Legislature:
Category:
Reset
Active:

SkolaSport — dixxiplini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema kienu d-dixxiplini offruti waqt SkolaSport matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li d-dixxiplini offruti waqt SkolaSport matul l-aħħar ħames snin huma kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

SkolaSport — lokalitajiet u faċilitajiet użati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-lokalitajiet u faċilitajiet użati waqt SkolaSport matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-lokalitajiet u faċilitajiet użati waqt skolasport, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin, kienu kif ġej: 2011 - 15-il facilità Mosta, Skola Sekondarja Żokrija Bormla, Cottonera Sports Complex Kordin, Vittoriosa Lawn Tennis Club Floriana, Vikings Sailing Club Kirkop, Kirkop Sports Complex Ta' Qali, Badger Karting San Ġiljan, Eden Super Bowl Pembroke, Skola Sekondarja ex-Sir Adrian Dingli Girls' Junior Lyceum Pembroke, BMX track Marsa, Marsa Sports Complex Qormi, Skola Sekondarja, Ħandaq Gżira, Tal-Qroqq Sports Complex Birżebbuġa, Sailing Club Ħamrun, Skola Sekondarja Maria Assunta Msida, Malta Canoe Racing Club 2012 - 19-il facilità Mosta, Skola Sekondarja Żokrija Bormla, Cottonera Sports Complex Kordin, Vittoriosa Lawn Tennis Club Floriana, Vikings Sailing Club Kirkop, Kirkop Sports Complex Ta' Qali, Badger Karting San Ġiljan, Eden Super Bowl Pembroke, Skola Sekondarja ex-Sir Adrian Dingli Girls' Junior Lyceum Marsa, Marsa Sports Complex Qormi, Skola Sekondarja, Ħandaq Gżira, Tal-Qroqq Sports Complex Siġġiewi, Skola Primarja Birżebbuġa, Sailing Club Ħamrun, Skola Sekondarja Maria Assunta Imrieħel, Skola Sekondarja Haż-Żebbug, Skola Sekondarja Qormi, Skola Primarja San Gorg Qormi, Skola Primarja San Bastjan Luqa, Skola Primarja 2013 - 16-il facilità Mosta, Skola Sekondarja Żokrija Bormla, Cottonera Sports Complex Kordin, Vittoriosa Lawn Tennis Club Floriana, Vikings Sailing Club Kirkop, Kirkop Sports Complex Ta' Qali, Badger Karting San Ġiljan, Eden Super Bowl Pembroke, Skola Sekondarja ex-Sir Adrian Dingli Girls' Junior Lyceum Marsa, Marsa Sports Complex Qormi, Skola Sekondarja, Ħandaq Gżira, Tal-Qroqq Sports Complex Siġġiewi, Skola Primarja Birżebbuġa, Sailing Club Ħamrun, Skola Sekondarja Maria Assunta Imrieħel, Skola Sekondarja Naxxar, Skola Sekondarja 2014 - 11-il facilità Mosta, Skola Sekondarja Żokrija Bormla, Cottonera Sports Complex Kordin, Tennis Club Kordin Floriana, Vikings Sailing Club Kirkop, Kirkop Sports Complex Ta' Qali, Badger Karting San Ġiljan, Eden Super Bowl Pembroke, Skola Sekondarja ex-Sir Adrian Dingli Girls' Junior Lyceum Marsa, Marsa Sports Complex Qormi, Skola Sekondarja, Handaq Gżira, Tal-Qroqq Sports Complex 2015 - 19-il facilità Mosta, Skola Sekondarja Żokrija Bormla, Cottonera Sports Complex Kordin, Vittoriosa Lawn Tennis Club Floriana, Vikings Sailing Club (operating from Royal Malta Yacht Club, Ta' Xbiex) Kirkop, Kirkop Sports Complex Ta' Qali, Badger Karting San Ġiljan, Eden Super Bowl Siġġiewi, Skola Primarja Pembroke, BMX Complex Pembroke, Skola Sekondarja ex-Sir Adrian Dingli Girls' Junior Lyceum Marsa, Marsa Sports Complex Mellieħa, Selmun Activity Park Qormi, Skola Sekondarja, Ħandaq Gżira, Tal-Qroqq Sports Complex Birżebbuġa, Sailing Club Ħamrun, Skola Sekondarja Maria Assunta Naxxar, Skola Sekondarja Sliema, Skola Primarja San Pawl il-Baħar, Skola Primarja

