Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36215 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College — Rapport Finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport finanzjarju dettaljat tad-dħul u ħruġ tal-junior college bid-dettalji dwar nefqa kapitali u nefqa rikorrenti għas-snin 1999, 2000 u 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bid-dettalji tad-dħul u ħruġ tal-Junior College għas-snin 1999, 2000 u 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36224 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sekondarja — Minor Staff - Pornografija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar rapport li xi ħadd mill-minor staff minn skola sekondarja statali tal-bniet, li isimha qed jintbagħat separatament, wera materjal pornografiku lill-studenta u anke messha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-każ imsemmi, ittieħdu l-passi kollha li huma fl-interess tat-tifla konċernata, wara konsultazzjoni mat-tifla u l-ġenituri tagħha.
Leg 9 PQ #36394 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SKEJJEL TA' L-ISTAT — NEFQA TAD-DAWL U L-ILMA

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 35860, jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa globali tal-ħlasijiet li saru għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-iskejjel kollha u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru ta' l-edukazzjoni matul is-sena li għaddiet f'Malta u Għawdex separatament? Jista' il-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1999 u l-2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa globali tal-ħlasijiet li saru għall-kontijeit tad-dawl u l-ilma ta' l-iskejjel kollha u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni hija kif se nsemmi: 1999 2000 2001 Lm Lm Lm Div. ta' l-Edukazzjoni , Skejjel, 200,104.07 81,832.23 232,913.48 Ministeru ta' l-Eduk., Dipt. ta' l- Eżamijiet u Seg. Parlamentari Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji 7,700.00 7,357.00 6,359.00 Dipartiment tal-Mużewijiet 12,335.86 24,334.41 19,332.23 Dipartiment tal-Kultura 1,840.00 2,143.00 1,695.00 Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport xejn 10,133.00 2,000.00 TOTAL 221,979.93 125,799.64 262,299.71
Leg 9 PQ #35885 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mothers' Unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm bniet li qed jattendu l-ischool girls mothers' unit illum u għaliex? Kemm kien in-numru totali din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sal-bidu ta' Ottubru, kien hemm jattendu 50 tfajla li huma tqal, 26 minnhom qegħdin jattendu għall-programm, u 24 oħra qed jattendu għall-counselling għaliex qed jaħdmu jew jattendu korsijiet oħra. Madwar 30 oħra qed jattendu l-"Mother and Baby Support Group". Numru ieħor (madwar 90) qed jattendu għall-counselling (ex-programme participants). Dawn jiġu (1) għall-programm ta' tagħlim apposta għalihom, (2) On-going counselling għalihom. (Barra minn hekk jiġu wkoll il-partners u l-familjari tagħhom għall-counselling skond il-bżonn, (3) Jattendu l-"Mother & Baby Support Group". Din is-sena kien hemm 101 każi ta' pregnancy ġodda, 30 għall-"Mother & Baby Support Group", u xi 90 oħra għall-Counselling.
Leg 9 PQ #36090 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti b'diżabilita' fl-istituti tal-MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti b'diżabilita` fl-istituti ta' l-MCAST hu kif ġej: L-Istitut ta' l-Inġinerija Elettronika 3 L-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u l-Kostruzzjoni 2 L-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l- 5 Komunikazzjoni L-Istitut tan-Negozju u l-Kummerċ 5 L-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn 2 L-Istitut Marittimu 0 Iċ-Ċentru ta' l-MCAST f'Għawdex 0 Total 17
Leg 9 PQ #36095 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati: 1) full-time 2) part-time mal-kumpanija pubblika PBS?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mal-Public Broadcasting Services Ltd hemm 186 impjegati full-time u impjegat wieħed part-time.
Leg 9 PQ #36381 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

TFAL B'DIŻABILITA'

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 35634 cioe jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li jattendu skejjel ta' l-istat (regolari u opportunity), skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti? Jista' jgħid kemm hemm minn dawn l-istudenti, subien u bniet separatament, li jattendu f'Year 1 - 3, Year 4 - 6, Form 1 - 3 u Form 4 - 5? Kemm minn dawn it-tfal għandhom facilitator magħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36383 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

TFAL B'DIŻABILITA'

