Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19202 Sitting 388 2000-10-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn id-dati msemmija ġew trasferiti mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku żewġ impjegati li l-grad tagħhom hu ta’ messaġier. Dawn iż-żewġ impjegati ġew trasferiti fuq talba tagħhom stess. Ma hemm ebda ħsieb li jsiru xi trasferimenti oħra minn dan id-Dipartiment fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #19195 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Finanzi — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Finanzi mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi, fid-Dipartiment tal-Finanzi gew impjegati 3 ħaddiema ġodda: 2 wara sejħa għall-applikazzjonijiet mill-MPO u 1 b'kuntratt definit permezz tal- ETC.
Leg 9 PQ #19197 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, il-Bank Ċentrali ta' Malta ma mpjegax ħaddiema ġodda.
Leg 9 PQ #19674 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartiment u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul 1999 u din is-sena? X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom? X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn 1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru kien kemm każ wieħed ta' serq li ġie irrapportat lill-Pulizija għall-investigazzjoni. Dan il-kas kien jinvolvi valur ta' iżjied minn Lm500.
Leg 9 PQ #19700 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit — Bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tat-Tax Compliance Unit? Kemm-il darba ltaqa' s'issa? Dawn għandhom xi remunerazzjoni speċifika?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-Board tat-Tax Compliance Unit huma dawn: Head – Tax Compliance Unit - Chairman Commissioner of Inland Revenue - Member Commissioner of Value Added Tax - Member Director of Social Services - Member Comptroller of Customs - Member S’issa l-Board iltaqa erba’ darbiet. La ċ-Chairman u l-anqas il-membri m’għandhom xi remunerazzjoni speċifika.
Leg 9 PQ #19702 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartimenti tal-gvern — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas overtime lid-dipartimenti tal-gvern sa tmiem Awissu 2000? Kif tipparaguna din il-figura ma' l-ewwel tmien xhur tas-sena l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-records tat-Teżor, jirriżulta li sa tmiem Awissu 2000 tħallas l-ammont ta'Lm3,274,000 bħala sahra fid-dipartimenti tal-Gvern. L-ammont minfuq matul l-istess perjodu tas-sena l-oħra fuq dan l-item partikulari kien jammonta għal Lm3,038,000. Ta' min jgħid illi nofs din iż-żieda kienet dovuta għall-ħlas ta' overtime fid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li l-istaff tiegħu bdew igawdu minn kundizzjonijiet ġodda, u li minn din is-sena qed jigi muri bħala Vot separat.
Leg 9 PQ #19703 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar infiq fil-ministeru ta' natura kapitali f'dik li hi informatika matul din is-sena finanzjarja għar-raġunijiet msemmija fil-budget - paġna 105?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s'issa ntefqu Lm311,853.09 fuq progetti biex jissaħħah il-mekkanizmu ta' kontroll mill-Gvern guq l-infiq u d-dħul tiegħu kif ukoll biex tiġi kkontrollata l-evazjoni tat-taxxi. L-ispiża fuq dawn il-proġetti ħija stmata li tammonta għal Lm1,129,642.
Leg 9 PQ #19735 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru investigazzjonijiet mit-Tax Compliance Unit s'issa? Jista' l-Ministru jelenka l-istadju ta' kull investigazzjoni, jekk l-każ għadu għaddej? Jekk il-każ inqata', x'azzjoni rimejdali ttieħdet fejn il-każ inqata'?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari numru 18983.
Leg 9 PQ #19756 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

MUMN — Collective Agreement

Question

Billi l-collective agreement bejn l-MUMN u l-gvern li ġie ffirmat fl-1 ta' Frar, 2000 jgħid bl-akbar mod ċar li ż-żidiet fis-salarju tan-nurses u midwives ikunu inkorporati fil-basic pay, għaliex dawn s'issa għadhom qed jingħataw f'forma ta' allowance minkejja rappreżentazzjonijiet ta' l-MUMN ma' l-uffiċċju tat-Teżor? Billi jien informat li kemm l-MPO kif ukoll l-uffiċċju tat-Teżor qablu ma' l-MUMN li dawn iż-żidiet għandhom ikunu inkorporati mal-basic pay, għaliex s'issa dawn baqgħu jingħataw f'forma ta' allowance? Possibbli l-Ministru jintervjeni biex dan il- każ jiġi rimedjat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li ma' hemmx għalfejn l-intervent tal-Ministru minħabba li r-raġuni li ż-żidiet ma' kienux murija fis-salarji bħala Basic Pay kienet waħda teknika. Ninsab żġurat li bit-tibdil li sar fil-programm tas-sistema il-bidliet neċessarji ser ikunu nkorporati mal-paġa bażika fil-pagament ta' dan ix-xahar.
Leg 9 PQ #19181 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (DALLI, JOHN)

