Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32090 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ċivili — Żwiġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru żwiġijiet is-sena l-oħra? Kenm minnhom kienu ċivili? Kemm kien hemm żwiġijiet bejn maltin u barranin u ta' liema nazzjonalita kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 it-total ta` żwiġijiet kien ta` 2,153 (Malta - 2,017, Għawdex - 136) li minnhom 474 kienu żwiġijiet ċivili (Malta - 455, Għawdex - 19). Il-barranin li żżewġu Maltin kienu ġejjin mill-pajjiżi kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32091 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Firearm — Liċenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni liċenzjati to use a firearm for sporting purposes illum? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u kemm kien in-numru ta' persuni li ingħataw dan il-permess is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta` persuni liċenzjati biex iġorru arma tan-nar 'for sporting purposes' jammonta għal 11,519. Infurmat ukoll illi hemm 781 applikazzjoni pendenti li minnhom 323 huma ta` persuni li għadhom ma għalqux il-21 sena. Ninsab infurmat ukoll illi 427 persuni ngħataw dan il-permess is-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #32092 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kaċċa u Nsib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew dikjarati li inqabdu u/jew inqatlu għasafar fid-dikjarazzjonijiet li għamlu il-kaċċaturi u nassaba is-sena l-oħra? X' tip ta' għasfar kienu u jista' l-Ministru jgħid u/jew jagħti breakdown ta' kemm inqabdu għasafar minn kull kaċċatur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mid-dikjarazzjonijiet li ġew mgħoddija lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent fis-sena 2001 li jkopru qtil u qbid ta` għasafar matul is-sena 2000, in-numru ta` dawn l-għasafar li nqabdu jew inqatlu matul is-sena 2000 huwa ta` 129,260, li naturalment huma dawk l-għasafar li ma humiex imħarsa bil-liġi. Dan in-numru huwa maqsum skond l-ispeċi li nqabdu jew inqatlu kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhux possibli li tingħata l-informazzjoni dwar kemm inqabdu għasafar minn kull kaċċatur minħabba li s-sistema kompjuterizzata li għandu d-Direttorat għall-Ħarsien ta` l-Ambjent mhijiex ipprogrammata biex tagħti din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #32093 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Towing u Clamping

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew towed u clamped veikoli is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm 1,994 vettura irmunkata u 245 vettura ikklampjata.
Leg 9 PQ #32094 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Serq — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati serqiet minn yachts marbuta malta s-sena l-oħra? Kemm minn dawn kienu ġo Ta' Xbiex u l-Imsida?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 125 każ ta` serq minn opri tal-baħar. Minn dawn 11 kienu l-Imsida u 13 kienu Ta` Xbiex.
Leg 9 PQ #32426 Sitting 718 2002-03-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru. 32201, jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatax permessi mid-Dipartiment ta' l-Artijiet għall-aċċess u allura użu ta' l-ispazju fuq is-Sur ta' l-Imdina minn Casa Magazzini?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma tat l-ebda permessi biex isir aċċess u użu ta` l-ispazju fuq is-Sur tal-Imdina minn Casa Magazzini. Infurmat ukoll illi dan il-każ qed jiġi investigat mill-imsemmija Taqsima.
Leg 9 PQ #32085 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Postijiet tad-Divertiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu tfal taħt is-sittax il-sena ġo postijiet tad-divertiment is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm 75 persuna taħt is-sittax-il sena li inqabdu f`postijiet ta` divertiment.
Leg 9 PQ #32087 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Armi tan-Nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reati li fihom ntużaw armi tan-nar is-sena l-oħra? Kemm minnhom kienu armi liċenzjati kif titlob il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, il-Pulizija kellha 76 rapport ta` reati li b`xi mod kienet involuta arma tan-nar. Minn dawn, 8 irriżultaw li l-arma li ntużat kienet liċenzjata.
Leg 9 PQ #32088 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Istituzzjonijiet Reliġjużi — Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru serqiet minn istituzzjonijiet reliġjużi s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 29 każ ta` serq minn xi istituzzjoni reliġjuża.
Leg 9 PQ #32410 Sitting 717 2002-03-20 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi seħħu dwar ir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari nru. 32176 u cioe jista' jgħid jekk ix-xogħol li qiegħed isir f'17, Inguanez Street Mdina huwiex kopert bil-permessi ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret minn uffiċjal mis-sezzjoni ta' l-Infurzar ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar irriżulta li sar xogħol mingħajr permess fil-post imsemmi li hu skedat. Għaldaqstant ser jinħareġ Avviż biex Tieqaf u ta' Twettieq b'referenza EC253/02 kontra s-sid tal-post.