Sports Promotion Unit – Programmi u attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-programmi u attivitajiet li saru mill-iSports Promotion Unit matul dawl l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

InterSchools – dixxiplini ta’ sport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk id-dixxiplini sportivi li saru għall-ewwel darba dan l-aħħar wara ħafna snin, fl-InterSchool? Kemm kienu ilhom ma jsiru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li għaddew il-kompetizzjonijiet tal-futbol fuq bażi 11-a-side bejn l-iskejjel rritornaw wara assenza ta’ ħmistax-il sena. Dawn kienu parti minn logħob ta’ kwalifikazzjoni għall-ewwel edizzjoni tan-National School Sports Festival li se jittella’ għall-ewwel darba f’Mejju li ġej u minbarra l-futbol se jinkludi fih ukoll l-atletika, l-għawm, il-futsal, il-waterpolo, il-basketball u t-table tennis. Ta’ min isemmi wkoll li matul is-sena li għaddiet ġew introdotti fl-iskejjel għall-ewwel darba l-isports tar-rugby u l-golf permezz ta’ proġetti pilota f’ċerti kulleġġi. Dawn qegħdin jitkomplew matul din is-sena skolastika wkoll.

Interschool Sport Competitions — skejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-iskejjel li ħadu sehem fl-Interschool Sport Competitions?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel kollha tal-Istat, kemm dawk Medji kif ukoll dawk Sekondarji, kollha applikaw sabiex jieħdu sehem fil-preliminari ta’ mill-anqas żewġ kompetizzjonijiet. Fil-każ tal-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti, il-logħob ta’ kwalifikazzjoni se jsir fil-ġimgħat li ġejjin bil-qofol jintlaħaq f’Mejju meta l-iskejjel kollha jingħaqdu flimkien fin-National School Sports Festival li se jkun qiegħed jittella’ għall-ewwel darba f’pajjiżna.

Għawdex – skolasport — parteċipazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li pparteċipaw fi SkolaSport fil-gżira ta’ Għawdex fl-2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-total ta’ parteċipanti fi SkolaSport f’Għawdex fis-sena 2015 huwa ta’ 226.

Kuntratt mal-investitur Ġordaniż — aġevolazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-kuntratti li saru mal-investitur Ġordaniż, kienx hemm xi aġevolazzjoni,bħall-ħlas inqas fuq il-bolol u taxxi tal-kuntratt u oħrajn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Għalkemm il-prassi li fuq kuntratti simili issir xi tip ta' aġevolazzjoni ta' ħlas fuq il-bolol u taxxi tal-kuntratt, ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dan il-każ ma ser ikun hemm l-ebda aġevolazzjoni u s-somma dovuta trid titħallas mal-iffirmar tal-kuntratt.

MCAST — Studenti Għawdxin isegwu kors full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti Għawdxin li kienu qed jattendu kors full-time fl-MCAST ta’ Malta fis-snin 2000, 2005, 2010 u 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-MCAST fetaħ fis-sena 2001. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli għas-snin akkademiċi 2005-06, 2010-11 u 2014-15.
Leg 12 PQ #21601 Sitting 342 2016-01-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ħaddiema tal-libreriji — detailing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal id-detailing tal-ħaddiema tal-libreriji f’Għawdex biex dawn mid-Dipartiment tal-Customer Services tal-Ministeru għal Għawdex jgħaddu għal mal-Malta Libraries?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bdew it-taħdidiet u anki kien hemm laqgħat f’Għawdex mal-ħaddiema min-naħa ta’ Libreriji Maltin biex jiġu spjegati l-proċeduri tad-detailing. Infurmat li Libreriji Maltin għadhom kemm irċevew l-approvazzjoni tan-nomenklaturi l-ġodda skont Direttiva 7 mingħand il-PACBU (Public Administration Collective Bargaining Unit). B’hekk il-ħaddiema Għawdxin ikunu jistgħu jidħlu mill-ewwel f’dawn in-nomeklaturi l-ġodda mingħajr ħafna problemi. Fil-jiem li ġejjin se jkomplu d-diskussjonijiet ħalli jibda l-proċess tad-detailing.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – użu ta’ karozza uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru responsabbli minn dan il-qasam bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflokk il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ħ’Attard – skola tal-Istat — titjib fl-infrastruttura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’titjib fl-infrastruttura sar matul l-2015 fl-iskola tal-Istat f’Ħ’Attard?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ titjib fl-infrastruttura li sar fl-iskola Primarja tal-Istat f’Ħ’Attard matul is-sena 2015 huwa kif se nsemmi: · Żebgħa u tikħil tal-klassijiet kollha fil-livell terran. · Żebgħa u tikħil tal-librerija. · Żebgħa u tikħil tal-uffiċċju tal-iskrivani. · Żebgħa u tikħil tal- foyer . · Żebgħa u tikħil tal-kċina li tmiss mas-sala, u kamra oħra man-naħa ta’ wara tal-kċina. · Żebgħa u tikħil ta’ klassi tat-tielet sena. · Żebgħa u tikħil tal-kamra tal- Guidance . · Xogħol ieħor ta’ manutenzjoni li jinqala’ matul is-sena.