Kif ġa kelli l-opportunita' inwieġeb l-onorevoli interpellant f'okkazjonijiet ohra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informażżjoni mitluba. Niġbed l-attenżjoni ta' l-onorevoli membru għall-allokażżjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tigħi u dawk tad-dipartient li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #19697 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Stocks tal-gvern

Question

B'riferenza għal ħruġ riċenti ta' stocks tal-gvern, billi intqal li households and others ħadu Lm14.1 miljun, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn kenux jinkludu istituzzjonijiet finanzjarji u jekk iva, x'kienu l-ammonti nvoluti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li taht "others" kien hemm element ta' istituzzjonijiet finanzjarji. Analizi tal-holders aktar dettaljata hija kif tidher hawn taht: Istituzzjonijiet Finanzjarji Applikazzjonijiet Nru Ta' App Stocks bil- 5.9% Nru ta' App Stocks bis- 6.6% Banek 13 Lm13.50m 1 Lm0.3254m Ohrajn 4 Lm2.81m 9 Lm2.9910m Total 17 Lm16.31m 10 Lm3.3164m Households 346 Lm0.9143m 1677 Lm6.4471 Gvern 1 Lm0.1722m - - Ohrajn 3 Lm0.1035m 22 Lm0.7365m Total 367 Lm17.5000m 1709 Lm10.500m
Leg 9 PQ #19698 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Abbozz ta' Liġi dwar E-Commerce

Question

Billi l-Abbozz ta' Liġi dwar E-Commerce tħejja mill-OPM, tista' tgħid fiex jikkonsistu il-pjani tal-MFSC - kif imħabbra fil-budget - li jikkonċentra fuq l-E-commerce?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSC identifika li E-Commerce għandha tkun waħda mid-direzzjonijiet li għandu jagħti lis-setturi kummerċjali u finanzjaru f'Malta. Din id-direzzjoni qed tiġi eserċitata b'mod indirett kif ukoll b'mod dirett. Fid-direzzjoni indiretta qed jgħin biex jiġu stabbiliti kumpanniji li jagħmlu l-proċessar tal-kontijiet tagħhom bis-sistemi elektroniċi u b'hekk ikun qed jiġġenera aktar dħul lill-kumpanniji finanzjarji bħal banek ġo Malta. Direttament, iċ-Centru qieghed jinkoraggixxi operaturi fis-settur tas-servizzi finanzjarji, ez li- stockbrokers, biex jistabbilixxu s-sistema tal-internet tagħhom f'Malta, filwaqt illi beda t-twaqqif ta' programm sabiex is-sistema tar-Registry of Companies eventwalment tkun mil-bidu sa' l-aħħar sistema elektronika, inkluza fejn jirrigwarda ir-registrazzjoni tal-kumpanniji. Dan il-program diġa beda' u s-sena d-dieħla mistennija tiġi stabbilita s-sistema ta' Electronics Signatures. Wieħed ukoll irid jagħmel differenza dwar ir-regolomentazzjoni u l-operazzjoni ta'setturi differenti.
Leg 9 PQ #19699 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Membri tat-Task Force

