Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li fuqhom ġew eżaminati l-applikanti għall-vacancy ta' trainee correctional officers fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid min kienu l-persuni fuq il-board li eżaminaw lill-applikanti? Jista' l-Ministru jikkonferma li l-PSC aġixxa fuq il-parir tal-board in kwistjoni? Jista' jispjega jekk l-applikanti ġewx assessed permezz ta' kemm akkwistaw punti fuq kull kors jew test li ssottomettew ruhom għalih jew jekk kienx obbligatorji li jgħaddu mill-eżami bil-miktub biex jikkwalifikaw għal din il-vacancy? Jista l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-punti li kull applikant ottjena għal kull kors jew test li ssottomettew ruhom għalih?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
Il-kriterji li fuqhom ġew eżaminati l-applikanti għall-
vacancy
ta`
Correctional Officers
fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kienu dawk imfassla mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
Kif turi s-sejħa għall-applikazzjonijiet l-għażla kienet maqsuma f`żewġ stadji. Fl-ewwel stadju li kienet tikkomprendi intervista preliminari biex jiġi aċċertat jekk l-applikanti kienux addatati għall-post, il-Bord ta` l-Għażla kien magħmul kif muri fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19698.
Fit-tieni stadju li kien jikkomprendi l-eżami finali tal-kandidati wara li lestew il-kors ta` taħriġ, il-Bord ta` l-Għażla kien magħmul minn:
Chairman Is-Sur Emanuel Cassar Direttur
Membri Is-Sur George Zerafa Direttur
Is-Sur Wilfred Agius Assistant Correctional Manager
Is-Sur Pierre Cauchi Rappreżentant tal-Management & Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku taġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kap tad-Dipartiment skond ma kif inhi l-proċedura
L-applikanti kollha ġew
assessed
skond il-kriterji mfassla mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku; dwar jekk kienx obbligatorju li jgħaddu mill-eżami biex jikkwalifikaw għal din il-
vacancy
nirreferi l-Onor. Interpellant għal paragrafu 4.2 tas-sejħa għall-applikazzjonijiet pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern fit-23 ta` Novembru 1999, li jaqra kif ġej:- "Dawk l-Uffiċjali Korrettivi fuq Taħriġ li jtemmu b`suċċess il-kors jinħatru skond l-ordni ta` meritu li jkunu ġabu fl-eżami li jsir fit-tmiem il-kors ta` taħriġ u skond jekk jeżistux vakanzi bħala Għassiesa (
Guards
) fi Skala 16 tas-Salarji b`Lm3,116 fis-sena li jitla` b`żidiet ta` Lm70 fis-sena sakemm jilħaq Lm3,606 fis-sena. Ir-riżultat kwalifikattiv jibqa` validu għal sentejn. Il-ħatra ta` Għassiesa (
Guards
) hija soġġetta għal perijodu ta` prova ta` sentejn"
Fiż-żewġ każijiet ir-riżultati miksuba ġew ippublikati fuq in-
Notice Board
tad-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi, Raħal Ġdid, u fuq in-
Notice Board
ta` l-Uffiċċju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, il-Belt, li kopja tagħhom qiegħed inqegħdhom fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'permessi ħarġu mill-PA għall-istabbiliment li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament? X'inspections saru min-naħa tal-PA biex ħarġu dawn il-permessi? Kemm-il inspection saret kemm fl-istabbiliment innifsu, kif ukoll fil-bini tar-residenti li jgħixu fuq u madwar l-istabbiliment? Saru rapporti dwar l-impatt tal-ħsejjes, ta' l-irwejjaħ, ta' l-intejjen eċċ fuq ir-residenti li jgħixu fuq u madwar l-istabbiliment min-naħa tal-PA? X'kienu r-riżultati ta' dawn ir-rapporti jekk saru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sit in kwestjoni kien diġa` kopert b`permess ta` confectionery, u l-proposta (applikazzjoni PA 4766/99) kienet biex dan l-użu jiġi mibdul għal restaurant, kif ukoll biex isiru alterazzjonijiet strutturali u żieda ta` sular ieħor għal skop residenzjali. Din l-applikazzjoni ġie rakkomandata biex tiġi rrifjutata mid-Direttorat ta` l-Ippjanar minħabba li l-bdil propost kellu ħtieġa ta` parkeġġ li ma ġiex provdut; minħabba li kien hemm aircondition unit imwaħħal mal-faċċata bla permess; u minħabba li kien qed jiġi propost żieda ta` sular li jaqbeż l-għoli permess fiż-żona.
