Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21995 u jgħid kemm hu stmat li l-banek f'pajjiżna silfu ammont ta' flus bħala home loans lil dawk li applikaw fis-sena 2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 21995
Jista' il-Prim Ministru jara għaliex pensjonant li partikolaritajiet dwaru qed jintbagħtu separatament, u li kien jaħdem bħala suldat wara li għamel 36 sena fl-armata kulma qiegħed jieħu huwa ta' l-aħħar 19-il sena? Tista' tiġi rranġata din l-anomalija u din il-persuna tiġi informata bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Individwu li d-dettalji tiegħu ġew mogħtija separatament kien għażel volontarjament li jittermina s-servizz tiegħu fl-Armata wara sittax-il sena minn mindu kien ġie ngaġġat għall-ewwel darba fis-Servizz. Wara perjodu ta’ ‘l fuq minn ħames xhur barra mis-Servizz, l-individwu kkonċernat reġa applika biex jidħol fis-Servizz u t-talba kienet ġiet milqugħa.
Ir-regolarmenti rigward l-għoti tal-pensjoni tas-Servizz jagħmluha ċara li biex wieħed jikkwalifika għall-pensjoni sħiħa irid ikollu ħamsa u għoxrin sena servizz mingħajr ma dan il-perjodu jkun maqtugħ. Fir-rigward ta’ dan l-individwu, din il-kundizzjoni ma ġietx irrispettata għaliex kien hu stess li għażel li jittermina s-servizz tiegħu qabel ma kellu ħamsa u għoxrin sena servizz. Għalhekk, meta hu reġa spiċċa mis-servizz għat-tieni darba kellu biss dsatax-il sena servizz. Il-pensjoni li ngħata kienet biss fuq dan l-aħħar tul ta’ servizz.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22064 u jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21936, ninforma lill-Prim Ministru li qed nirriferi għall-kuntratt li oriġinarjament ibbiddjaw għalih l-isoft.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numri 22064.
National Euro Changeover Committee — Xiri ta' computers
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 22182 dwar computers mixtrija minn National Euro Changeover Committee, jista' il-Prim Ministru jgħid mingħand min inkisbu quotations qabel ma waqgħet l-għażla fuq FGL information rigward tal-computers u laptops mixtrija fi Frar 2006?
X'kienu r-restrizzjonijiet ta' l-għażla u d-disponibbilta' li l-Prim Ministru rrifera għalihom fit-tweġiba tiegħu?
Rigward dawk mixtrija f'Ġunju 2006, jista' il-Prim Ministru jipprovdi l-e procurement RFQ? X'kienu l-ispecifications mitluba? Kemm kien hemm kumpanniji oħra li ttenderjaw għalihom? X'kienu l-prezzijiet ikkwotati? Fuq liema kriterju saret l-għażla finali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-Prodott Gross Domestiku ta' Għawdex kull sena mill-2003 'il hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti? Kemm kien ras għal ras fl-istess snin u fl-istess prezzijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika se jippublika il-Prodott Gross Domestiku għal Għawdex fi prezzijiet tas-suq għall-perjodu 1999 sa l-2005 lejn l-aħħar ta’ Diċembru 2006. Dan mhux se jinkludi l-PGD fi prezzijiet kostanti.
Jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena mill-2004 'il hawn? Jista' jagħti wkoll l-istess tagħrif għal Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi d-data mitluba mill-Onor. Membru ma teżistix separatament għal Malta u għal Għawdex.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22147 u jgħid x'ġara mill-pjan u l-proġett tal-gvern għall-bini tat-Teatru Rjali tal-Belt Valletta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt b’risposta għall-mistoqsija parlamentari 22147.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni jaħdmu part-time mal-gvern? X'tip ta' xogħol jagħmlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi hawn 380 persuna li jaħdmu fuq bażi part-time fis-Servizz Pubbliku. 317 minnhom qegħdin fi grad part-time, filwaqt li 63 qegħdin duq kuntratt part-time.
Dettalji tax-xogħol li jagħmlu dawn il-persuni jinsabu fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-Armata talbet lura mingħand is-suldati l-medalja "Long Service" li għadha kemm ingħatatilhom xi xahrejn ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li tweġiba għall-mistoqsija simili diġa ġiet mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 22353.
Awtorita' tal-Lotteriji u Logħob — Chief Inspector
Question
Jarahiex stramba l-Prim Ministru li wara li reġgħet ingħatat il-liċenzja il-Casino Di Venezia b'kumbinazzjoni ċ-CEO il-ġdid tal-Casino maħtur kien Chief Inspector ta' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob? Jidhirlu tenendo kont ukoll il-fatt li f'Malta hawn biss tliet casinos, li l-fatt li CEO ta' wieħed minnhom kien ex Chief Inspector ta' l-awtorita' jindikax vantaġġ fuq l-operaturi l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita' tal-lotteriji u logħob ħaditx prekawzjonijiet neċessarji stante li ex-admisses is-soċjeta' BellMed qed tokkupa dominant position fis-suq Malti dwar Online Betting meta dan mhux konformi kemm mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-liġi tal-kompetizzjoni tagħna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jaf il-Prim Ministru li l-ex Legal Advisor jew uffiċjal ta' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob (persuna indikata separatament) kien jokkupa preċedentement il-kariga ta' segretarju ta' l-għaqda tal-proprjetarji tal-kaxxi tal-logħob? Huwiex ġustifikat f'dan is-sens is-suspett li waħda mir-raġunijiet għaliex ma ġietx implimentata immedjatament it-taxxa l-ġdida kien minħabba dan l-istat ta' fatt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn f'pajjiżna gambling machines (VLT)? Kemm hu stmat il-valur tagħhom u jekk dawn humiex liċenzjati mill-awtorita' tal-lotteriji u logħob?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid min kien l-avukat jew ditta ta' avukati li ħadet ħsieb l-interessi tal-Casino Di Venezia meta din kellha l-liċenzja tagħha sospiża?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-awtorita' konċernata mhux qiegħda tirregola l-payouts fil-makni tal-logħob biex tipproteġi l-ġokaturi u l-konsumaturi, speċjalment dawk li huma minorenni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21996 u jgħid kemm temmew l-impjieg tagħhom ħaddiema tal-gvern li kienu jokkupaw kariga u li kellhom karozza għall-użu tagħhom, jiġifieri meta temmew dan ix-xogħol kienu intitolati li jixtru dik il-karozza? Min kienu? X'kariga kellhom? Kemm kien it-total ta' flus li bihom inxtraw dawn il-karozzi għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u 2006?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 21996.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kif se taħdem l-iskema tar-refunds imħabbra fil-Budget 2007 fuq apparat għal skop domestiku li jkunu ċertifikati li huma effiċjenti fl-użu ta' l-elettriku? Jista' jgħid minn liema data se japplikaw dawn ir-refunds?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-metodoloġija ta’ l-applikazzjonijiet għar-rifuzzjonijiet imsemmija ssegwi l-linji ġenerali wżati fuq rifuzzjoniiet oħra diġa in vigour.
Qed isiru diskussjonijiet mal-partijiet konċernati biex, qabel ma joħrog l-Avviż fil-Gazzetta tal-Gvern, ikunu wkoll finalizzati d-dettalji kollha tekniċi u amministrattivi, neċessarji għat-tħaddim sewwa ta’ din l-iskema.
Kif ħabbart fid-Diskors tal-Bagit għall-2007, id-data effettiva għar-rifużżjonijiet, skond l-Avviz li ser joħrog fil-Gazzetta tal-Gvern, ser tkun l-1 ta’ Novembru 2006.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu prodotti mid-dwana Maltija ta' oġġetti li kienu l-Freeport għat-trasbord matul din is-sena? X'kienu? X'isir minn dawn l-oġġetti meta l-proċeduri legali kollha jkunu saru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min isemmi illi meta jittieħdu proċeduri legali in konnessjoni ma’ affarijiet miżmuma, wieħed irid jistenna li tingħata s-sentenza mill-Qorti ta’ Malta.
L-interpretazzjoni ta’ kull sentenza tiġi esegwita u dan jista’ jkun billi l-affarijiet maqbuda jew jiġu distrutti fil-presenza tad-Dwana kif ukoll tar-rappreżentant tal-marka in kwestjoni, jew inkella jsiru propjeta tal-Gvern ta’ Malta. Kemm il-darba jsir dan ta’ l-aħħar, l-istess affarijiet ikunu jistgħu jinbigħu mit-taqsima inkarigata mill-bejgħ ta’ affarijiet maqbuda mid-Dwana. Id-dħul kollu minn dan il-bejgħ jgħaddi għand il-Gvern.