Kiri ta' Fond

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li l-fond bl-indirizz 45, St Publius Street, Floriana hu vojt u hu bieb ma' bieb mal-Knisja Parrokjali ta' San Publju, tistax tiġi kkunsidrata t-talba tal-kumitat Festa San Publju sabiex dan il-fond jiġi mikri lil din l-għaqda?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern bħalissa qed tikkunsidra l-aħjar użu li jista` jsir mill-Fond 45 Triq San Publiju l-Furjana. Sadanittant it-Taqsima għadha ma rċeviet l-ebda talba għall-istess post mill-Kumitat Festa San Publiju.
Leg 9 PQ #31068 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kera — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża f'ċifra ta' flus li tħallset f'kera għall-bini li nkera għall-uża tal-Ministeru u jew tad-Dipartiment, kumpaniji, korporazzjonijiet eċċ li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru minn għand il-privat matul is-sena li għaddiet?

Response (BORG, TONIO)

Qiegħed nagħti hawn taħt l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta` l-ammont ta` kera lill-privat li tħallset mill-Ministeru u mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Entita` Ammont ta` Kera (Lm) Ministeru 250 Segretarjat Parlamentari 250 Reġistru Pubbliku (Taqsima Stat Ċivili) 552 Pulizija 788
Leg 9 PQ #32071 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Mobile Squad

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija mal-mobile squad li ma għandhomx liċenzji tas-sewqan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fit-Taqsima ta` l-Iskwadra Mobili tal-Korp tal-Pulizija hemm Kuntistabbli wieħed biss li għad m`għandux liċenzja tas-sewqan.
Leg 9 PQ #32074 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin illum? X'eta' għandhom u ta' liema sess huma? Ta' xiex instabu ħatja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fis-7 ta` Marzu 2002 in-numru ta` priġunieri kien ta` mitejn u sebgħa u sittin (267). Irġiel hemm mitejn u ħamsa u ħamsin (255). Nisa hemm tnax (12). L-eta` tal-priġunieri huwa kif jidher hawn taħt: Sa 18-il sena 1 Minn tmintax sa wieħed u għoxrin sena 17 Minn tnejn u għoxrin sa ħamsa u għoxrin sena 30 Minn sitta u għoxrin sa tletin sena 71 Minn wieħed u tletin sa ħamsa u tletin sena 44 Minn ħamsa u tletin sa ħamsin sena 83 Minn ħamsin sa sittin sena 18 Sittin sena u iżjed 3 TOTAL 267 Dawk issentenzjati ġew misjuba ħatja kif jidher hawn taħt: Arson 3 Relatati ma` droga 104 Serq aggravat 28 Theddid lill-uffiċjali tal-Pulizija 1 Stupru – attentat fuq minorenni 8 Feriti gravi 1 Omiċidju – attentat omiċidju 25 Frodi 5 Oħrajn 14 Priġunier jista` jkun qiegħed jiskonta aktar minn sentenza waħda u r-reati fit-tabella juri dak ir-reat li iġorr l-akbar piena.
Leg 9 PQ #32075 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabs — Nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li daħlu l-ħabs kull sena f'dawn l-aħħar 10 snin? Kemm min dawn kienu tqal u kemm twieldu trabi min nisa ħabsin waqt li dawn kienu il-ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` nisa li iddaħlu l-ħabs kull sena f`dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:- 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999 2000 2001 20 23 32 50 61 43 34 20 19 38 Dawn in-numri jinkludu persuni li intbaghtu l-ħabs aktar minn darba. Minn dawn kien hemm tlettax li kienu tqal meta iddaħħlu l-ħabs u f`erba każi minnhom welldu t-tarbija waqt li kienu fil-Faċilita`.
Leg 9 PQ #32076 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Żwiemel u Klieb

