Qasam tas-saħħa mentali – servizz ta’ Family Therapy
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Qasam tas-Saħħa Mentali hemmx servizz ta’ Family Therapy speċjalment biex jiġu megħjuna l-membri kollha tal-familja fejn hemm xi ħadd ibati minn nuqqas ta’ saħħa mentali? Jekk iva, x’għandu jagħmel biex wieħed jirċievi dan is-servizz?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-psikjatra jew it-tabib tal-familja jista' jirreferi l-każ lid-Dipartiment tal-Psikologija, jekk iħoss li persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali jew il-familja tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn servizzi psikoloġiċi.
Familji ta’ tfal bi problema ta’ saħħa mentali li jattendu ċ-Child Guidance Clinic u li jistgħu jibbenifikaw minn dan is-Servizz ta’ Family Therapy jiġu rriferuti lill Family Therapy Services fi ħdan L-Appoġġ.
Programm ta’ Ħbiberija — persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Programm ta’ Ħbiberija indirizzat għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? X’għandha tagħmel persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali biex tirċievi dan is-servizz u tibqa’ tgħix fil-komunità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor Interpellant li dan is-servizz jindirizza persuni li ghandhom diffikulta’ biex jissocjalizzaw jew ghandhom nuqqas ta’ support bhal hbieb jew familjari fil-post fejn jghixu. Biex persuna li ghandha nuqqas ta’ sahha mentali taccedi ghal dan is-servizz trid tigi referuta mit-Team psikjatriku li huwa responsabbli ghal kura tieghu/taghha. Dan jista’ jsir kemm mill-isptar kif ukoll mill-komunita’.
Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ minn naħa tal-ARMS ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kont tal-komun tal-blokka tagħha?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u rriżulta li dan il-kont qed jinħareġ fuq l-assoċjazzjoni u skont ir-records li għandhom l-ARMS, jidher m’hemmx problemi ta’ ħlas. Il-persuna msemmija ġiet ukoll ikkuntatjata.
Jista’ l-Ministru jgħid liema items huma out of stock mir-Renal Unit tal-Isptar Mater Dei u kif qed jiġu affetwati l-pazjenti minħabba dan in-nuqqas?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kull pazjent fir-Renal Unit qed jieħu t-trattament neċessarju. L-unika item li kien out of stock minn Mater Dei Hospital Pharmacy fir-rigward tar-Renal Unit kien l-IV iron imma l-ebda proċedura ma ġiet affetwata u l-pazjenti kollha ħadu t-trattament li kellhom bżonn, peress li ghad fadal hazna limitata fir-Renal Unit innifisha. Sal-ahhar ta’ din il-ghima l- Mater Dei Hospital Pharmacy se jerga ikollha dan item in stock.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — persuni impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ħlas għal servizzi mill-isptarijiet u kliniċi pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15921, u jgħid kemm kien l-ammont globali mħallas għal servizzi mill-isptarijiet u l-kliniċi pubbliċi sena b'sena mill-2005 sal-2014 minn persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom il-permess biex jaħdmu f'Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Chairman – PA Advisor
Question
Jista’ l-Ministru jgħid huwiex minnu li ċ-Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandu PA Advisor? Jekk iva, x’inhu r-rwol eżatt ta’ din il-persuna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Executive Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandu Advisor mad-diviżjoni tiegħu fuq employee relations.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – karozzi on lease
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha karozzi tagħha il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u kemm għandha karozzi li qed jiġu mikrija jew qegħdin on lease fid-data li saret din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid min għandu karozza on lease?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha 167 (mija, sebgħa u sittin) vettura tagħha u 143 (mija, tlieta u erbgħin) vettura on lease.
Il-vetturi
on lease
jintużaw minn ħaddiema tal-Korporazzjoni f’ħafna livelli differenti skont l-esiġenzi tal-istess Korporazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm għandha karozzi tagħha l-Enemalta u kemm għandha karozzi li qed jiġu mikrija jew qegħdin on lease fid-data li saret din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid min għandu karozza on lease?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent l-Enemalta plc tagħmel użu minn 177 (mija, sebgħa u sebgħin) vettura. Għandha 29 (disgħa u għoxrin) vettura mikrija u ma tagħmel l-ebda użu minn vetturi li huma on lease.
