Jista' il-Viċi Prim Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, għadha ma rċeviet xejn mid-dipartiment wara li din weġġgħet gravi fuq il-lant tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, li għandha 35% diżabilita' meta weġġgħet fuq ix-xogħol hijiex intitolata għal xi forma ta' pensjoni u/jew somma mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Jista' il-Ministru jara li ċ-ċekk ta' anzjana li jinsab ma' din il-mistoqsija jiġi iċċekjat jekk issarafx jew le? Jekk iva, minn min isarraf? Tista' din l-anzjana tiġi infurmata personalment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment konċernat qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u din ser tiġi nfurmata bl-eżitu ta' l-investigazzjoni meta din tkun konkluża.
B'riferenza għal HAM 1/2000 datata 25.02.2002 li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li nħarġet mis-senior manager finance tal-housing authority, tista' l-awtorita' twieġeb formalment għall-ittra li bagħat l-avukat tal-ħanut nhar l-14.03.2002 taħt ir-rifernenza 3560/02/RM fejn qed jiġi mitlub li:
''tal-ħanut jiġi allokat akkomodazzjoni alternattiva adegwata għall-bżonnijiet tan-negozju tiegħu, jekk hemm bżonn anke f'parti oħra taz-zona ta' żvilupp u jekk dan ma jkunx possibbli illi jitnaqqas l-ammont tal-kera proposta fl-istess ittra u dan
in vista
li is-Sur Bartolo bħalissa jħallas biss Lm60 ċens fis-sena għall-post minnu okkupat kif ukoll billi il-persuna konċernata mhijiex f'pożizzjoni li tħallas l-ammont rivedut 'il fuq tal-kera kif ukoll il-prezz stmat għall-bejgħ tal-post in kwestjoni'' anke peress li l-persuna in kwestjoni ma għandha ebda dħul finanzjarju ieħor apparti n-negozju msemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-re-allokazzjoni tal-ħwienet li ser jiġu effettwati mill-proġett ta' l-Imsida qed jiġu diskussi mill-Bord dwar l-Urban Renewal.
Ninsab infurmat li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jiġi diskuss mill-imsemmi Bord u l-persuna konċernata ser tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi fil-futur qarib.
B'riferenza għall-applikazzjoni HA 97/99, li dwarha ġie ffirmat anke l-konvenju, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-awtorita' qiegħda tonqos milli tonora l-istess konvenju u jiġi ffirmat il-kuntratt definittiv?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li jiġi ppublikat l-Avviż Legali li permezz tiegħu l-fond in kwistjoni jiġi trasferit mid-Dipartiment ta' l-Artijiet lill-Awtorita'.
Meta jiġi ppubblikat dan l-Avviż, l-Awtorita' tibgħat għall-persuna konċernata biex isir il-kuntratt finali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid:
a) kemm
mobile phones
l-awtorita' tad-djar xtrat tul dawn l-aħħar erba' snin?
b) x'ditta huma?
c) in-numru ta' persuni li qegħdin jagħmlu użu minnhom?
d) kemm minn dawn il-persuni huma ntitolati għal mobile cards?
e) fuq liema bażi tali persuni ġew assenjati l-użu ta' mobile phones?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'dawn l-aħħar erba' snin l-Awtorita' tad-Djar xtrat 10 mobile phones kif jidher hawn taħt:
1) Erba' Alcatel;
2) Tnejn Motorola;
3) Tlieta Nokia;
4) Wieħed Panasonic.
Seba' persuni qegħdin jużaw dawn il-mobile phones. Persuna waħda hija ntitolata għall-mobile card darba fix-xahar.
Dawn l-uffiċċjali jużaw il-mobile phones għaliex hu bżjonnjuż għax-xogħol tagħhom.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-għajnuna għall-irranġar ta' strutturi perilolużi f'H'Attard SHA 88/2002, peress li dawn l-istrutturi huma fi stat imminenti ta' kollass?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant fl-aħħar ta' Awissu 2002. Fit-2 ta' Settembru 2002, l-Awtorita' bagħtet għad-dokumenti biex tagħmel il-means test meħtieġ. L-Awtorita' għadha qed tistenna żewġ dokumenti mingħand il-banek biex tkun tista' tagħmel dan il-means test.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ittieħed overtime minn tobba, nurses u kull kategorija oħra ta' impjegati separatament matul dawn l-aħħar tmien snin, sena b'sena, ġewwa l-Isptar San Vinċenz de Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35615, jista' jagħti l-informazzjoni ta' kemm hu n-numru ta' dawk li resqu għall-għajnuna quddiem aġenziji u organizzazzjonijiet fuq każi ta' aspett soċjali f'kull aġenzija, xahar b'xahar, mil-1990 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba dwar l-Aġenzija Appoġġ, l-Aġenzija Sedqa u s-Supported Living Division. Nitlob lill-Onor. Interpellanti tinnota li l-istatistika dwar l-Aġenzija Appoġġ, li qabel kienet magħrufa bħala l-SWDP (Social Welfare Development Programme), tmur lura sa Awissu 1993. Din l-Aġenzija twaqqfet uffiċjalment fl-1994. L-istatistika dwar din l-Aġenzija ma tinkludix in-numru ta' telefonati fuq is-Support Line 179 u lanqas in-numru ta' nterventi mis-social workers ġewwa l-isptar Mount Carmel, li sa' Awissu 2002 kien provdut minn din l-Aġenzija.