Il-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp iddeċidiet li ddawwar ir-rakkomandazzjoni minħabba li l-proposta ma kienetx ser tikkawża impatt viżwali negattiv.
Saret spezzjoni mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp fejn innotat li l-bdil propost fl-użu ma hux oġġezzjonabli minħabba li kien hemm diġa` liċenzja għall-confectionery fuq il-post.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ġibjuni f'Malta u f'Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu?
Jista' jgħid ukoll kemm minhom jaqgħu taħt ir-responsabilita tal-WSC?
Jista' jgħid kull ġibjun x'użu qiegħed issir minnu u minn min?
Jista' jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni u eventwalment manutenzjoni fuq kull ġibjun u kemm hemm rapporti pendenti biex issir tiswija fuq dawn il-ġibjuni u liema huma?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk membri ta' l-ALE jew tat-Taqsima tal-Liċenzji (Trading Licencing Department) jew tad-Distrett mill-1994 'il hawn għamlux xi forma ta' spezzjonijiet fil-ħwienet u f'postijiet oħra ta' negozju f' Malta u f'Għawdex bl-iskop li jivverifikaw jekk tali postijiet humiex qed joperaw b'liċenzja valida, jekk il-ħlas kienx qed isir regolarment, jekk fil-fatt humiex skond il-konfini tal-Kunsilli Lokali eċċ u, jekk fl-affermattiv, fejn saru dawn l-ispezzjonijiet, meta saru, x'kien ir-riżultat tagħhom, x'passi ttieħdu, fejn instabu rregolaritajiet u humiex isiru follow-ups għalihom biex ikun assigurat li l-irregolaritajiet li nstabu jkunu kkorreġġuti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi hija l-proċedura regolari illi l-Pulizija tagħmel spezzjonijiet fi stabbilimenti kummerċjali sabiex jinġabru arretrati li jista` jkun hemm fil-ħlas tal-liċenzji. Diskrepanzi fil-konfini tal-Kunsilli Lokali jiġu aggustati biss fuq struzzjonijiet mingħand id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. Kif diġa` għidt, dan huwa proċess kontinwu u għaldaqstant wieħed ma jistax jgħid kull meta saru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti s-sena l-oħra u din is-sena talli wettqu atti immorali fil-pubbliku? X'weħlu f'kull każ? Kemm kellhom eta'? Ta' liema sess kienu u ta' liema nazzjonalita' kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000 u t-28 ta` Frar 2001, kien hemm 18-il persuna li tressqu l-Qorti talli wettqu atti immorali fil-pubbliku. Minn dawn 9 ingħataw sentenza sospiża, 4 weħlu multa, 1 ingħata probation; 1 ċanfira u twiddiba; 2 ġew liberati u każ ta` 1 li għadu pendenti quddiem il-Qorti. L-eta` ta` dawk imressqa kienet bejn is-16 u 46 sena. Minn dawn 15 kienu tas-sess maskili u 3 kienu tas-sess feminil. Kollha kienu Maltin, għajr 2 li kienu mill-Ukrajina.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni sentenzjati għal xi perijodu ta' inkarċerazzjoni s-sena l-oħra? Kemm kienu Maltin u kemm barranin? Kemm kien in-numru ta' persuni nvoluti li kienu ġejjin minn xi pajjiżi Għarab u kemm minn xi pajjiżi Ewropej?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23091.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi n-numru ta` persuni Maltin kien ta` 141, filwaqt li n-numru ta` barranin kien ta` 35. Il-barranin kienu ġejjin:- 25 minn pajjiżi Għarab u l-10 l-oħra minn pajjiżi Ewropej.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew misjuba ħatja persuni fuq traffikar ta' droga s-sena l-oħra? Kemm kienu Maltin u kemm barranin? X'weħlu f'kull każ individwali u minn liema pajjiż kienu kull wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2000 ġew misjuba ħatja 43 persuna fuq akkużi ta` traffikar ta` droga. Minnhom, 29 kienu Maltin, filwaqt li 14 kienu barranin. Il-barranin kienu kif ġej: 10 Libjani, 2 Franċiżi u 2 Olandiżi. Is-sentenzi mogħtija kienu kif ġej:-
Sentenza ta` persuni misjuba ħatja
Numru ta` persuniBarranin Maltin
Ħabs
2 3
Ħabs u multa
4 17
Ħabs, multa u konfiska
- 1
Ħabs, multa u tkeċċija
6 -
Ħabs, multa, konfiska u sentenza sospiża
- 1
Multa
- 6
Sentenza sospiża u multa
- 1
Sentenza sospiża u tkeċċija
2 -
14 29
TOTAL
43
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' reati kriminali bejn Ottubru 1998 sallum fl-isptar Sir Paul Boffa?
