Legislature:
Category:
Reset
Active:

Park tas-Salina – Triq il-Qawra – siġar mejta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li numru ta’ siġar fl-inħawi ta’ Triq il-Qawra, fl-inħawi tal-park tas-Salina, qegħdin imutu? Kemm siġar mietu sa issa u ġew replaced jew għadhom hemm?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil-Onor. Interpellant li skont l-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari n-numru ta’ siġar li mietu kien ammont żgħir, ta’ 11 mill-74 tat-tip Cupressus Leylandii, li minflokom diġa tħawwlu 17-il siġra Cupressus Sempervirens. Ittieħdu kampjuni sabiex tkun determinata l-kawża iżda l-każ mhux wieħed li għandu jkun inkwetanti.

WBRU/MEPA – trasferiment ta’ impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ġew trasferiti mill-Wild Birds Regulation Unit (WBRU) għall-MEPA? Min se jkun qed jagħmel ix-xogħol tagħhom fil-WBRU?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-trasferiment ta’ ħaddiema hija prerogattiva tal-maniġment li jiena ma nindaħalx fiha. Sadanittant jien infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li t-trasferiment sar bi ftehim bejn il-partijiet u li saru arrangamenti sabiex ix-xogħol tal-WBRU jibqa’ għaddej. Inserraħ ras l-Onor. Interpellant li l-unit ser tibqa’ taqdi d-dmirijiet kollha tagħha fis-sħiħ kif dejjem għamlet.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-klima – direct orders

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16191, jista' l-Ministru jgħid x'kien is-servizz li ngħata għal kull waħda mid-direct orders li ngħataw skont kif elenkati f'tabella A u tabella B tal-istess tweġiba tal-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor.Interpellanta illi mill-informazzjoni mgħoddija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti s-servizz li ngħata għal kull waħda mid-direct orders skond kif elenkati f'tabella A u tabella B tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 16191 huwa kif elenkat fit-Tabella A u Tabella B li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pitkalija – Prodotti impurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux isiru spezzjonijiet fil-Pitkalija biex jiġi assigurat li ma jinbigħux prodotti impurtati minn barra l-pajjiż mill-Pitkalija? Kemm saru spezzjonijiet ta' dan it-tip fl-aħħar sena minn meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kien hemm okkażjonijiet fejn instab li kienu qegħdin jinbiegħu prodotti impurtati minn barra l-pajjiż mill-Pitkalija? X'miżuri ttieħdu fil-konfront ta' min biegħ dawn il-prodotti impurtati minn barra l-pajjiż mill-Pitkalija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari u kif jaf huwa stess, l-iskema tas-sussidju magħrufa bħala SMPPMA (Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture) spiċċat, u għalhekk m’hemmx x’jattira li prodott impurtat jiddaħħal fil-Pitkalija bħala prodott lokali u jikkwalifika illegalment għal dan is-sussidju, kif allegatament kien isir fis-snin preċedenti. Nonostante dan, spezzjonijiet biex ikun issalvagwardat il-bidwi Malti u Għawdxi, isiru b’mod regolari u għal għarrieda. F’dawn l-ispezzjonijiet, li f’ċertu każi jsiru anki minn persuni indipendenti, jittieħdu kampjuni li jiġu analizzati morfoloġikament u fl-aħħar sena ma nstabu l-ebda prodotti impurtati fil-Pitkalija.

L-Iskema Toroq fir-raba’

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq għall-bdiewa hu mistenni li jsiru skond l-iskema tat-Toroq fir-Raba’ li minnhom qed jingħad li ser jibbenefikaw 450 bidwi bejn full time u part time? Meta saru l-aħħar sejħiet, u liema kienu l-kunsilli li applikaw?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma hemm xejn xi nżid mat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari 12561.

Sajjieda – taxxa fuq il-liska

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015 kienx hemm, u jekk hemmx fil-preżent, xi taxxa fuq il-liska li tintuża mis-sajjieda biex jistadu biha? Jekk fl-affermattiv, kemm kienet din it-taxxa fis-snin indikati, sena b'sena?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

L-inċineratur u l-proġett autoclave – fuel gas scrubbing system

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi jsir upgrade tal-fuel gas scrubbing system ta’ l-inċineratur meta jibda jiffunzjona l-autoclave?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, sa issa m’hemmx il-ħsieb illi jsir upgrade.

L-Inċineratur – ħażna ta’ skart f’refrigerated area

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li sakemm qed isir l-iżvilupp tal-autoclave, l-iskart kollu, inkluż dak ta’ l-isptarijiet, qed jinżamm magħluq f’refrigerated area/containers meta l-inċineratur jintefa għall-manutenzjoni?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, waqt li l-inċineratur ikun qiegħed wieqaf għall-manutenzjoni, l-iskart kollu mill-biċċerija kif ukoll dak tal-isptarijiet qed jinżamm magħluq f'refrigerated area / container.

