Legislature:
Category:
Reset
Active:

Talba quddiem id-dipartiment ta' l-artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed iżomm lid-dipartiment ta' l-artijiet milli jipproċedi t-talba li għamel il-persuna minn Ħal-Luqa li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern għada qed tipproċessa t-talba li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant. Huwa maħsub li d-deċiżjoni finali tittieħed fil-futur qarib.

Ġustizzja u Intern — Kumpanniji ta' reklamar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-unika spiża għal reklamar li saret mid-dekasteru tiegħi, saret mid-Diviżjoni Qrati tal-Ġustizzja fejn tħallas l-ammont ta' Lm491 lill-K.A.T. Marketing & Consultancy Mrieħel fuq avviżi fil-gazzetti lokali fejn individwi ġew mitluba joffru s-servizzi tagħhom ta' Esperti tal-Qorti bħala Tradutturi u Interpreti.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni l-ħabs fuq reati konnessi mad-droga? Kemm huma Maltin u kemm huma barranin? Kemm weħlu kull wieħed u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fit-18 ta’ Settembru 2006, in-numru ta’ priġunieri li kienu jinsabu jiskontaw sentenza relatata ma’ droga kien ta’ tnejn u sittin (62). Hemm tnejn u tletin (32) malti u tletin (30) barrani. Dawn instabu ħatja għal dawn ir-reati: Importazzjoni ta’ droga 28 Kultivazzjoni ta’ droga 04 Pussess u traffikar 25 Pussess u intenzjoni li jfornu 05 Is-sentenzi relatati ma’ dawn ir-reati kienu kif ġej: Sa tlett xhur 01 Tlett xhur sa sitt xhur 02 Bejn sena u sentejn 04 Minn sentejn sa erba’snin 10 Minn erba’ snin sa tmien snin 05 Minn tmien snin sa tnax il-sena 21 Minn tnax sa sittax il-sena 15 Minn sittax sa għoxrin sena 02 Għoxrin sena u aktar 02

Gwardjani Lokali — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħħlu flus kull kunsill lokali individwalment minn ċitazzjonijiet tal-gwardjani lokali s-sena l-oħra u kemm kienet l-ispiża ta' kull wieħed? Kemm kien l-ammont minn dawn il-multi li ħadu l-kumpanniji privati li jħaddmu l-gwardjani?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Pulizija — Rapporti dwar rapes

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew rappurtati każi ta' rape jew indecent assault din is-sena? Fejn saru? X'eta' kellhom il-vittmi u ta' liema sess kienu?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20524, ninsab infurmat illi l-lokalitajiet indikati mill-vittmi kienu jinkludu Ħaż-Żabbar, l-Isla, San Ġiljan, Marsa, San Pawl il-Baħar, Ħal Far, Gżira, Burmarrad, Żurrieq, Buġibba, Msida, Ħal Lija, B'Kara u l-Qawra. Mill-ħamsa u għoxrin vittma, tlieta kienu tas-sess maskil u tnejn u għoxrin kienu tas-sess femminil.

Hold-Ups

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru hold-ups kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom ġew solvuti kull sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej: 2002 2003 2004 2005 2006 (sal-25 ta’ Ottubru) Numru ta’ rapporti ta’ hold ups 35 35 55 61 49 Numru ta’ rapporti ta’ hold ups solvuti 15 6 14 7 10

Persuni rrapportati nieqsa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu irrapportati nieqsa persuni din is-sena? X'eta' kellhom? Ta' liema sess kienu? Kemm kienu barranin u x'kien l-esodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, kien hemm 232 persuna li kienu ġew irrapurtati lill-Pulizija bħala nieqsa. L-eta' tagħhom kienet tvarja bejn is-sentejn u l-erbgħa u tmenin sena. Minn dawn, 121 kienu tas-sess maskil u 111 kienu tas-sess femminil, filwaqt li 68 kienu barranin. Dawn kollha ġew rintraċċati ħlief għal tnejn, ta' nazzjonalita' barranija.

Postijiet tal-Gvern — Kera

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hi l-orħos kera li titħallas minn inkwilin ta' post tal-gvern (residenza u kummerċjali)? Kemm hi l-ogħla kera li titħallas minn inkwilini li jgħixu f'post tal-gvern u inkwilini ta' post kummerċjali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-orħos kera li titħallas minn inkwilini ta’ postijiet tal-Gvern mikrija bħala residenza hija ta’ Lm1.25c u l-ogħla kera hija ta’ Lm600. L-orħos kera li titħallas minn inkwilini ta’ post tal-gvern mikri għall-skopijiet kummerċjali hija ta’ Lm6.00 u l-ogħla kera hija ta’ Lm1,000,000. Dan ma jinkludix fondi li ġew trasferiti għand il-Gvern mingħand xi enti-ekklesjastika.