Meta u x'tip ta' reati kienu? X'passi ttieħdu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Ottubru 1998 u Frar 2001, il-Pulizija kellha 6 rapporti ta` reati kriminali fl-Isptar Paul Boffa. It-tagħrif dwarhom hu kif ġej:-
Data
Reat
Passi meħuda
01.05.99
Impjegat instab li kellu fil-pussess tiegħu oġġetti żgħar tal-ikel wara li kien ħareġ mill-post tax-xogħol
Tressaq il-Qorti u ġie liberat
17.05.99
Raġel kellu argument vjolenti ma` impjegati ta` l-isptar
Tressaq il-Qorti u nstab ħati
09.08.99
Ħarba ta` priġunier
Għad mhux konkluż
22.11.99
Impjegat kellu argument ma` uffiċjal ta` l-isptar
Tressaq il-Qorti u nstab ħati
03.10.00
Rapport dwar serq ta`
file
minn pazjenta
Għad mhux konkluż
01.12.00
Pazjenta allegat li impjegat ta` dan l-isptar kien għamel ġesti oxxeni u krudelta` mentali fil-konfront tagħha
Għad mhux konkluż
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet li għandhom il-permessi meħtieġa tal-pulizija biex irabbu t-tiġieġ?
Liema huma dawn l-irziezet, x'jisimhom, fejn huma u ta' min huma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinfurmani jekk hemmx proposti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex din tibdel l-iskeda taz-zona tal-Baħrija u l-periferija tagħha u tinvolvi r-raba' tal-bdiewa tal-Baħrija?
Response (BORG, TONIO)
L-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet numru ta` talbiet sabiex tibdel l-iskema taż-żona tal-iżvilupp tal-Baħrija. Sadanittant l-Abbozz tal-Pjan Lokali għall-Majjistral ta` Malta (NWLP) se jkun pubblikat fi żmien qasir għall-konsultazzjoni pubblika. Ma jfissirx illi kull talba li ssir lill-Awtorita` għal bidla fl-iskema tkun aċċettata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk cabin cruiser li jinsab fi Triq il-Batterija taż-Żonqor f'M'Scala faċċata ta' dar numru 73 jistax jinżamm fit-triq għal xhur sħaħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa sabiex il-cabin cruiser in kwistjoni titneħħa mit-triq.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-erba suspettati mitluba mill-Interpol dwar allegazzjonijiet in konnessjoni ma' involviment fin-negozju tal-klandestini għadhom ma' ġewx mogħtija lill-Interpol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi huwa minnu illi hemm it-talba mill-Pulizija Taljana biex jiġu esegwiti xi talbiet ta` estradizzjoni in konnessjoni mal-każ dwar attivita` ta` klandestini. Il-Pulizija Maltija ilha tassisti lill-Pulizija Taljana f`dan ir-rigward u ser tibqa` tassistiha. Minħabba illi r-rekwisiti meħtieġa mill-liġi għadhom ma ġewx sodisfatti, it-talba in kwistjoni għadha ma tistax tiġi esegwita f`dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk garaxijiet li jinsabu Mandalay Road (Sqaq il-Fortizza) faċċata tal-Verdala School biswit id-djar residenzjali ta' qasam tad-djar Sant' Andrija f'Pembroke humiex mikrija lil xi individwi?
Jekk fin-negattiv, jista' jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jara li dawn il-garraxijiet jittieħdu lura mill-Gvern peress li waslitli informazzjoni li dawn jinsabu okkupati minn indiviwi bla awtorizzazjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-garaxxijiet indikati fiż-żona mill-Interpellant qatt ma ġew allokati mid-Dipartiment tal-Artijiet lil xi ndividwi.
Id-Dipartiment tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qiegħed jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex Mandalay Road (Sqaq il-Fortizza) triq li qatt ma ġiet asfaltata u li tinsab fil-Qasam tad-Djar Sant' Andrija f'Pembroke tingħata l-asfaltar peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il reat kriminali kien irrappurtat li seħħ f'Santa Venera, sena b'sena, mill-1994 sa tmiem is-sena li għaddiet u x'kienu r-reati rrappurtati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant beda jinżamm taħt forma kompjuterizzata mill-1 ta` April 1997, u huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex applikazzjjoni li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament, ma ġietx aċċettati meta bħalissa ma hemm ħadd biex jimla din il-vaganza meta mill-kunsill u mill-awtorita' ta' l-ippjanar ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ġiet rifjutata minħabba li l-post li dwaru saret l-applikazzjoni mhux rikonoxxut bħala car park.