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35633 cioe' jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita', subien u bniet separatament, li jattendu l-iskejjel speċjali li huma ta' eta' anqas minn 11-il sena, bejn 12 u 16-il sena u 16-il sena 'l fuq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' tfal b'diżabilita`, subien u bniet separatament, li jattendu l-iskejjel speċjali huwa kif se nsemmi: Taħt 11-il sena Bejn 12 u 16-il sena 16-il sena 'l fuq Subien Bniet Subien Bniet Subien Bniet 18 13 114 49 39 14
Leg 9 PQ #36384 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

TFAL B'DIŻABILITA'

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35632 cioe' jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita', subien u bniet separatament, li jużaw is-servizzi fi ħdan in-national support centre (intervenzjoni bikrija, Chronically ill students, Tagħlim fl-isptar), li huma bejn 0 - sentejn, 3 - 5 snin, 6 - 11-il sena, 12 - 16-il sena u minn 16-il sena 'l fuq?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' tfal b'diżabilita` subien u bniet separatament, li jużaw is-servizz fi ħdan in-national support center huwa kif se nsemmi: Servizz Taħt 11-il sena Bejn 12 u 16-il sena 16-il sena 'l fuq Subien Bniet Subien Bniet Subien Bniet Early 236 132 -- -- -- -- Intervention Chronically III 7 6 18 9 -- -- Hospital Classes 220 260 180 210 11 9 Music Therapy 15 10 35 43 -- -- Y.P.U. 2 1 6 10 1 --
Leg 9 PQ #36416 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Primarji — Kurrikulum Ġdid

Question

B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 35616, jista' il-Ministru jgħid liema sillabu fil-ħames suġġetti differenti se jintuża fl-eżamijiet għall-junior lyceum/common entrance li jmiss? Dan is-sillabu nbidel f'dawn l-aħħar snin? Jekk iva, meta u kif, suġġett, suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Ix-xogħol ta' żvilupp fis-sillabi għas-settur primarju hu xogħol kontinwu li qed isir fid-dawl tal-Kurrikulu Nazzjonali.
Leg 9 PQ #36417 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada — Pembroke

Question

B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 36185, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tax-xogħlijiet li ngħataw mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada lill-kumpannija Kalaxlokk Co. Ltd.?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36420 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Privati — Definite Contract workers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ministeru dwar ċerti skejjel privati li ġieli jqabbdu nies temporanjament fuq xogħol amministrativ mingħajr ma qed jingħataw kuntratt ta' definite contract workers? Xi tkun il-pożizzjoni tagħhom quddiem il-liġi?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema li jagħmlu xogħol amministrattiv fl-iskejjel privati jaqgħu taħt il-kompetenza tal-liġi li tirregola l-kondizzjonijiet ta' impjieg.
Leg 9 PQ #36445 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitator

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jinstab facilitator għat-tifla ta' 4 snin b'diżabilita' li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nħatret Supply Kindergarten Assistant (Special Education) biex tieħu ħsieb it-tifla msemmija. Din bdiet ix-xogħol il-bieraħ.
Leg 9 PQ #36040 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Fiżika — Gradwazzjoni fil-B.Ed.

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw mill-kors tal-B.Ed. fl-edukazzjoni fiżika din is-sena? Kemm minnhom ġew impjegati fuq bażi full jew part-time mal-gvern, ma' l-iskejjel tal-knisja jew ma' l-iskejjel indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Novembru li ġej mistennija jigradwaw 20 student bil-B.Ed (Hons) li għandhom l-Edukazzjoni Fiżika bħala suġġett ta' speċjalizzazzjoni. Informat ukoll li ma' l-iskejjel ta' l-Istat ġew imjegati 4 fl-iskejjel sekondarji biex jgħallmu l-edukazzjoni fiżika, u 2 fl-iskejjel primarji. Ġew impjegati wkoll 7 biex jgħamlu xogħol ta' Activity Teachers ta' l-Edukazzjoni Fiżika. Dawk li ġew impjegati ma' l-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti huwa hekk: Skejjel tal-Knisja - 2 (full-time) Skejjel Indipendenti - nil
Leg 9 PQ #36041 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqda Sportiva — Coaches Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemm xi coaches barranin li qegħdin Malta jgħinu lil xi għaqda sportiva li għandhom permess jaħdmu fi skejjel f'Malta jew Għawdex? Jekk hemm, jista' jgħid f'liema skejjel qegħdin u xi sport qegħdin jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista tal-coaches affiljati ma' Clubs u Assoċjazzjonijiet Maltin fl-2000, 2001, 2002, li għandhom permess mill-Expatriate Division fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jaħdmu hawn Malta, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li bħal issa m'hemmx 'coaches' barranin fl-Iskejjel Statali, la f'Malta u anqas f'Għawdex. Filwaqt li fl-iskejjel Privati hemm 2 coaches barranin li qegħdin jaħdmu fl-iskejjel Indipendenti kif ukoll qegħdin f'xi għaqda sportiv. Dawn qegħdin f'dawn l-iskejjel Indipendenti u għandhom permess biex jaħdmu. Skejjel Indipendenti Jgħallmu St Michael's Foundation Edukazzjoni Fiżika Verdala International Edukazzjoni Fiżika
Leg 9 PQ #36043 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti Full-Time

