroġ legal notice b'dan il-għan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-forma ta' arti ndikata (henna tattoing) sa llum mhijiex regolata bil-Liġi peress li din mhijiex forma permanenti ta' tattoo. Għaldaqstant id-Dipartiment qiegħed jikkonsidra l-possibilita' ta' legal notice b'dan il-għan.