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tinnota wkoll li l-Aġenzija Sedqa ġiet imwaqqfa fl-1994 u s-Supported Living Division twaqqfet f'Awissu 2001.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibli li l-pensjoni tal-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament bħala anness nru. 1, tinqasam f'żewġ partijiet indaqs waħda lilu u oħra lill-martu li isimha wkoll qiegħed jintbagħat separatament bħala anness nru. 2, peress li dawn ilhom separati de facto għal snin twal u peress li huwa wkoll ma għadux joqgħod fid-dar matrimonjali fejn tgħix hi, liema indirizz qiegħed ukoll jintbagħat separatament bħala anness nru. 3?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma lill-persuna msemmija dwar il-każ tagħha.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Parlament bl-aħħar żviluppi li kien hemm fir-rigward tar-riżultati li qed jikseb id-dipartiment tas-servizzi soċjali fl-investigazzjonijiet tiegħu dwar allegati abbużi fit-teħid ta' pensjonijiet, benefiċċji soċjali u children's allowances?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjonijiet li qed jagħmel id-dipartiment rigward l-allegati abbużi fit-teħid ta' pensjonijiet, benefiċċji soċjali u children's allowances qed iħallu r-riżultati li għalihom kienet maħluqha is-sezzjoni. Minn Jannar ta' din is-sena ġew investigati 117 il-każ ta' persuni li jirċievu l-għajnuna soċjali, 90 każ ta' persuni li jirċievu l-pensjoni mhux kontributorja u 269 każ ta' persuni li jirċievu l-għajnuna medika. Dawn kienu kollha każijiet fejn instabu li l-persuni konċernati kellhom flejjes fil-bank li ma kienux dikjarati. Kien hemm ukoll 205 każijiet li ġew riveduti biex jiġi assigurat li kollox baqa' kif aġġustat. Barra minn hekk is-sezzjoni għamlet diversi spezzjonijiet li minnhom irriżulta li 46 każ instabu li l-pożizzjoni fil-kompożizzjoni tal-familja ma kienetx kif dikjarata u għalhekk twaqfitilhom l-għajnuna. Qed isiru investigazzjonijiet fuq numru ta' talbiet qabel ma jinħariġilhom il-benefiċċju u b'hekk jiġi evitat li dawn il-persuni jkollhom jirrifondu benefiċċji li jkunu tħallsu u li ma kienux dovuti lilhom.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien it-total ta' persuni u l-ammont ta' flus li rċevew f'pensjonijiet tas-sigurta soċjali u pensjonijiet oħra, benefiċċji soċjali, allowance tat-tfal, għajnuna lill-persuni b'diżabilita' eċċ, fl-aħħar ta' kull sena f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35301, jista' jagħti l-informazzjoni ta' kemm hu n-numru ta' dawk li resqu għall-għajnuna quddiem aġenziji u organizzazzjonijiet fuq każi ta' aspett soċjali f'kull aġenzija, xahar b'xahar, mil-1990 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għall-skema HAZ 64/2002?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ilha li lestiet l-ipproċessar tat-talba li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant minn Mejju li għadda.
L-Awtorita' għadha qed tistenna lill-persuna konċernata tipproduċi l-irċevuti fiskali biex ikun jista jsir il-pagament dovut għall-alterazzjonijiet approvati mill-Awtorita'.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35440, b’riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 35147 u l-lista ta’ għaxar applikazzjonijiet mill-Furjana u ħmistax mill-Belt li għad ma nstabitx soluzzjoni biex jiġi stallat il-lift, jista’ jingħad fid-dettall id-diffikultajiet x’inhuma f’kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.