Postijiet tal-Gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm suppost inġabru flus is-sena l-oħra (2005) minn inkwilini li jgħixu f'postijiet tal-gvern? Kemm attwalment inġabru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-flus li nġabru is-sena l-oħra (2005) minn postijiet tal-Gvern mikrijin għal-skopijiet residenzjali kien ta’ Lm1,160,211. L-Estimi Finanzjarji juru li kien stmat li jinġabru Lm1,000,000. Fiċ-ċifra ta’ flus li nġabru mogħtija aktar il’ fuq, hemm wkoll inkluż id-dħul minn xi proprjetajiet kummercjali li jamministra l-Uffiċju Konġunt, peress li dan id-Dipartiment għadu ma jżommx statistika li tagħmel differenza bejn fondi kummerċjali w oħrajn residenzjali.

Postijiet Kummerċjali tal-Gvern

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm suppost inġabru flus is-sena l-oħra (2005) minn inkwilini li għandhom xi post kummerċjali tal-gvern? Kemm attwalment inġabru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-flus li nġabru is-sena l-oħra (2005) minn postijiet tal-Gvern mikrijin għal-skopijiet kummerċjali kien ta’ Lm4,233,105. L-Estimi Finanzjarji juru li kien stmat li jinġabru Lm4,200,000. Fiċ-ċifra ta’ flus li nġabru mogħtija aktar il’ fuq, hemm wkoll inkluż, id-dħul minn xi residenzi li jamministra l-Uffiċju Konġunt, peress li dan id-Dipartiment għadu ma jżommx statistika li tagħmel differenza bejn fondi kummerċjali w oħrajn residenzjali.

Qrati — Persuni Barranin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm barranin tressqu l-qorti din is-sena, minfejn kienu u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, il-Pulizija ressqet 331 persuna ta' nazzjonalita' barranija quddiem il-Qorti. Fost in-nazzjonalita' kien hemm dawn il-pajjiżi: Alġerija, Awstralja, Bosnia Herzegovina, Brażil, Bulgarija, Kanada, Chad, Ċina, Kolombja, Kroazja, Eġittu, Eritreja, Etjopja, Franza, Ġermanja, Ghana, Ingilterra, Irlanda, Iraq, Italja, Kosta ta' l-Avorju, Ġordan, Kuwajt, Latvja, Libanu, Liberja, Libja, Litwanja, Mali, Marokk, Messiku, Moldavja, Niġerja, Pakistan, Palestina, Filippini, Polonja, Rumanija, Russja, Serbja, Slovakkja, Slovenja, Somalja, Stati Uniti, Sudan, Svezja, Svizzera, Sirja, Turkija, Tuneżija, Ukranja, Jugoslavja u Żimbabwe. L-akkużi kienu jinkludu, fost oħrajn, serq, offiża fuq il-persuna, frodi u falsifikazzjoni, pussess/traffikar ta' droga, theddid u inġurji, reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi, ħsara volontarja, offiżi sesswali, ħrib minn post ta' kustodja, ksur tal-liġi tad-Dwana u tal-VAT u ksur tal-liġi ta' l-Immigrazzjoni.

Imwiet Traġiċi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament is-sena l-oħra? X'kienet ir-raġuni tal-mewt tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej: Overdose 6 Omiċidju 4 Inċident tat-traffiku 18 Suwiċidju 17 Inċidenti fatali oħra 22 Inġibditli l-attenzjoni illi fi tweġibiet preċedenti għall-mistoqsijiet dwar dan l-istess suġġett (Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 17020 u Nru. 17023) bi żvista, in-numru ta' omiċidji kien mogħti bħala 3 u dak ta' inċidenti fatali kien mogħti bħala 21.

Imwiet

Question

Jista' il-Viċi P:rim Ministru jgħid kemm persuni mietu s-sena l-oħra? Kemm mietu ġo l-isptarijiet tal-gvern? Kemm mietu f'dawk privati u kemm banda oħra?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi n-numru ta' mwiet li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta u f'dak ta' Għawdex fis-sena 2005, kien ta' 2,968 u 290 rispettivament. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi lill-Ministru ikkonċernat.

Każi ta' Abbużi Sesswali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ttellgħu l-qorti fuq abbużi sesswali fuq it-tfal din is-sena? X'eta' kellhom u x'eta' kellhom l-akkużati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti tnejn u tletin persuna fuq abbuż sesswali fuq persuni taħt it-tmintax il-sena. L-eta' ta' l-akkużati kienet tvarja bejn it-tmintax u t-tnejn u sittin sena, filwaqt dik tal-minuri kienet bejn is-sentejn u sbatax il-sena.

Paedofile Register

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux qed jikkonsidra li jiġi ppubblikat paedofile register?

Response (BORG, TONIO)

Din il-proposta li saret minn diversi nies, qed tiġi kunsidrata flimkien mal-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali. Qed isir eżami ta' x'jiġri f'pajjiżi oħra, imbagħad tittieħed deċiżjoni tenut kont taċ-ċirkostanzi ta' pajjiżna.