Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tad-Djar — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Awtorità tad-Djar — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Fondi għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn — Kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ħass li jirristrinġi l-kriterji sabiex persuni jikkwalifikaw għall-programm kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-għażliet li saru dwar x’ikel jitqassam, f’liema ammonti, meta u lil min, ġew iddeterminati mill-ammont ta’ flus li ngħatat Malta mill-Unjoni Ewropea biex tkun tista’ tħaddem dan il-programm, kif ukoll skont ix-xewqa tal-Gvern biex ikun żgurat li dak li jitqassam jagħmel differenza għal individwu waqt li jgħinu jtejjeb il-kwalita’ ta’ ħajja li jkun qed jgħix. Għaldaqstant, aktar milli fittixna illi nirrestrinġu l-kriterji, riedna niżguraw li l-programm joffri għajnuna tanġibbli lil dawk li huma ikkunsidrati relattivament l-ifqar.

Għotjiet ta’ ikel minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22224, jista’ l-Ministru jagħti aktar dettalji dwar l-iskema li se jkun qed joħroġ dan il-Gvern, dwar it-tqassim ta’ ikel minn fondi pubbliċi li biha se jkunu qed jibbenefikaw persuni li huma fil-bżonn iżda li mhux qed jibbenefikaw mill-programm kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, il-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar skema ġdida. Iktar dettalji jingħataw malli tkun finalizzata l-iskema.

Budget 2016 – differenza fir-rati ġodda tal-pensjonanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx differenza fir-rati l-ġodda għall-pensjonanti kif imħabbra fil-Budget 2016 għal persuna miżżewġa u għal persuna waħedha li għandhom rekord ta’ kontribuzzjonijiet sħiħ marbuta mal-età ta’ 75 sena? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhi din id-differenza u x’inhuma r-rati l-ġodda f’kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, persuna miżżewġa li għandha medja massima ta’ kontribuzzjonijiet, li tirċievi l-Pensjoni Minima Nazzjonali u li ilha tirċievi din il-pensjoni msemmija mis-sena 2008 jew qabel, tirċievi rata ta’ pensjoni fil-ġimgħa li tammonta għal €147.66, filwaqt illi persuna miżżewġa li tirċievi l-Pensjoni Minima Nazzjonali u li bdiet tirċievi l-pensjoni msemmija wara s-sena 2008 tirċievi rata ta’ pensjoni fil-ġimgħa inqas, li tista’ tkun ta’ bejn €146.96 u €142.18 skont is-sena tal-irtirar. Fir-rigward ta’ persuna waħedha li għandha medja massima ta’ kontribuzzjonijiet u li tirċievi l-Pensjoni Minima Nazzjonali, tirċievi rata ta’ pensjoni fil-ġimgħa li tammonta għal €140.00, irrispettivament mill-età tal-pensjonant.

Pensjoni tar-romol –żidiet fil-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-pensjonanti li qed igawdu minn Pensjoni tar-Romol u llum qed jibbenefikaw minn żidiet fil-pensjoni tagħhom (eskluż il-bonus u ż-żieda għall-għoli tal-ħajja) skont kif imħabbra fil-Budget 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li l-miżuri imħabbra fil-Baġit 2016 kienu sostanzjali dawn sa issa għadhom ma ġewx implimentati kollha. Għaldaqstant għadu kmieni wisq biex nagħti numri preċiżi. Madankollu huwa stmat li: Madwar 12,000 pensjonant (aktar minn 3,000 minnhom romol) se jkunu ibbenefikaw miż-żidiet addizzjonali fil-pensjonijiet minimi; Madwar 24,000 se jibbnenefikaw mir-roħs fit-taxxa tad-dħul u allura se jibqalhom żieda netta addizzjonali f’idejhom; Madwar 5,000 pensjonant tas-servizz li għal darboħra se jgawdu minn żieda addizzjonali bis-saħħa tal-miżura tal-€200 fis-sena, liema miżura issa hija garantita minn issa ‘l quddiem għal kull sena; Madwar 5,000 pensjonant li kienu jahdmu f'azjendi li ghalqu bhat-Tarzna se jkomplu jiehdu zidiet addizzjonali fil-pensjoni tagħhom; Madwar 1,100 armla li għandhom l-eta’ tal-irtirar u li ħallsu biżżejjed kontribuzzjonijiet biex jikkwalifikaw għal pensjoni tal-irtirar se jiehdu zieda addizzjonali għaliex se jingħataw il-pensjoni sħiħa tar-raġel; Mijiet ta’ pensjonanti li kienu impjegati għal aktar minn 20 sena imma fl-ahhar snin qabel irtiraw spiccaw bhala self-employed u ma kellhomx dħul ogħli se jkunu jistghu jibdew igawdu minn pensjoni oghla maħduma fuq il-perjodu li kienu impjegati; Madwar 3,200 pensjonant gdid tal-irtirar u 800 armla godda kull sena se jkunu intitolati għall-pensjoni mill-ghada li jirtiraw jew mill-ghada li jmut il-konjugi u mhux mis-Sibt ta' wara kif kien jigri qabel. B’hekk mhux ser jitilfu ġranet ta’ benefiċċju kif kien isir qabel. Eluf ta' ġenituri (l-aktar nisa) li bit-tibdil li kien iddaħħal fis-sistema tal-pensjoni fl-2007 jew tilfu d-dritt għall-pensjoni inkella kienet se tonqsilhom il-pensjoni futura tagħhom, issa jew se jibdew jirċievu l-pensjoni jew se jiehdu pensjoni ogħla bis-sahha tat-tibdil li ddaħħal fil-krediti tal-bolla; Eluf ta' persuni li baqghu jistudjaw se jgawdu minn dritt għal pensjoni ogħla milli kieku kienu jieħdu meta jirtiraw bis-saħħa tal-krediti ħodda tal-bolla li ddaħħlu; Għadd kbir ta' persuni fis-settur privat se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn pensjoni ogħla jekk jagħzlu li jibqgħu jaħdmu u japplikaw ghall-pensjoni aktar tard. Dan kollu jfisser li matul l-2016 mhux biss ser jiżdiedu l-pensjonanti għall-ewwel darba f’25 sena talli se jkun hemm aktar minn 50,000 pensjonanti tal-lum li se jieħdu żiediet addizzjonali fil-pensjoni tagħhom u eluf oħra se jibqgħu igawdu mill-miżuri tal-Baġit fis-snin li ġejjin meta jirtiraw.