San Pawl il-Baħar — residenti - aċċess għas-sistema tad-drenaġġ
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14239, jista' l-Ministru jinvestiga l-possibilità li numru żgħir (jidher li huma erbgħa) ta' appartamenti li hemm fil-bidu tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar, meta tkun ġej mid-direzzjoni tax-Xemxija, sejjer lejn Burmarrad, għad m'għandhomx sistema tad-drenaġġ? Jista' jieħu l-passi biex dawn ir-residenti jkunu moqdija b'sistema tad-drenaġġ?
MEPA — Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma - mains ġodda
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ngħatatx permessi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippajanar, biex isiru l-main ġodda li suppost kellhom igħaddu mill-inħawi ta' San Martin? Jekk iva, meta hu mistenni li dawn il-mains jitqiegħdu fuq il-post? Billi f'dawn l-inħawi jidher li hemm numru ta' ħsarat li qed iwassal għal telf ta' ilma, jista' jieħu l-passi neċessarji biex il-ħsarat li hemm jiġu msewwija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permessi meħtieġa ħarġu u x-xogħol hu pjanat li jsir is-sena d-dieħla. Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tieħu l-provvedimenti kollha meħtieġa fuq kull ħsara li tiġi rrapurtata.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — xogħlijiet partikolari mix-Xemxija twassal għall-Mellieħa
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandiex bżonn tagħmel xi xogħol partikolari fit-triq prinċipali li mix-Xemxija twassal għall-Mellieħa, kemm fuq dawk li huma servizzi tad-drenaġġ kif ukoll fuq dawk li huma s-servizzi tal-ilma? Billi jidher li Transport Malta mhix f'pożizzjoni li twettaq ix-xogħol neċessarju fuq din it-triq qabel ma jkun hemm clearance min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex isir il-kordinazzjoni neċessarja biex ix-xogħol meħtieġ jkun jista' jsir?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġiet iffissata laqgħa apposta bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u Transport Malta biex jiġu diskussi ix-xogħlijiet li jridu jsiru f’din it-triq.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandiex xi pjan partikolari għal dak li jikkonċerna bdil tal-mains tal-ilma fl-inħawi ta' Għajn Stas, limiti ta' San Pawl il-Baħar? Jekk iva, meta hu mistenni li jsir ix-xogħol meħtieġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ppjanat xogħol kemm fuq is-servizzi tad-drenaġġ kif ukoll fuq l-ilma. Dan ix-xogħol se jiġi implimentat wara li joħorġu t-tenders neċessarji.
ARMS u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – għoti ta’ direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15057, 14208, 13631 u 13932 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ direct orders mogħtija mill-ARMS u mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u jgħid lil min ingħataw, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-totali ta’ direct orders fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienu:
2011
€3,432,419.79
2012
€3,645,770.67
2013
€3,126,825.07
2014
€3,256,760.08
It-totali ta’ direct orders fl-ARMS Ltd kienu:
201
€1,137,857.23
2011
€1,609,855.90
2012
€1,854,872.07
2013
€1,159,186.78
2014
€579,008.00
Sptar Monte Carmeli – tenders u kuntratti ta’ tindif
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tenders u kuntratti ta’ tindif għall-Isptar Monte Carmeli għas-snin 2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li fl-isptar Monte Carmeli bejn is-16 ta’ Gunju 2010 u l-15 ta’Marzu 2015 il-kuntrattur ghat-tindif kien Clentec Cleaning Services, filwaqt li mis-16 ta’ Marzu 2015 sad-data tallum WM Environment huwa l-kuntrattur li qed jiehu hsieb it-tindif.
Dipartiment tal-Fiżjoteraprija – ingaġġ ta’ manager
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk inħatarx manager għad-Dipartiment tal-Fiżjoterapija? Jekk iva, meta u min hi l-persuna maħtura? Jekk le, għalfejn? Jista’ jikkonferma jekk saritx sejħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li skond il-Collective Agreement il-hatra ta’ manager m’ghadiex applikabbli u se jinhatar Professional Lead Health Practitioner.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx il-ħsieb li l-Fiżjoterapisti jibdew jaħdmu bis-7-day week? Jekk iva, minn meta? Saru diskussjonijiet mal-istakeholders konċernati fuq dan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li fl-interess li jinghata l-ahjar servizz lill-pazjenti d-dipartiment tas-Sahha kontinwament jifli l-work practices tal-impjegati tieghu. Jekk u meta ikun hemm xi hsieb li ssir xi tibdil, l-istakeholders kollha inkluz il-unions koncernati, ikunu nvoluti fid-diskussjonijiet.