Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Monti tal-Ħadd filgħodu li bħalissa jarma fil-Park and Ride, se jiċċaqlaq għal Strada Merkanti u Triq Nofsinhar fil-Belt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-partijiet kollha konċernati.
Peress li fi Frar 2012 il-Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kien għamel sejħa ta' interess għall-"Fibre to the Home (FTTH) Network" mifrux ma' Malta u Għawdex u dan kien immirat għall-"Viżjoni 2015", jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni u jgħid min ipparteċipa f’din is-sejħa ta' interess? Fejn wasal dan il-proġett tal-FTTH?
Response (CARDONA, CHRIS)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4071, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li 15-il intrapriża kienet ipparteċipat fis-sejħa ta’ interess għall-“Fibre to the Home (FTTH) Network” li kienet saret fi Frar 2012 kif ġej:
ADTRAN USA, Aggaros Spain, Ericsson Sweden, GO plc Malta, Huawei China, Hydro Rocks Malta, ICT Networks / IFTAC Malta, Innbox Slovenia, ITS Technologies / Greenwood UK, Kabel X UK, Melita plc Malta, Oplan Foundation UK, Sofrecom France, Ventura UK / USA u Vodafone Malta.
Il-gvern qiegħed jassigura li flimkien mas-settur privat, jiġi implementat proġett nazzjonali biex kull dar ikollha l-opportunita’ li tagħmel użu minn fibre optic connection. B’dan il-għan il-gvern identifika numru ta’ mizuri li għandhom iwasslu sabiex is-settur privat ikompli jinvesti f’din it-teknoloġija, f’kuntest ta’ suq kompetittiv u b’hekk Malta tkun tista’ tilħaq il-miri stabbiliti f’dan is-suq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skola tal-Gvern f’Malta u Għawdex għandha sistema ta' wifi internet connection? F'liema stadju wasal il-proġett tal-Wifi State bi pjan li Malta tkun nationwide connected?
Response (CARDONA, CHRIS)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4072, l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li l-Wi-Fi ġewwa l-iskejjel huwa pprovdut mill-iskejjel rispettivi. Din l-informazzjoni għandha tingħata mill-Ministeru ta’ L-Edukazzjoni.
Il-proġett tal-Wi-Fi ser jagħmel parti integrali mill-istrateġija ġdida nazzjonali tal-ICT Digital Malta li ser tkun varata fix-xhur li ġejjin. Il-ħsieb ewlieni huwa li s-soċjeta` u l-intrapriża Maltija jkollha għad-dispożizzjoni tagħha diversi metodi kif taċċessa l-internet irrispetivament mill-post fejn l-individwu jew l-intraprenditur ikun u l-ħtiġijiet li jista` jkollu. Bħalissa għaddejja wkoll reviżjoni tal-190 Wi-Fi hot-spot li jinstabu mxerrdin fi pjazez u ġonna madwar Malta u Għawdex. L-għan ewlieni huwa li Malta tkun aktar connected, fejn iċ-ċittadini jkollhom aċċess aħjar għall-informazzjoni anke meta jkunu barra d-dar jew il-post tax-xogħol tagħhom.
Peress li f'Ottubru tal-2011, il-Ministru preċedenti nieda e-learning solution għall-iskejjel kollha u peress li f'dan il-proġett ta' Eur 8.6 miljun, 85% kien iffinanzjat mill-EU Regional Fund Programme u kien hemm kuntratt ta' 7 snin konġunt mal-MITA kif ukoll mal-kumpanija Fronter, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ġiex stallat fl-iskejjel tagħna? Ingħata taħriġ adegwat fuqu? Min qed jieħu ħsieb il-content development tiegħu u x'sehem għandha l-MITA f’dan il-proġett?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eLearning Solution li tkopri n-naħa tal-‘Management Information System’, ‘Collaborative Tools’ u ‘l-eLearning Platform’ kienet installata f’mija u tlett iskejjel (103). L-installazzjoni fiż-żewġ ‘higher secondary schools’ kemm f’Malta kif wkoll f’Għawdex se jkunu lesti sal-aħħar ta’ Settembru ta' din is sena (2013).
Il-persuni fl-amministrazzjoni ta’ kull skola, kif ukoll l-għalliema ngħataw it-taħriġ meħtieġ sabiex jibdew jużaw is-sistema. In-naħa finanzjarja ‘tal-elearning solution’ se tkun installata f’kull skola sal-aħħar ta din is-sena (2013) u persuni fl-amministrazzjoni ta’ kull skola se jingħataw it-taħriġ meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jibdew juzawha.
Il-MITA, bħala l-aġenzija tal-gvern li tieħu ħsieb l-IT, qiegħda tikkowordina flimkien mal-Ministeru tal-Edukazzjoni l-implementazzjoni ta’ dan il-proġett kif ukoll tikkowordina l-amminiztrazzjoni tas-sistema.
Il-MITA kienet ukoll responsabbli li ddaħħal l-infrastruttura kollha li kien hemm bżonn sabiex l-eLearning solution tkun tista’ taħdem u tissorvelja l-infrastruttura sabiex tassigura li s-servizz jibqa jopera.
‘Il-content development’ huwa f’idejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Peress li fl-2009 il-MITA iffirmat kuntratt għal tliet snin ma' kumpanija internazzjonali li qiegħda topera minn Malta rigward is-sigurtà, antivirus, malware, spam protection jew riskji ta' sigurtà fuq kontroll ta' aktar minn 20,000 email users tal-Gvern u entitajiet rispettivi, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-kuntratt ġiex estiż awtomatikament jew inkella ngħatax lil xi kumpanija differenti? F’dan il-każ, min qed jieħu ħsieb is-sigurtà tal-posta elettronika flimkien mal-MITA?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt tal-‘Antivirus’ u ‘Anti-Span Solution’ mal- GFI Software ġie estiż għal sena.