Pensjoni tal-Invalidità – żidiet fil-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-pensjonanti li qed igawdu minn Pensjoni tal-Invalidità u li llum qed jibbenefikaw minn żidiet fil-pensjoni tagħhom (eskluż il-bonus u ż-żieda għalgħoli tal-ħajja) skont kif imħabbra fil-Budget 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, in-numru ta’ pensjonanti li, skont l-aħħar pagament li seħħ f’Jannar li għadda, qegħdin jirċievu Pensjoni għall-Invalidità huwa ta’ 4,026.

Aġenzija Sapport — riforma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-riforma fl-Aġenzija Sapport u ma’ min saret konsultazzjoni tul il-proċess ta’ din ‘l hekk imsejjħa riforma?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tibdil fl-Aġenzija Sapport huwa wieħed mill-prijoritajiet tas-Segretarjat Parlamntari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita’ Attiva. Il-Proċess għaddej u meta jasal il-waqt dan jitwettaq kif għandu jiġi mwettaq kull tibdil maħsub sewwa.

Aġenzija Appoġġ — riforma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet ir-riforma fl-Aġenzija Appoġġ u ma’ min saret konsultazzjoni tul il-proċess ta’ din ‘l hekk imsejjħa riforma?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-konsultazzjoni saret mal-iStakeholders kollha u l-proċess jitħabbar fil-ħin oppurtun.

Vjetnam — adozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji u informazzjoni dwar fiex wasal il-proċess mal-awtoritajiet tal-Vjetnam b’rabta ma’ adozzjonijiet minn koppji / individwi Maltin u kemm-il proċess ta’ adozzjoni nbeda sal-lum, minn meta ġie ffirmat il-ftehim f’Ġunju 2015 ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorijitajiet tal-Vjetnam talbu lill-Awtorijitajiet Maltin diversi dokumenti. L-aġenzija akkreditata lokalment li tissodisfa l-kriterji stipulati mill-Awtorijitajiet tal-Vjetnam qiegħda tiġbor id-dokumentazzjoni meħtieġa. Sal-lum għadu ma nbeda l-ebda proċess ta’ adozzjoni. Il-proċess tal-adozzjoni ma jistax jinbeda sakemm id-dokumentazzjoni mitluba mill-Awtorijitajiet tal-Vjetnam tiġi pprovduta u sussegwentament l-aġenzija akkreditata lokalment tiġi akkreditata wkoll mill-Awtorijitajiet tal-Vjetnam.

Vjetnam – adozzjonijiet – memorandum of understanding

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim (Memorandum of Understanding) li sar bejn il-Gvern Malti u l-Awtoritajiet Vjetnamiżi b’rabta ma’ adozzjonijietf’Ġunju 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, id-dokument qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema tal-First Time Buyers ta’ proprjetà – persuni li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ta’ suċċess l-iskema tal-first time buyers ta’ proprjetà u jagħti indikazzjoni ta’ kemm nies ibenefikaw minn din is sistema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Finanzi.

applikazzjoni għal lift — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt ma din il-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għal lift?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa filwaqt li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet infurmata bl-eżitu.

Awtorità tad-Djar – xogħol fil-komun ta’ blokk flats

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet u ranġar tal-komun ta’ blokk flats, mal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Children Allowance – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward children allowance nieqes?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Social worker – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li social worker iżżur anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Viżta minn Social Worker – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir viżta minn social worker għand il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tidħol ġewwa home tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet infurmata bl-eżitu.

Viżta minn Social Worker – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li ssir viżta minn social worker għand il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tidħol ġewwa home tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet infurmata bl-eżitu.

Dar tal-Anzjani – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward dħul f’Dar tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Applikazzjoni għall-post tal-Gvern – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara fiex wasal il-każ tal-individwu li huwa persuna b’diżabilità u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament illi applika għall-post tal-Gvern imma sallum għadu bla risposta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.