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żwiemel u klieb fis-sezzjoni relattivi tal-Pulizija illum? Kemm servew lill-Korp f'dawn l-aħħar għaxar snin? X'sar minn dawk li ġew irtirati mis-servizz f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` żwiemel u klieb li għamel użu minnhom il-Korp tal-Pulizija tul dawn l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:- Sena 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998 1999 2000 2001 Żwiemel 24 21 18 18 22 20 20 23 19 18 Klieb 25 26 26 28 28 28 34 34 38 32 Meta żiemel jew kelb ma jibqax tajjeb għax-xogħol tal-Pulizija minħabba mard, jiġi mitlub il-parir tal-Veterinarju tal-Gvern li jew jordna li tingħata l-kura meħtieġa jew jekk ma jkunx il-każ ta` fejqan, iż-żiemel jew kelb jiġi mraqqad. Jista` jkun ukoll il-każ illi ż-żiemel jew kelb jingħata lura lil persuna li tkun oriġinarjament tagħtu lill-Korp jew ikun offrut lil xi għaqda filantropika. Kollox jiddependi skond iċ-ċirkostanzi tal-każ.
Leg 9 PQ #32364 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tal-Balal — Disco

Question

Jista' l-Ministru jgħid id-disco li hemm flok il-Vibes f'Tal-Balal għandu permess biex jibqa' jdoqq sa l-4.00 ta' fil-għodu għaliex qiegħed jirrita lir-residenti tal-viċinanzi jibqgħu mqajmin il-lejl kollu minħabba l-istorbju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa liċenzjat sabiex jinżamm miftuħ sa l-4.00am, skond ir-Regolamenti dwar ħwienet għal Bejgħ ta` l-Inbid, Birra jew Likuri Spiritużi u r-Regolamenti ta` l-1995 dwar iż-żamma ta` Bon Ordni f`Lokalitajiet ta` Divertiment.
Leg 9 PQ #32374 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija nru. 32167 jista' l-Ministru jispjega kif il-pulizija tista tivverifika li s-sid ta' vettura hu mill-Imdina, meta llum l-indirizz tneħħa minn fuq il-liċenzja li titwaħħal mal-windscreen?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għalkemm tneħħew id-dettalji personali tas-sidien tal-vetturi minn fuq il-liċenzja tal-vetturi, il-Pulizija dejjem jistgħu jivverifikaw dawn id-dettalji mas-sistema ċentrali kompjuterizzata li hija disponibbli l-ħin kollu fil-Kwartieri Ġenerali. Barra minn hekk jistgħu ukoll jiġu verifikati billi jintalab mezz ta` identifikazzjoni tas-sewwieq.
Leg 9 PQ #32375 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Marsa Sports Club

Question

Peress illi l-Ministru rrefera l-kwestjoni lill-Ministru ta' l-Intern dwar meta hu maħsub li titressaq fil-Parlament ir-risoluzzjoni dwar it-trasferiment tat-titolu tal-Marsa Sports Clubs, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 32185?

Response (BORG, TONIO)

Il-Kabinett iddeċieda fi Frar 2002 li jagħti titolu lil Club. Ir-riżoluzzjoni sabiex il-grounds fil-Marsa jiġu trasferiti b`titolu lill-Marsa Sports Club ser titressaq fil-Parlament dalwaqt. Il-Club ġie infurmat b`dan; bid-deciżjoni se tiġi solvuta problema li ilha pendenti żmien twil.
Leg 9 PQ #32379 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlu rapporti minn residenti li Raħal Ġdid dwar għajjat mil-Moskea ta' Raħal Ġdid li Triq Kordin li laħaq kien qed isir mill-5 sat-8 ta' filgħodu mingħajr waqfien? X'follow up sar dwar dawn l-ilmenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi għal xi żmien il-Pulizija ta` Raħal Ġdid kellha ilmenti anonimi permezz tat-telefon dwar għajjat u storbju ieħor li kienu ġejjin mill-Moskea ta` Raħal Ġdid. Minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija irriżulta li l-public address system li kienet qed tintuża kienet għadha kemm ġiet installat u min kien qed jopera l-apparat ma kienx midħla fl-użu ta` l-istess apparat. Ninsab infurmat illi fil-preżent dawn l-ilmenti waqfu.