Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27045 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Servizzi Farmaċewtiċi — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus għat-trasport mid-dipartiment tas-servizzi farmaċewtiċi matul is-snin 1998, 1999 u s-sena 2000, sena sena? Kemm ingħataw kuntratti għat-trasport matul dawn is-snin, kemm sewa kull kuntratt u lil min ingħataw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #27049 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Prodotti Mediċinali — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24197, fejn jien qed nirriferi għall-ispezzjonijiet tal-GMP li jsiru minn żmien għal żmien minn esperti barranin lill-kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti mediċinali? Minn dakinhar li staqsejt il-mistoqsija sal-lum inbidlu ċ-ċirkostanzi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: Sena Min għ amel l-ispezzjoni Spiż a Totali 1998 State Drug Inspectorate, Iceland LM 1,430 1999 Medical Products Agency, Sweden LM 4,017 2000 Medicine Control Agency, UK LM 14,928 L-aħħar spezzjonijiet tal-GMP saru s-sena li għaddiet.
Leg 9 PQ #27053 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-isptarijiet tal-istat f'Malta u Għawdex teżisti sistema ta' telefon mobile fejn set tat-telefon jista' jittieħed ħdejn pazjent biex jirċievi u/jew jgħamel telefonata? Jekk fl-affermattiv fejn jeżisti dan is-servizz?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #27054 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċumnija ta' l-Isptar — Nugrufun

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel id-dipartiment tas-saħħa biex isolvi l-problema tan-nugrufun li ħiereġ miċ-ċumnija ta' l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Inħareġ tender għal bdil ta` l-inċeneratur preżenti b'teknoloġija avanzata. Saru rakkomandazzjonijiet bl-għajnuna ta` esperti barranin u preżentement qed nistennew l-award min-naħa tad-'Director of Contract'.
Leg 9 PQ #27070 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Adalat Tablets

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk mara anzjana b'mezzi finanzjarji limitati li tgħix bil-pensjoni u li qed ikollha tixtri l-Adalat tablets għax pilloli oħra li kienet tingħata minflokhom mill-isptar qalulha li kienu qed jagħmlulha side effects u ġiet ordnata mit-tabib tagħha biex terġa' tibda tieħu l-Adalat minflokhom, hux possibbli li jipprovdulha l-Adalat mill-isptar għax qed ikollha tixtrihom, ladarba din l-anzjana hi intitolata għal mediċini b'xejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-Drugs and Therapeutics Committee jeħtieġ id-dettalji tal-persuna kkonċernata f'din il-mistoqsija parlamentari, biex ikun jista` jistħarreġ il-każ. Barra minn hekk trid tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #27080 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Djar — Pagamenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxew l-aħħar pagamenti mill-housing authority tal-koppja anzjana, li l-partikolaritajiet dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jekk hemm xi problemi, tista' l-awtorita' tinforma lil din il-koppja bl-aħħar żviluppi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #26710 Sitting 570 2001-07-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kontijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25372, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha? (PQ waslet 29/5/2001)

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija numru 25817. Għalkemm is-suġġett tal-mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26705 Sitting 569 2001-07-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kontijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25367, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-gvern li jonforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governattivi; (3) biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Ma jaħsibx il-Ministru li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala mhijiex tingħata meta din hija informazzjoni importanti u tikkonċerna infiq pubbliku u għaldaqstant għandu dritt għaliha? (PQ waslet 29/5/2001)

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Membru għat tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Nru. 25817. Għalkemm is-suġġett tal-mistoqsija huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26997 Sitting 569 2001-07-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — Vetturi

Question

Jista' l-Ministrui jgħid jekk il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi biegħetx xi vetturi tagħha bejn l-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Mejju 2001? F'kull każ x'kienu l-vetturi? Jista' jgħid b'kemm inbiegħu u lil min inbiegħu, billi jagħti l-isem, il-kunjom u l-indirizz u n-numru tal-karta ta'l-identita' ta' kull persuna li xtrat kull vettura partikolari?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #26868 Sitting 568 2001-07-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji sabiex tissolva l-problema ta' għadd kbir ta' ġrieden fl-inħawi ta' Triq George Mitrovich, Mosta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li għalkemm ma` jirriżultax li kellna rapporti dwar ġrieden minn l-inħawi ta` Triq George Mitrovich, Mosta, ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control ta` dan id-Dipartiment għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu fil-lok indikat. Il-każ ser jibqa` segwit regolarment, sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi kkontrollat.
Leg 9 PQ #26890 Sitting 568 2001-07-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Salina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi spezzjonijiet fis-Salina peress li fl-aħħar ġimgħat ilha toħroġ intiena qawwija fl-inħawi biiex isir magħruf minn x'hiex ġejja din l-intiena u hix ta' ħsara għas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li saru spezzjonijiet fis-Salina dawn l-aħħar ġimgħat. Ġie kkonfermat li hemm riħa sgradevoli li ġejja mis-Soccorsio Kanal. Din ir-riħa hija dovuta għan-nuqqas ta` ċirkolazzjoni ta` l-ilma minħabba li sezzjoni ta` dan il-kanal hija mbukkata bl-alka, naqal u ħama. Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika bagħtet korrispondenza lid-Dipartiment ta` l-Artijiet bħala Dipartiment ikkonċernat, dwar il-kundizzjoni mhux iġenika ta` dan il-kanal u biex jieħu il-passi kollha neċessarji.
Leg 9 PQ #26847 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Flexitede