Skema ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward l-iskema ta’ xogħol għall-persuni b’diżabilità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) għamlet kuntatt mal-individwu konċernat.

Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport – petrol u diesel — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21629 u jgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża s-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali li juża s-Segretarju Parlamentari fil-perjodu msemmi minnu kienet ta’ medja ta’ €85.29 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 65 litru fil-ġimgħa. Is-Segretarju Parlamentari mhux jagħmel użu mit-tieni karozza. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fl-aħħar leġiżlatura l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari kienet ta’ €90 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 69 litru fil-ġimgħa. Fuq it-tieni karozza l-ispiża fuq fuel kienet ta’ medja ta’ €80 fil-ġimgħa. Bħala fuel ingħatat medja ta’ 61 litru fil-ġimgħa.

Università ta’ Malta — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-Università ta’ Malta llum u kemm hemm minn kull lokalità f’pajjiżna li għandha kunsill lokali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm total ta’ 11855 student li qed isegwu kors fl-Università ta’ Malta li minnhom 46 m’għandhomx residenza Malta peress li l-kors tagħhom huwa fuq bażi ta’ distance learning. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta’ studenti fl-Università ta’ Malta skont il-lokalità tar-residenza tagħhom.

Librerija tal-Furjana — lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu wieqaf il-lift fil-Librerija tal-Furjana u għaliex dan jinsab imbarrat bl-injam?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li, wara inċident li seħħ f’Ġunju 2015, saru investigazzjonijiet minn surveyor indipendenti. Peress li xahar qabel kien sar service fuq dan il-lift fejn ġie ċċertifikat li qed jopera tajjeb, is-CEO l-ġdida ta’ Malta Libraries qed tiddiskuti mas-supplier dwar it-tiswijiet neċessarji.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — użu tat-tieni karozza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kien juża l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid liema mudell kienet din il-karozza? F’każ li l-karozza kienet mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għat-tieni karozza li għamel użu minnha l-Ministru jew xi ħadd awtorizzat minnu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

SkolaSport — parteċipanti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm parteċipanti fi SkolaSport matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' parteċipanti fi SkolaSport matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena, hu kif ġej: fis-sena skolastika li bdiet f’Ottubru 2011 – kien hemm 2103 parteċipant fis-sena skolastika li bdiet f’Ottubru 2012 – kien hemm 4036 parteċipant fis-sena skolastika li bdiet f’Ottubru 2013 – kien hemm 4170 parteċipant fis-sena skolastika li bdiet f’Ottubru 2014 – kien hemm 4037 parteċipant fis-sena skolastika li bdiet f’Ottubru 2015 sad-9 ta’ Jannar 2016 hemm 5676 parteċipant

Investitur – self ta’ flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Bank of Valletta hux se jkun qed isellef flus lill-investitur Ġordani¿ fil-proġett tiegħu ta¿-¯onqor Point?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ma jinvolvix ruħu dwar self li jingħata lil terzi mill-Bank of Valletta jew minn xi bank ieħor.

Skola Ġordaniża — Moskea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq is-sit tal-iskola Ġordaniża, hux se jkun hemm Moskea, li tista’ tinbena fuq dan is-sit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'ebda stadju ma ġiet diskussa Moskea fuq is-sit imsemmi.

Konsultazzjoni ma’ investituri u żviluppaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux xi konsultazzjonijiet ma’ investituri u żviluppaturi Maltin qabel ittieħdet id-deċiżjoni mill-Gvern, li jagħti din il-konċessjoni lill-barranin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Il-Gvern jiddiskuti u jikkonsulta ma' investituri u żviluppaturi kull proposta li dawn iressqu. Ma kien hemm ebda proposta minn investituri u żviluppaturi Maltin dwar dan l-iżvilupp.