Il-GFI Software jipprovdu is-software tal-prodott biss u fl-ebda ħin il-kuntrattur qatt ma kellu jew għandu aċċess għas-sistema tal-email tal-gvern. L-aspetti kollha tas-sistema tal-email tal-gvern, inkluż is-sigurtà, huma taħt ir-responsabbiltà assoluta tal-MITA.
Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jieħu ħsieb Malta House f'Londra? Kemm ilha ingaġġata din il-persuna? Xi ħlasijiet għandha? Min iħallasha? X'inhu x-xogħol tagħha? Jista' jpoġġi il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li Ms. Joyce O'Connor, Operations Manager - Estates Management, tieħu ħsieb il-Malta House f’Londra.
Din hi impjegata ma’ l-Air Malta plc. Ilha impjegata ma' l-Air Malta għal dawn l-aħħar 28 sena u ilha responsabbli mill-
management
ta' Malta House mill-1996. Din il-persuna ġiet trasferita taħt
secondment
ta' ħames snin mill-Air Malta għall-Malpro Limited f'Jannar 2009 bħala parti mit-transferiment ta’ ishma mill-Air Malta lil kumpanija oħra tal-Gvern,
Property
Management Services Limited
, fl-istess sena.
Is-salarju skont il-kuntratt li għandha ma' l-Air Malta, li tiġi rifonduta minn Malpro Limited lill-Air Malta huwa ta’ €48,851 fis-sena.
L-allowances imħallsa direttament minn Malpro Limited matul il-perjodu ta’
secondment
huma:
Mileage/Transport Allowance: €1,800 fis-sena
Disturbance allowance: €2,500 fis-sena
Allowance għall- mowbajl u internet: €840 fis-sena
Private medical insurance: massimu ta’ €4,000 fis-sena
Performance bonus sa massimu ta £4,200 fis-sena (suġġett għad-diskrezzjoni tal-Bord tad-diretturi).
Ix-xogħol tagħha jinvolvi kull aspett tal-
management
tal-proprjeta’ inkluż il-kirjiet kummerċjali ġewwa l-proprjeta’, l-manutenzjoni, is-sigurta’ tal-proprjeta’, il-kunsiderazzjonijiet ta’ saħħa u sigurta’, l-bżonnijiet tal-entitajiet li jużaw il-proprjeta’ u l-ammministrazzjnoi ġenerali. Il-kuntratt li ġie ffirmat fl-Ingilterra u huwa suġġett għall-liġi Ingliża, huwa bejn l-Air Malta u l-Property Manager. Malpro Limited, peress li ma timpjegax lil din il-persuna, ma għandiex kopja tal-kuntratt minħabba restrizzjonijiet ta’
data protection
.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jħid kemm ingħata x-xogħol ta' konsulenzi mill-2004 sal-1 ta' Marzu 2013 mill-Ministeru tiegħu jew dipartiment, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b'direct order jew b'tender u kemm kienet l-ispiża f'kull każ?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie esportat deheb u fidda minn Malta? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport bi spjegazzjoni f’ammont u valur bejn l-2009 sal-2012?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm jiġu importati u esportati sigaretti min Malta fis-sena, kemm ġew ikkonsmati sigaretti f’Malta u Għawdex, kif ukoll l-ammont ta’ dazju li nġabar minn fuqhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi ġodda kif ukoll second hand fl-2012 u kemm ġew skrappjati karozzi fl-2012? Minn dawn l-imsemmija karozzi importati ġewwa Malta, kemm minn dawn kienu petrol, diesel, hybrid jew bl-elettriku?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — ħlas lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għamilx xi tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mar sar l-ebda tip ta’ ħlas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament mid-Dipartiment tal-Corporate Services tal-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3882 u jgħid kemm-il direct order ingħata mill-Privatisation Unit mis-sena 1998 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid x’kienu dawn id-direct orders, lil min ingħataw u kemm swew? Jista’ jgħid ukoll fuq liema bażi ngħataw u għaliex intgħażlet il-proċedura ta’ direct order?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3862 u jgħid kemm daħlu jaħdmu impjegati ġodda mal-Malta Enterprise taħt it-tmexxija tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Min kienu dawk l-impjegati? Saru interviews? Min għamilhom? Xi rwol ingħataw dawn il-ħaddiema ġodda? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tagħhom flimkien ma’ rendikont tas-salarju tagħhom u l-grad li ngħataw minn dan l-individwu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3863 u jgħid jekk iddaħħlux jaħdmu mal-Malta Enterprise persuni li huma relatati, ossija jiġu mill-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fl-istess żmien li hu kien Chairman tal-Malta Enterprise ? Min kienu? Xi rwol ingħataw? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom? Jista’ jgħid jekk f’tali proċeduri kenitx iddikjarata l-parentela?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-persuni kollha (impjegati, uffiċjali u konsulenti) mill-Malta Enterprise li siefru fuq xogħol tal-Malta Enterprise jew xogħol relatat mal-Gvern mill-1 ta’ Marzu ta’ din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid f’kull każ liema pajjiżi żaru u r-raġuni li għalih sar is-safar, kif ukoll id-dati li fihom sar is-safar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – konsulenzi mill-2004
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – konsulenzi mill-1998
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — xogħol ta’ konsulenzi lil individwi jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1993 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif inhu kompost il-bord tal-Privatisation Unit u x’inhuma remunerazzjoni u l-benefiċċji tal-membri?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-bord tal-Privatisation Unit hu kompost minn Chairman u membru. Is-salarju taċ-Chairman hu ta’ Ewro 38,000 u benefiċċju ta’ car allowance ta’ Ewro 4,500 fis-sena. Il-membru għadu mhux maħtur.