Question

Jista' l-Ministru jindaga u jara għalfejn il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin hawn separatament jiġu annessi, għalkemm intitolata għall-Flexitede 250 u Rectodelt Supp fost mediċini oħra, ma hix tirċiviehom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #26911 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid — Perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Perit Fortunato Said twaqqaf mix-xogħol li kien qiegħed jagħmel fuq l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-Perit Fortunato Said twaqqaf mix-xogħol tiegħu fil-perjodu ta' 'probation' hekk kif stipulat fil-kuntratt ta' servizz.
Leg 9 PQ #26964 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pilloli Cardevilol 625 mg jkunu regolari fl-isptar peress li spiss ikunu out of stock? Jista' l-Ministru jgħid mill-2001 kemm u meta kienu out of stock?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern waqgħu 'Out of Stock' mill-pilloli Carvedilol 6.25mg minħabba li ma kien hemm l-ebda offerta aċċettabbli meta ħarġet 'it-tender' għal dan il-prodott. Il-'GPS' bħalissa jinstabu fil-proċess li jimportaw huma dirett din il-mediċina mill-Ingilterra. Il-perjodu minn meta l-Carvedilol 6.25mg kien 'out of stock' huwa indikat hawn taħt: 2 ta' Jannar sat-23 ta' Jannar 2001 6 ta' Frar sat-18 t'April 2001 9 ta' Ġunju sa llum.
Leg 9 PQ #26979 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Accelerated Investigations

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-waiting list għall-investigazzjoni tal-MRI fil-preżent? Jista' jagħti nformazzjoni rigward accelerated investigations f'każijiet urgenti ta' bzonn għall-MRI?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26644 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Donazzjonijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25326, jista' l-Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż? Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf? (PQ waslet 14/5/2001)

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Nru 25817. Għalkemm is-suġġett tal-mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-tweġiba tgħodd ukoll għal din.
Leg 9 PQ #26675 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

SVPR

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet it-talba ta' nurse li fl-SVPR (dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament) biex tiġi trasferita għall-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #26731 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tar-Radiography

Question

JIsta' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26367?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta li tajt fis-Seduta Nru 552.
Leg 9 PQ #26752 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Nursing Aids

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta n-nursing aids li daħlu jaħdmu f'Zammit Clapp ta' San Ġiljan 9 xhur ilu, se jibdew jaħdmu full-time? X'inhi r-raġuni li dawn il-ħaddiema qed ikunu mġagħla jidħlu għax-xogħol fil-weekends biss bi 12-il siegħa straight?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-Isptar Zammit Clapp iħaddem impjegati fuq bażi ta` "full time" jew "part time". Impjegati "part time" jissustitwixxu meta jkun hemm "sick" jew "vacation leave". Dawn jistgħu japplikaw f'każ ta` "call for application" għall-post ta` "full time" meta w jekk ikun hemm post vakanti. Dawn il-"part timers" jaħdmu skond l-esiġenza ta` l-Isptar, mit-Tnejn sal-Ħadd, u fil-ġranet li jkunu jistgħu. Ix-xift ta` 12-il siegħa huwa xift normali għal dan il-grad.
Leg 9 PQ #26754 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

MDP

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga jekk huwiex vera li l-ħalib tat-trab xkumat qed jimbiegħ għall-prezz ta' lm 1.80c il-kilo meta qabel kien jimbiegħ bla sussidju għall-prezz ta' 80c l-kilo? Jista' jara jekk huwiex possibli li jsiru arranġamenti maċ-Ċentri tas-Saħħa jew mall-distributuri tal-MDP ħalli l-konsumatur jkollu aċċess għall-dan il-prodott bi prezzijiet aktar kompettitivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif intqal diversi drabi fil-parlament l-iskimmed milk ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi għalhekk nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.