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 35598, jista' il-Ministru jgħid għal kull istitut kemm applikaw studenti biex jibdew kors full-time mal-MCAST? Jista' jgħid kemm ġew aċċettati studenti minn kull istitut?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista ta' dawk li applikaw biex jibdew kors full-time ma' l-MCAST u dawk li ġew aċċettati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36149 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onor. Membru jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Leg 9 PQ #36367 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Is-Sena Ewropea tal-Persuni b'Disabilita`

Question

Il-Gvern Malti ssieħeb ma' l-Unjoni Ewropea biex is-sena 2003 tkun is-sena Ewropea tal-persuni b'diżabilita`. Jista' jgħid x'qed jippjana l-ministeru tiegħu għal din is-sena biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36137 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsa tal-Marsa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħol hemm ippjanat fil-korsa tal-Marsa u fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? Kemm ser jiswa dan ix-xogħol u minfejn ser jiġu ffinanzjati dawn il-proġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol li hemm ippjanat fil-korsa tal-marsa jinkludi proġetti ta' natura kapitali u rikorrenti. Il-proġetti kapitali jikkonsistu f'entratura ġdida u sistema ta' floodlighting madwar il-korsa kollha biex ikunu jistgħu jsiru programmi ta' tiġrijiet fil-għaxija. Il-proġetti ta' natura rikorrenti jinkludu xogħlijiet li jsiru regolarment biex il-faċilitajirt tal-korsa jkunu jistgħu jakkomodaw kif jixraq lill-ispettaturi li jiffrekwentaw il-post. Iż-żewġ proġetti kapitali ser jiswew 'l fuq minn Lm300,000 li ser jitħallsu mill-vot tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport wara li ġew approvati fondi addizzjonali mill-Ministeru tal-Finanzi. L-ispiża biex isiru dawn ix-xogħlijiet ser issir skond il-programm ta' infiq li fassal il-Malta Racing Club Committee għas-sentejn li ġejjin, fil-kwadru tal-qagħda finanzjarja ta' l-istess kumitat, li f'dawn l-aħħar sentejn qabdet tirq pożittiva tant li l-Gvern ħass li għandu jkompli jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-korsa għall-benefiċċju ta' kulħadd b'mod partikolari għad-dilettanti ta' dan l-isport.
Leg 9 PQ #36139 Sitting 804 2002-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Kera

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-kera fis-sena li l-Malta racing club qed tħallas? Lil min qed titħallas din il-kera? Meta sar l-aħħar ħlas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-obbligu tal-kera li l-Malta Racing Club tħallas lill-Gvern huwa ta' Lm4000 fis-sena. Għalkemm kull sena l-Accounts tal-Malta Racing Club jipprovdu dawn il-fondi, il-ħlas rejali ma sarx f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena. Matul dawn l-aħħar sentejn il-Bord tat-Tmexxija amministra l-kontjiet tal-Club bil-għaqal u għamel il-prijoritajiet tiegħu biex jitħallas dak kollu dovut, bħal ma tħallsu kontjiet li kienu ilhom jakkumulaw fosthom l-arretrati li kienu dovuti lid-Dipartiment tal-VAT.