Jista' l-Ministru jinfurmani kemm iddaħħal ħass frisk fil-Pitkalija matul din is-sena u kemm kien il-prezz medju?
Jista' jgħid x'tagħrif ingħata lill-bdiewa dwar il-grading u jekk sarx xi forma ta' marketing survey dwar kif dan il-prodott jista' jiġi esportat matul l-1999 u din is-sena?
Jekk huwa l-każ, jista' jinfurmani bid-dettalji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mill-Pitkalija li l-ħass li ddaħħal din is-sena (sa 21/11/2000) kien ta' 1,072,672 kilos għal-prezz ta' Lm102,277, cioe prezz medju ta' 9.53ċ fuq kull kilo.
Il-prodotti li jiġu esportati jridu jkunu tkabbru apposta b'dak l-iskop wara li jkunu ġew miftehma il-kundizzjonijiet għalihom. Għaldaqstant ma hux il-każ li jsir studju dwar il-possibilita ta' esportazzjoni ta' prodotti li jkunu diġa ddaħħlu fil-Pitkalija.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm iddaħħal patata fil-Pitkalija matul din is-sena u kemm kien il-prezz medju?
Jista' jgħid x'tagħrif ingħata lill-bdiewa dwar il-grading u jekk sarx xi forma ta' marketing survey dwar kif dan il-prodott jista' jiġi esportat matul l-1999 u din is-sena?
Jekk huwa l-każ, jista' jinfurmani bid-dettalji?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mill-Pitkalija li l-patata li ddaħħlet din is-sena (sa' 21/11/2000) kien ta' 3,513,750 kilos għal prezz ta' Lm341,585, cioe medja ta' 9.72ċ kull kilo.
Il-patata li tiġi esportata tkun tkabbret ta' varjeta partikolari, bl-iskop li tiġi esportata. Għaldaqstant ma hux il-każ li jsir dak li qed jgħid l-Onor. Interpellant fit-tieni parti tad-domanda tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki lokali li jipproduċu għalf għall-baqar?
Liema huma? Hemm minnhom li jipproduċu dan l-għalf mill-cattle offal"? Liema huma?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fabbrika li tipproduċi għalf għall-baqar tal-ħalib hija dik tal-Koperattiva tal-Ħalib. F'dawn l-aħħar snin din il-fabbrika ma kienetx tuża meat jew meat and bone meal tal-mammilians.
Jista' l-Ministru jinformani jekk jirriżultalux li d-Dipartiment tas-Sajd li fl-inħawi magħrufa Sikka l-Bajda, 3 mili 'l bogħod mill-inħawi tal-Mellieħa, qed ikun hemm rapporti li qed jidhru l-white sharks fl-inħawi?
Jekk fl-affermattiv, meta saru dawn ir-rapporti u x'passi ttieħdu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd ma rċieva l-ebda rapport ta' dak li qed jindika l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex ma jkomplux jiddilapidaw ruħhom Sa Maison Gardens?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi regolarment isir maniġġ ta' siġar u pjanti u l-manteniment neċessarju.
Rigward il-manutenzjoni ta' l-isfrastruttura, cioe is-swar li jdawru dawn il-ġonna, saru talbiet speċifiċi għal għajnuna lid-Direttur Ġenerali tal-Works Division.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' żwiemel li ddaħħlu jinqatlu l-biċċerija matul din is-sena?
Jista' jispjega x'sistema tintuża sabiex jinqatlu ż-żwiemel fil-biċċerija?
Liema kienu dawn l-animali l-oħra li ddaħħlu biex jinqatlu fil-biċċerija matul l-istess perijodu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill Onor Iinterpellant illi n-numru ta' żwiemel li nqatlu fil-biċċerija bejn l-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Ottubru 2000 kien ta' 282. Dawn ġew maqtula permezz tal-Captive Bolt (Humane Killer). Barra minnhekk ġew maqtula l-annimali li normalment jinqatlu fil-biċċerija għall-konsum uman.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm inġiebu siġar b'donazzjonijiet mill-Libja u/jew pajjiżi oħra matul l-1999 u 2000?
Jista' jgħid fejn tħawwlu dawn is-siġar u x'tip ta' siġar kienu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi matul l-1999 u l-2000 ma rċevejna l-ebda siġra b'donazzjoni mill-Libja.
Jista' l-Ministru jinfurmani bil-policy tal-Gvern dwar il-produzzjoni agrikola organika?
Response (ZAMMIT, NINU)
Sa issa ma jidirx li qatt ġiet formulata policy dwar l-organic farming. Pero l-passi li qiegħed jieħu dan il-gvern f'dan ir-rigward huwa li jinkoraġġixxi li bdiewa li jaddottaw kontrol aktar meqjus fl-użu ta' pestiċidi. Sa dan it-tant il-Gvern qiegħed joffri sussidju lil dawk il-bdiewa li jagħżlu li jipproteġu l-uċuħ tagħhom b'sistema ta' Biological Control fejn insetti bioloġiċi u ta' l-ebda ħsara għal prodott jeliminaw dawk l-insetti li jagħmlu ħsara u b'hekk jonqos l-użu tal-kimika valenuża fuq prodotti ta' l-ikel.
Dwar l-"Organic Farming" il-Ministeru joffri assistenza lil kull min irid ikabbar xi prodott taħt din is-sistema bill jagħti it-tgħarif u pariri meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-bdiewa u raħħala matul l-1999 u 2000 sabiex il-Ministeru tal-Biedja u Sajd jfehemhom aktar dwar il-politika komuni tal-biedja tal-UE, il-CAP?