B'riferenza għal mistoqsija dwar l-istess persuna, jista' l-Ministru jgħid meta ser tinħareġ ċ-ċittadinanza (OPM/NAT/155/76) għal din il-persuna li issa ilha li applikat għal diversi snin u li fir-risposta preċedenti tennejt li risposta dwarha ser tingħata f'qasir żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każ tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ser jiġi deċiż dalwaqt.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema siġar indiġeni qed jiġu protetti mill-PA u x'miżura ttieħdu matul dawn l-aħħar sentejn biex jipproteġu dawn l-ispeċi?
Response (BORG, TONIO)
L-Awtorita` ta` l-Ippjanar tipproteġi s-siġar indiġeni u arkeofiti kollha permezz ta` inizjattivi differenti. Dawn jinkludu:-
skedar ta` siġar individwali, gruppi ta` siġar jew imkejjen b`għadd imdaqqas ta` siġar bil-provvedimenti ta` l-artiklu 48 ta` l-Att dwar l-Ippjanar ta` l-Iżvilupp;
preparazzjoni ta`
policies
li jissalvagwardjaw is-siġar jew postijiet msaġġra (fost dawn hemm
policies
fil-Pjan ta` Struttura u fid-diversi Pjani Lokali);
preparazzjoni ta` linji gwida li jippromwovu, b`mod pro-attiv, it-tħawwil ta` siġar, pjanti u arbuxelli bħala parti minn
landscaping schemes
approvati ma` proġetti ta` żvilupp;
implimentazzjoni tal-
policies
u linji gwida msemmija kemm b`kundizzjoni f`permessi individwali kif ukoll billi, flimkien mad-Dipartiment ta` l-Agrikoltura u s-Sajd, jagħtu pariri lil individwi dwar x`tipi ta`siġar wieħed għandu jħawwel f`postijiet differenti kif ukoll kif wieħed jista` jevita li jagħmel ħsara lil siġar stabbiliti u jintegrahom fl-iżvilupp propost.
Ħafna minn dan ix-xogħol isir fuq bażi kontinwu iżda f`dawn l-aħħar snin ġew ukoll speċifikament skedati diversi siġar jew imkejjen msaġġra fosthom is-Salini, diversi nħawi kostali (permezz ta` l-iskedar ta` l-irdumijiet ta` Malta), widien b`ammont konsiderevoli ta` siġar u arbuxxelli (fosthom Wied Għomor, Wied il-Lunzjata, Wied ix-Xlendi u oħrajn), u l-Buskett (dan ta` l-aħħar kien ukoll protett permezz ta` Ordni ta` Konservazzjoni u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed taħdem mal-Ministeru ta` l-Agrikoltura sabiex il-provvedimenti ta` l-ordni jiġu attwati). Imkejjen oħra li jinkludu siġar ta` importanza ġew ukoll individwati permezz ta` studji li jsiru għall-preparazzjoni tal-Pjani Lokali kif ukoll permezz ta` kollaborazzjoni mad-Dipartiment għall-Ħarsien ta` l-Ambjent. Hemm il-ħsieb li dawn l-imkejjen jiġu protetti ukoll filwaqt li nkomplu ninkoraġġixxu t-tħawwil ta` siġar possibilment ukoll permezz ta` proġetti ta` afforestazzjoni f`żoni li ġew abbandunati jew sfreġjati matul is-snin.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li toħroġ sejħa għal tender ta' plot għal garage fi Triq il-Luq kantuniera ma Triq il-Fraxxnu, fil-Housing Estate ta' Ħaż-Żabbar, li fuqha (il-plot) tiġa inħareġ permess għall-iżvilupp mill-Planning Authority (Ref PA 04364/99)
Response (BORG, TONIO)
Id-Dipartiment ta` l-Artijiet huwa marbut li ma joħroġx għall-offerti art tal-Gvern jekk ma jkunx hemm approvazzjoni mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar għal skop li l-art tkun ser tingħata għalih.
Ninsab infurmat illi f`dan il-każ irriżultat diskrepanza bażika fil-pjanti li ġew approvati mill-Awtorita` u għaldaqstant l-ebda azzjoni ma tista` tittieħed qabel din id-diskrepanza tiġi rranġata. Il-Perit imqabbad mill-applikanti ġie mgħarraf b`dan kollu.