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-Task Force fi ħdan il-Miniteru tal-Finanzi biex tanalizza n-nefqa tal-gvern? Meta twaqqaf it-Task Force, kemm-il darba ltaqa'? Tista' tikkonferma jekk dan huwiex se jkun an on going task force jew inkella jekk temmx xogħolu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-task force li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Membru, issemma fid-Diskors tal-Budget għall-1999 u jirrerferi għal programmirikkorenti amministrati minn Ministeri differenti. Proprju fid-Diskors tal-Budget għal dis-sena, qed issir referenza għax-xogħol li sar fir-rigward ta' tali programmi. Tajjeb li wieħed jgħid li din l-attivita' se tkompli ssir minn Office of Review f'Ministeri differenti. Barra minnhekk, l-istaff tal-Budget Office fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi kontinwament janalizza l-andament tan-nefqa xahar b'xahar tal-programmi varji bl-iskop li l-ispiża annwali tiġi kontenuta fl-allokazzjoni pprovduta u biex minn sena għall-oħra din l-ispiża ma tiżdiedx. Il-Unit il-ġdid ta' Internal Audit, li twaqqaf fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kabinet, ukoll għandu wieħed mill-iskopjiet tiegħu li janalizza ċertu nfiq fejn jinħass il-bżonn biex jiġi assigurat li l-programmi qed jigu mwettqa bl-aħjar mod li jagħti valur għall-flus minfuqa.
Leg 9 PQ #19645 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Kumpanniji — Taxxa tad-dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabre taxxa tad-dħul mingħand il-kumpanniji sa l-aħħar ta' Settembru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta'taxxa tad-dħul li nġabret minn għand il-kumpaniji minn Jannar sa Settembru 2000 kien ta' Lm 48,470,034.
Leg 9 PQ #19513 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Customs & VAT Dept. — Project Managers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw barranin għall-kariga ta' project managers for customs & VAT departments li l-gvern Malti rriklama fil-European Voice? Kemm mistenni jiġi jiswa l-pakkett finanzjarju offrut lilhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li L-Ministeru tal-Finanzi rriklama l-postijiet ta' 'Project Managers' għad-Dipartimenti tal-VAT u tad-Dwana kemm fil-'European Voice' kif ukoll fl-'Economist'. Xejn anqas minn 69 individwi applikaw jew urew interess f'dawn il-kariġi. L-applikazzjonijiet issa qed jiġu evalwati minn uffiċjali tal-Ministeru tal-Finanzi kif ukoll tad-dipartiment kkoncernati. Dwar il-pakkett finanzjarju, dan jiġi determinat meta jiġu ndividwati l-Ufficjali magħżula.
Leg 9 PQ #19543 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Casual substitute clerks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw irġiel u nisa għall-postijiet ta' casual substitute clerks bil-kuntratt? Kemm minnhom għaddew mill-interview? Kemm minnhom mistennija li jiġu ngaġġati? X'terminu ta' kuntratt ser jiġi offrut lilhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li applikaw 183 persuna għall-postijiet ta' Casual Substitute Clerks, li minnhom 114 huma nisa. Għaddew mill-interview 112-il persuna li numru minnhom se jiġu ngaġġati skond il-bżonnijiet fid-diversi Diviżjonijiet/Dipartimenti tal-Ministeru tal-Finanzi. Casual Substitute Clerk ikun minflok impjegat li jkun fuq leave twil u meta dan ta' l-aħħar jerġa jidħol lura għax-xogħol, l-iskrivan sostitut każwali jkollu l-kuntratt tiegħu/tagħha terminat. Iż-żmien tal-ingaġġ jista jvarja bejn perjodu ta' tlett xhur u sa massimu ta' sena, iżda jista jiġi mġedded kif u meta meħtieġ.
Leg 9 PQ #19152 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Malta Stock Exchange

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Stock Exchange mill-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-5 ta' Jannar 2000 ġew impjeġati tlett (3) supervisors u tlett (3) clerks ġodda fil-Borża ta' Malta. Wieħed mis-supervisors li ġie mpjegat din is-sena irriżenja fl-aħħar ta' Awissu. L-avviz għall-impjieġ fi ġrad ta' supervisors, ħaraġ fil gażżetta lokali f'Ottubru ta' 1999, skond il-permess 186/99 maħruġ mill-ETC. Fil-Każ ta' clerks, il-Borża issotomettiet it-talba lill-ETC f'Awissu ta' 1999 u l-kandidati mibgħuta mill-ETC ġew intervistati kollha u l-għażla saret skond kif dawn ġew skond l-'order of merit'.
Leg 9 PQ #19153 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-VAT — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-uffiċċju tal-VAT mill-5 ta' Jannar, 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk l-impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal imsemmi mpjieg. jista' jgħid xi kirtgerji ntużaw biex dawn ingħatawl-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-5 ta’ Jannar 2000 sa’ l-10 ta’ Settembru 2000 ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda ma’ l-uffiċju tal-VAT
Leg 9 PQ #19601 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Kumitat tal-Kuntratti — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kuntratti pubbliċi ġew deċiżi mill-Kumitat tal-Kuntratti fl-1999 u fis-sena 2000 s'issa? B'liema valur f'kull kuntratt u f'liema qasam?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li il-biċċa l-kbira ta' din l-informazjoni tiġi ppublikata perjodikament fil-gażżetta tal-Gvern.
Leg 9 PQ #18646 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 18468 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm kien hawn impjegati taċ-Ċivil illi s-sena l-oħra qalgħu flus aktar mill-President? F'liema dipartimenti kienu u x'tip ta' xogħol jagħmlu u xi grad għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-impjegati taċ-Civil li s-sena l-oħra qalgħu flus aktar mis-somma dovuta lill-President kienu ħdax (11) Id-dipartimenti u l-ġradi tagħhom kienu mifruxa kif ġej: Aviazzjoni Ċivili (1) Flight Inspector Management Efficiency Unit (2) Managers/Konsulenti Ministeru tal-Finanzi (1) Konsulent Pulizija (1) Kummissarju Sptar Boffa (2) Senior Radiologist Konsulent Sptar San Luqa (4) Registratur Ewlieni Cardiac Surgeon Konsulent Perfusionist