Fejn saru dawn il-laqgħat u kemm kien in-numru ta' bdiewa li attendew għalihom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Saru diversi laqgħat mal-bdiewa u raħħala, kemm formali kif ukoll informali. Dawn il-laqgħat ġew organizzati kemm mill-Ministeru kif ukoll minn għaqdiet diversi u li xorta attendew għalihom uffiċjali ta' dan il-Ministeru. Ma nżammitx statistika ta' dawn il-laqgħat kollha u lanqas rassenja ta' l-attendenza.
Conservation and Management of Straddling and High Migratory Fish Stock
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 20696?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-Dipartiment tas-Sajd ma għandu l-ebda informazzjoni dwar l-istudju li l-Onor. Interpellant qed jgħid li sar.
Għaldaqstant ngħid li l-Conservation and Management of Straddling and Highly Migratory Fish Stock Agreement huwa għodda tal-UNCLOS biex jiġi mmaniġjat b'mod sostenibbli bl-istocks tal-ħut pelaġiku. Pajjiżna jista' fil-futur jirratifika dan l-agreement li bħalma diġa għidt jifforma parti mill-UNCLOS.
Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Impjegati Ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?
Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema?
X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd la hemm organizzazjonijiet u l-anqas entitajiet parastatali.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm saru laqgħat bejn il-Ministeru tiegħu u l-Ministeru responsabbli mill-interessi tal-Meat Sellers Association u tal-konsumaturi dwar l-ilment li l-Meat Sellers Association ressqet nhar il-21.09.00 lill-awtoritajiet konċernati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-Meat Sellers Association ma ressqet l-ebda ilment lill-Ministeru tiegħi fil-21 ta' Settembru 2000. Pero' ninsab infurmat li l-ilmenti li tressqu lill-Ministru ieħor, ġew mgħoddija reċentiment lill-uffiċjali tal-Minsteru tiegħi li wara li nvestigaw iltaqgħu ma din l-Assoċjazzjoni. F'din il-laqgħa ġew trattati u diskussi il-materji kollha għas-sodisfazzjon taż-żewġ naħat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li hija l-kwantita' ta' produzzjoni tad-demel naturali li tipproduċi l-industrija lokali tal-fniek f'pajjiżna fuq bażi ta' sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba għad trid tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm spiżeriji veterinarji liċenzjati f'Malta u Għawdex? F'liema lokalita' huma? Jista' jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' spiżeriji simili? Meta saret kull applikazzjoni? Minn min? Fejn?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' tobba veterinarji liċenzjati biex jaħdmu f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma barranin? Kemm minnhom jaħdmu full-time jew part-time mal-gvern? Hemm barranin li jaħdmu mal-gvern? Għandhom xi kondizzjonijiet ta' xogħol speċjali b'allowances eċċ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lil Onor Interpellant li fil-mument it-tobba veterinarji jiġu liċenzjati taħt il-Medical and Kindred Ordinance li taqa' taħt il-Ministeru tas-Saħħa.
In-numru ta' veterinarji huwa: seba veterinarji Maltin jaħdmu full time, veterinarju Malti u veterinarju barrani fuq kuntratt.
Il-kundizzjonijiet ta' xogħol huma marbuta mal-kariga fis-Servizz Ċivili li huma jokkupaw, jew mal-kuntratt ta' xogħol li għandhom.
Jista' l-Ministru jgħid x'bidliet iridu jsiru sabiex il-merħla Nazzjonali ta' l-industrija tal-baqar u ta' għoġġiela tkun skond ir-regoli ta' l-UE tal-waste management?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-bidliet iridu jsiru fil-mod ta' kif jinżammu l-baqar u l-għoġġiela, jridu jsiru fl-aħjar interess ta' l-iġjene, tal-kwalita' tal-prodott u ta' saħħet il-konsumatur, u dan irrispettivament mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Dawn l-ammeljoramenti jinvolvu bidliet fil-housing u fil-prattika ta' kif jinżammu l-annimali nvoluti. Dawn il-bidliet, li għalihom tista' tintalab għajnuna mill-Unjoni Ewropea, jistgħu jsiru fuq medda ta' żmien u ma jinvolvux diffikultajiet kbar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija prattika tad-densita tal-merħliet tal-baqar u l-għoġġiela fil-pajjiżi tal-EU fil-preżent?
Xi zviluppi jew riformi qed jiġu proposti fl-Agenda f'dan ir-rigward?
X'diskussjonijiet qed isiru bejn id-Dipartiment għall-Ambjent u dak ta' l-Agrikoltura dwar dan il-qasam u x'intoppi rriżultaw?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-densita tal-merħliet tal-baqar u għoġiela fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ma hijiex prattika għal Malta minħabba li l-baqar m’għandhomx raba fejn jirgħu. Minkejja dan il-Ministeru xorta waħda se jinnegozja għajnuna.
Qed isir studju ta’ Waste Management Programme flimkien mad-Dipartiment tal-Ambjent. Dan jinkludi household refuse (compost) sewage sludge u demel tal-bhejjem. Dan l-istudju se jkun bbażat fuq id-direttivi relatati mal-kompost u demel fuq ir-raba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li hija l-kwantita' ta' produzzjoni tad-demel naturali li tipproduċi l-Merħla Nazzjonali ta' l-għoġġiela u tal-Baqar f'Malta u f'Għawdex separatament fuq bażi ta' sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba għad trid tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li hija l-kwantita' ta' produzzjoni tad-demel naturali li tipproduċi l-industrija lokali tat-trobbija tal-majjal f'Malta u Għawdex separatament fuq bażi ta' sena?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-informazzjoni mitluba għad trid tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.