Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ dwar għajnuna soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li jiġi investigat jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hix tieħu l-pensjoni u s-servizzi soċjali kollha li hi intitolata għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Għajnuna Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li jiġi investigat jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hijiex tieħu l-pensjoni u s-servizzi soċjali kollha li hi intitolata għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, fl-2002 kellha Lm260 pensjoni u malli għalaq il-61 sena niżlitlu għal Lm232?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17944 f'Seduta Numru 371, dwar l-istess persuna suġġett tal-Mistoqsija preżenti.

Każ dwar Children Allowance

Question

Tista' il-Ministru tara li jitmexxa l-każ taċ-children allowance ta' koppja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-familja tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li l-inġustizzja li qed titwettaq ma' l-individwu li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata mill-aktar fis possibbli peress li dan l-individwu qiegħed jirċievi pensjoni anqas minn ħaddieħor li spiċċa miegħu u ta' l-istess grad?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-kwistjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tirrigwarda reviżjoni tal-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali. Ir-reviżjoni ta' dawn il-pensjonijiet hu proċess kontinwu u għalhekk mhux il-każ li qed issir jew saret xi inġustizzja ma ' din il-persuna. Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Awtorita' tad-djar — Tidbil ta' post tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' persuna li tinsab f'dipressjoni minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, liema persuna tixtieq tmur toqgħod mill-ġdid f'Bormla wara li ngħatat post mill-housing? Din il-persuna għandha ċ-ċertifikati tat-tobba li jixhdu l-kondizzjoni tagħha.

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa mid-Dipartiment konċernat.

Bormla — Tindif ta' Flats

Question

Tista' il-Ministru tara li l-bejt fi blokk 2, Habard Flats, Bormla li fih hemm xi materjal, bħal biċċiet tal-konkos kbar, jitneħħa u jitnaddaf? Meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar ma rċieva ebda talba dwar l-ilment li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Għalhekk għaddejt dan l-ilment lill-imsemmi Dipartiment biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Ħaż-Żabbar — Triq il-Klin

Question

Tista' il-Ministru tara li l-bejt komuni li jinsab f'kundizzjoni ħażina fi blokk F, Triq il-Klin, Ħaż-Żabbar jiġi rranġat u mtejjeb minħabba l-konsegwenzi ħżiena li qed jagħmel fis-soqfa ta' l-appartamenti ta' taħt?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-soqfa tal-kmamar tas-sodda ta’ flat 23 fil-blokk indikat, ninsab infurmata li ħarġet is-sejħa għall-offerti għall-bdil ta’ dawn is-soqfa u x-xogħol mistenni li jsir fil-futur immedjat.

Każ dwar Housing

Question

Tista' il-Ministru tinvestiga każ ta' housing li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.

Każ dwar Pensjoni

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tinvestiga l-ilment ta' persuna minn San Ġwann li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, pensjonant li qed jirċievi pensjoni miżera mill-Ingilterra u li qed jilmenta li nqata' mill-SKA inġustament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Birgu — Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji fir-residenza ta' anzjana mill-Birgu li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba li qed jinħoloq inkonvenjent minħabba li s-soqfa ta' fuq il-bejt u anke l-faċċata tar-residenza jinsabu f'kondizzjonijiet ħżiena u qed jikkawżaw periklu għar-residenza u anke għal terzi persuni? Tista' l-anzjana tibbenefika mill-iskema care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar ix-xogħlijiet imsemmija fil-Mistoqsija. B’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ mistennija tispezzjona l-post biex tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt din l-inizjattiva.

Ta' Xbiex H/E

Question

Billi kienet saret talba formali għal lift fi block A3, Ta' Xbiex H/E u billi fost ir-residenti hemm min għamel l-operazzjoni tal-bypass kif ukoll anzjani ta' madwar 70 sena, tista' il-Ministru tgħid x'possibbiltajiet hemm li dan il-lift jiġi stallat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li r-residenti tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant issottomettew applikazzjoni għal stallar ta’ lift. L-Onor. Interpellant jista’ jagħti parir lil dawn ir-residenti biex jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti u wara jissottomettu applikazzjoni lill-Awtorita’ tad-Djar għal stallar ta’ lift.

Ta' Xbiex H/E

Question

Tista' il-Ministru tgħid xi kriterji qed jintużaw meta jiġi deċiż li jsir xogħol ta' kisi ta' fili ta' appartamenti tal-gvern f'Ta' Xbiex H/E għaliex jidher li mhux dawk kollha fi bżonn ta' attenzjoni qegħdin jiġu indirizzati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20552 f’Seduta 430, inżid li x-xogħolijiet indikati, irrispettivament mill-lokalita’, jsiru skond il-prijoritajiet u r-riżorsi disponibbli.

Isla — Dockyard Terrace

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jsir aġġornar tal-partijiet komuni ta' Dockyard Terrace, blocks A, B u C, l-Isla? Fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? Meta se jibda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19829 f’Seduta Numru 403, inżid li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar lesta x-xogħol tal-house connections. Ninsab infurmata li fil-blokki ndikati jonqos xogħol ta’ tibjid fil-partijiet komuni, li mistenni jsir qabel l-aħħar tas-sena.

Anzjan — Żieda għall-għoli tal-ħajja

Question

Tista' il-Ministru tara jekk l-anzjan li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ingħatax iż-żidiet għall-għoli tal-ħajja mħabbra fl-aħħar żewġ budgets?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali dwar il-każ tagħha.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom applikazzjoni pendenti għall-housing soċjali bħalissa u kemm inqdew din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li wara reviżjoni li għamel id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali dwar l-applikazzjonijiet li kellu pendenti, preżentement hemm 2,179 talba pendenti. Ninsab infurmata wkoll li matul din is-sena, s'issa, ġew allokati 66 post u kien hemm 21 persuna li ġiet rikonoxxuta bħala l-inkwilin tal-post li kienet diġa' tabita fih. Dan minbarra numru ta' każijiet ta' persuni li ġew moqdija billi ġew riferuti biex jibbenefikaw minn skemi u l-inizjattiva tal-Care and Repair ta' l-Awtorita' tad-Djar.

Bormla — Care and Repair

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna armla minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant xtrat il-fond mingħand l-Awtorita’ tad-Djar bil-prezz issussidjat. Peress li diġa’ bbenefikat minn dan is-sussidju, din il-persuna ma tikkwalifikax għal sussidju ieħor biex tirranġa dan il-fond.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex single parent b'żewġt itfal mix-Xgħajra li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma kienet ippprovduta post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn simili.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li persuna li kważi hi homeless minn Ħal Qormi u li fil-preżent qed tgħix f'Ħaż-Żabbar u li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata post mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi proċessata.

Manutenzjoni f'fond

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet it-talba sabiex jinbidel saqaf fil-proprjeta' li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? X'inhi l-possibbilta' li l-inkwilini jixtru din l-istess proprjeta'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tender għax-xogħol indikat fl-Ewwel Parti tal-Mistoqsija ingħatat u x-xogħol mistenni li jsir fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla. Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni taħt l-iskema Sir Sid Darek mill-inkwilini tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant.