Jista’ il-Ministru jgħid jekk, minn meta ġiet introdotta s-sistema l-ġdida tal-parkeġġ fl-isptar San Luqa, kienx hemm tnaqqis jew le fin-numru ta' nies li
żaru d-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-istess sptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu prematur li wieħed jara kienx hemm tnaqqis jew żieda fin-numru tan-nies li jżuru d-Dipartiment ta' l-Emerġenza minn meta ġiet introdotta s-sistema ġdida tal-parkeġġ ġewwa l-Isptar San Luqa. Is-sistema ġdida ta' parkeġġ hija indipendenti mill-użu tad-Dipartiment tal-Emerġenza. Tajjeb li wieħed jinnota iżda, li fejn sa' ftit taż-żmien ilu l-pubbliku ma' kellux il-faċilita li jipparkja ġewwa San Luqa, anke f'każijiet t'emerġenza, illum, bis-sistema ġdida ta' parkeġġ dan huwa permess.
Jekk jogħġbu l-Onor. Interpellant jerġa jissottometti l-istess mistoqsija fi żmien ftit xhur oħra jekk jkun għadu jixtieq ikun jaf l-informazzjoni mitluba.
Jista’ il-Ministru jagħti n-numru ta' nies li żaru d-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-isptar San Luqa din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' nies li żaru d-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa din is-sena u s-sena l-oħra hu kif ġej:
2004
2005 (Bejn Jannar u l-5 ta' Settembru)
110,329
77,349
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura biex wieħed jidħol jaħdem f'dar ta' l-anzjani? Hemm xi vacancies f'xi waħda minn dawn id-djar preżentement?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta tinħoloq vakanza f'xi dar ta' l-anzjani, d-Dipartiment joħroġ call għal Part Time Social Assistants kollha u min hu nteressat japplika. S'intendi, hemm il-kriterji stabbiliti biex il-Bord ta' l-għażla jkun f'pożizzjoni biex joħroġ il-lista wara li jsir l-interview.
Fil-preżent, il-vakanzi li kien hemm intlew kollha.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-taħditiet ma' l-MAM fir-rigward ta' diskriminazzjoni ta' paga ta' tobba ġos-servizzi tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, peress li bħalissa għaddejja korrispondenza bejn l-avukati taż-żewġ naħat, ma nħossx li jkun pertinenti li nikkumenta f'dan il-waqt.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti ġo korsiji jew kurituri ġo l-isptar illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa illum (12 ta' Ottubru 2005) hemm sitta u ħamsin (56) pazjent ġo korsiji jew kurituri.
Fl-isptarijiet oħra m'hemmx pazjenti f'din il-qagħda.
Jista' il-Ministru jgħid fejn se jiġu housed il-pazjenti morda li jista' ikollhom il-pandemic flu jekk din tiġi? Liema servizzi ta' l-isptar se jitwaqqfu jekk tiġri din l-eventwalita'? X'passi se jieħu l-gvern għall-mortwarji temporanji jekk jiġri dan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant , peress li mistoqsijiet jirrigwardaw dettalji tal-pjan ta' kontinġenza u peress li għadu ż-żmien u ċertu deċiżjonijiet iridu jittieħdu skond iċ-ċirkostanzi prevalenti dak iż-żmien, ma nħossx li wieħed għandu jibda jiddikjara miżuri f'dan iż-żmien bikri.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Żieda fil-prezz tal-fuel
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tiswa lid-dipartimenti/entitajiet, eċċ taħt id-dekasteru tal-ministeru l-ispiża ta' 4c fuq l-għoli tal-prezz ta' fuel li rriżultat nhar it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-għoli tal-prezz tal-fuel mistennija li tiswa lill-Ministeru żieda fin-nefqa ta' Lm1372 kull xahar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list sabiex jidħlu fil-home ta' Bormla? Minn fejn huma u kemm għandhom eta'? Jista' il-Ministru jgħid kif inhu l-proċess ta' l-għażla għad-dħul fil-homes?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 124 persuna fuq il-waiting list biex jidħlu fid-Dar ta' Bormla. Il-biċċa l-kbira minnhom huma min-naħa t'isfel ta' Malta u l-etajiet ivarjarw bejn is-60 u l-94 sena. L-għażla għad-dħul hija li wara l-approvazzjoni tal-Bord jitpoġġew fuq waiting list skond id-data ta' l-applikazzjoni pero' tingħata prijorita' lil min ikun qiegħed jgħix waħdu u jkun f'riskju, dan dejjem ikun indikat mill-istess Bord.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew impjegati Occupational Therapists mad-dipartiment tas-saħħa mill-aħħar grupp li ggradwaw?
Meta wieħed jikkonsidra n-nuqqas kbir ta' Occupational Therapists li hemm fid-dipartiment, speċjalment fl-isptar San Luqa, jista' jgħid il-għala dawn l-Occupational Therapists ma ġewx impjegati kollha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma ġewx impjegati Occupational Therapists mad-Diviżjoni tas-Saħħa mill-aħħar grupp li ggradwaw.
Iżda fil-Gażżetta tal-Gvern tad-9 t'Awissu 2005 ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' Occupational Therapist fid-Diviżjoni tas-Saħħa u din is-sejħa għadha qed tiġi pproċessata.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-karta anzjan ta' persuni 'il fuq minn 75 sena m'għadix tgħodd biex persuna tingħata priorita' fid-dipartimenti tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fid-dipartiment ta' l-outpatients fl-isptar San Luqa kulħadd jingħata appuntament bil-ħin, anki dawk li għandhom il-fuq minn 75 sena. Ikun impossibli li kull minn għandu il-kartanzjan jiġi mogħti priorita minħabba in-numru kbir li jaqa taħt din il-kategorija jattendu l-outpatients.
Fl-emerġenza ta' SLH, kif ukoll fil-lista ta' l-operazzjonijiet hija l-urġenza li tiddeċiedi.
F'postijiet oħra fejn ma jinatawx appuntamenti e.g. ċentri tas-saħħa, il-kartanzjan għadha tgħodd.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ u kif qed jinqasam id-dħul mill-ħlasijiet għall-parking fl-isptar San Luqa bejn il-gvern, il-kunsill lokali u l-kuntrattur privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul mill-ħlasijiet għal parking fl-Isptar San Luqa jinqasam wara li jitnaqqsu dawn l-ispejjeż li ġejjin:
1. VAT
2a. L-isptar jieħu:
Kera tal-parkeġġi
Depreciation tal-apparat li nxtara mill-Isptar San Luqa (fuq medda ta' 4 snin)
Management Charge
Spejjeż relatati mal-manutenzjoni tal-parkeġġi
2b. Il-Kunsill Lokali jieħu:
L-ammont dovut għal pagi tal-ħaddiema ingaġġati speċifikament fuq is-sistema
Management Charge
Spejjeż amministrattivi
Manutenzjoni ta' l-apparat li jintuża fis-sistema
Il-profit jinqasam kif ġej:
Il-Gvern (Sptar San Luqa) 40% (Imorru fil-Fond Konsolidat)
Kunsill Lokali Pieta' 60%
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Ikliet/riċevimenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma nistax nifhem x'utilita' jista jkollha l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru. Għalhekk, kif ukoll għaliex il-ħin estensiv li jkun meħtieġ sabiex tinġabar din l-informazzjoni jista jintuża aħjar ma nħossx li hemm il-ħtieġa li tingħata l-informazzjoni li qed tintalab.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni l-isptar b'overdose ta' droga u alkoħol din is-sena u x'eta' kellhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li -l-persuni li ddaħħlu l-Isptar San Luqa b'Overdose bejn Jannar u Settembru 2005 kien kif jidhru hawn taħt. Dawn ikopru każijiet ta' overdose b'mediċini legali kif ukoll sustanzi illegali. Ma tinżamm l-ebda statistika dwar persuni li ddaħħlu l-isptar minħabba alkoħol.
Eta'
Rġiel
Nisa
Taħt 15-il sena
4 (4.8%)
3 (2.9%)
15-29 sena
38 (45.8%)
30 (28.6%)
30-44 sena
29 (34.9%)
36 (34.3%)
45-59 sena
7 (8.4%)
23 (21.9%)
'l fuq 60 sena
5 (6.0%)
13 (12.4%)
Total
83
105
Jista' il-Ministru jgħid kif se titqassam il-mediċina Tamiflu mill-gvern kemm-il darba persuni jkollhom bżonnha? X'inhi l-proċedura li se jkollhom isegwu t-tobba privati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, peress li t-tqassim tal-mediċini jkun f'kuntest ta' pandemija u din ma tkunx sitwazzjoni normali, il-mediċini Tamiflu se titqassam b'xejn lil kull min jiġi ddikjarat minn tobba li għandu bżonn il-mediċina.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-isptar kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin u minn liema sptar ħarbu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar l-Isptarijiet Boffa u San Luqa ma tinżammx statistika li ħarbu mill-isptar. Ta' min jgħid li f'dawn l-isptarijiet, il-pazjenti ma jinżammux kontra r-rieda tagħhom, sakemm ma jkunx taħt arrest jew sorveljanza tal-pulizija.
Kien hemm 53 pazjent li ħarbu mill-Isptar Monte Karmeli bejn l-2001 u l-2005 mqassmin hekk:
2001
9
2002
20
2003
9
2004
13
2005 sa Settembru
2
Il-maġġoranza tal-pazjenti ħarbu mill-ġonna u mhux mis-swali ta' l-Isptar Monte Karmeli.