Organic Farming – Għajnuna lill-bdiewa

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14302, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-għajnuniet taħt il-programm il-ġdid għall-iżvilupp rurali? Se tiġi pprovduta xi għajnuna lill-bdiewa biex ikunu jistgħu japplikaw?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Madankollu ninfurmah li mit-tagħrif mogħti lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, permezz tal-one stop shop li hemm ġewwa Ta’ Qali, tingħata wkoll għajnuna lill kull bidwi li jitlobha fuq kull ħaġa li tikkonċċerna l-biedja.

Produzzjoni tal-Ħalib u trobbija ta’ għoġġiela – rziezet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14305, jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, li għandhom konnessjoni mal-produzzjoni tal-ħalib u mat-trobbija tal-għoġiela għall-qatla? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-irziezet u jagħti l-lokalità fejn qegħdin?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Biċċerija – qatla ta’ majjali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14306, jista’ l-Ministru jgħidkemm inqatlu majjali fil-biċċerija f'Malta u Għawdex fl-aħħar ħames snin, xahar b'xahar,?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Qasam tat-trobbija tal-majjal – rziezet

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14308, jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, li jrabbu l-majjal? Jista’ jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-irziezet u jagħti l-lokalità tagħhom?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Wasteserv — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-Wasteserv fid-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari, kemm dawk li qed jaħdmu tramite l-kuntrattur, kemm dawk li ġew seconded minn dipartimenti oħra tal-Gvern, kif ukoll dawk illi qegħdin direttament mal-Wasteserv?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, in-numru ta’ ħaddiema huwa ta’ 455.

Wasteserv — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm telqu nies minn mal-Wasteserv minn Marzu 2013 sad-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari? U jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni li għaliha telqu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, fil-perjodu msemmi spiċċaw 41 persuna minn mal-WasteServ minħabba diversi raġunijiet, fosthom irtirar, transfers, riżenji, tmiem tal-kuntratt u mewt.

Wasteserv — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda mal-Wasteserv minn Marzu 2013 sad-data illi fiha saret din il-mistoqsija parlamentari, kemm dawk li qed jaħdmu tramite l-kuntrattur, kemm dawk li ġew seconded minn dipartimenti oħra tal-Gvern, kemm dawk illi ġew magħżula mingħajr sejħa pubblika, kif ukoll dawk illi ġew magħżula wara sejħa pubblika? Jista’ jagħti l-ammont totali ta’ kemm daħlu jaħdmu tramite l-kuntrattur, kemm seconded minn dipartimenti oħra tal-Gvern, kemm ġew magħżula mingħajr sejħa pubblika, u kemm ġew magħżula wara sejħa pubblika separatament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-infomrazzjoni mitluba.

Wied Fulija – rimi ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux konxju illi ġewwa Wied Fulija qed jintrema ammont kbir ta’ skart, primarjament skart tal-kostruzzjoni? Jista’ jgħid x’passi ħa f’dan ir-rigward?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li bħalissa f’Wied Fulija m’hija għaddejja l-ebda attività b’konnessjoni mar-rimi ta’ skart, inkluż dak tal-kostruzzjoni. Jien infurmat ukoll li għal xi żmien il-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura għamel użu temporanju minn Wied Fulija billi tqiegħed materjal ta’ kostruzzjoni li nqalà meta kien qed isir xogħol fuq toroq fil-viċinanzi. Dan il-materjal iżda reġà ttieħed biex ġie riċiklat jew reġà ntuża fuq proġetti ta’ toroq oħra.

Proġett autoclave

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett ta’ l-autoclave illi kien ġie kkummisjonat permezz ta’ tender CT3161/2013? Jista’ jikkonferma jekk dan il-proġett il-ġdid tal-Marsa hux se jkopri l-faċilitatjiet kollha li jissemmew fl-istrateġija ta’ l-iskart 2014-2020 pg 47-48?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-ispiża tal- AutoClave se tammonta għal madwar €12 Miljun vat eskluż. Minn dan l-ammont, 85% se jkun ko-finanzjat mill-fondi ta’ UE mill-proġett ERDF. (European Regional Development Fund). L-impjant tal-Autoclave ħa jittratta kategorija 1, 2 u 3 karkassi u skart ieħor tal-annimali u b’hekk jintlaħqu l-miri tal-Waste Management Plan.

L-inċineratur u l-proġett autoclave

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-inċineratur jinsab mitfi? Jista’ jgħid meta se jkun qed jinxtegħel? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi meta l-autoclave jibda jaħdem, l-inċineratur jintuża iktar għal skart perikoluż bħal skart mill-industrija farmaċewtika?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-inċineratur intefa għal raġunijiet ta’ manutenzjoni u fil-fatt reġa’ beda jiffunzjona fil-15 ta’ Mejju 2015 u dan wara li għamel erbat ijiem (mill-11 ta’ Mejju 2015) mixgħul biex jilħaq it-temperatura neċessarja ħalli jkun jista’ jaħdem b’mod normali. Barra minn hekk, meta jibda jaħdem l-autoclave, l-inċineratur jibqa’ jintuza għal skart iktar perikoluż jew skart kliniku (clinical waste).

Dipartiment tal-Agrikoltura — bejgħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' siġar li nbiegħu din is-sena mid-Dipartiment tal-Agrikolatura? X'tip ta' siġar kienu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.