Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20131 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Manifattura taż-żebgħa, deterġenti u mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-manifattura taż-żebgħa, detergenti u mediċini? Kemm minnhom iddikjaraw telf, dħul taħt it-Lm3,000 u dħul taħt is-Lm7,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20132 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Taxable Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar dwar it-taxable allowances li kien irrefera għalihom il-Ministru fil-Budget 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment qiegħed jiffinalizza r-regoli li se jistabbilixxu l-metodi kif għandhon ikunu ivvalutati l-fringe benefits biex ikunu jistgħu jidħlu fis-seħħ mis-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #20086 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeri — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intneqfu flus min kull ministeru fuq safar din is-sena u x'kien l-iskop ta' kull safra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża minn kull ministeru fuq safar din is-sena dalwaqt tkun ippublikata fl-estimi tal-Budget li ġej. Għal bqija tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal mistoqsijiet preċedenti li saru fuq l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #20115 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset VAT s'issa l-Maltacom cioe' bħala d-differenza bejn kemm suppost jitħallas mill-konsumatur u kemm attwalment jirċievi l-Gvern bħala VAT wara l-miżura li kien introduċa l-Gvern li jdaħħal il-VAT fuq it-telefon?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma tistax tingħata informazzjoni fuq tax payers individwali.
Leg 9 PQ #20117 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru ħlasijiet/arretrati għas-sena 1999 u matul din is-sena s'issa separatament? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn tħallsu in konnessjoni ma' residenzi privati u kemm in konnessjoni mal-kummerċ separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għall-liema jew x’tip ta’ ħlasijiet qiegħed jirreferi.
Leg 9 PQ #20124 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Taxxi tad-dħul mill-Kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid dwar il-48 miljun miġbura f'taxxa tad-dħul mill-kumpanniji sa Settembru 2000, kemm minn dan l-ammont kien jirrappreżenta: (a) Taxxa; (b) Interessi; u (ċ) Multi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li s-somma ta’ Lm48 miljun miġbura mill-kumpaniji minn Jannar sa Settembru 2000 hija taxxa kollha u ma tinkludix interessi jew multi. Matul l-istess perijodu inġabru mill-kumpaniji dawn l-interessi u multi: Interessi: Lm148,373 Multi: Lm22,974
Leg 9 PQ #20125 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Tax returns

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit: kemm kien hemm kumpanniji, fulltime self-employed, part-time self-employed u mpjegati li ddikjaraw dħul ta' anqas minn Lm5,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20126 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Returns

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm inġabru returns ta' nies li jaħdmu fulltime fis-settur tal-biedja? Kemm minnhom iddikjaraw dħul ta' anqas minn Lm5,000, ta' bejn l-Lm10,000 - Lm15,000 u ta' 'l fuq minn dan l-ammont?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompulat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20149 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Benefiċċju fiskali

Question

Peress li fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari numri 18924 u 19866, il-Ministru tenna li "l-kwestjoni jekk pagament mogħti fuq rakkmandazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-Inġustizzji 1987 hux taxxabbli jew le hija skond il-meriti ta' kull każ partikolari", jista' l-Ministru jgħid: jekk kienx hemm każijiet li kienu jimmeritaw xi forma ta' benefiċċju fiskali jew eżenzjoni mill-ħlas ta' taxxa fuq l-income; u jekk fl-affermattiv: min kienu? X'kienet ir-rakkmandazzjoni? X'tip ta' benefiċċju jew eżenzjoni ngħata? Fuq liema bażi kienet din id-deċiżjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat mid-Dipartiment li kull każ ikun deċiż fuq il-meritu tiegħu skond il-liġi u jkun ttrattat fil-file rispettiv tat-taxpayer ikkonċernat. Ma jinżamm l-ebda reġistru ta' x'każijiet kien hemm u kif kienu deċiżi u għalhekk id-dipartiment mhuwiex f'pożizzjoni li jagħti r-risposta mitluba.
Leg 9 PQ #20006 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Rikonċiljazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar li saret rikonċiljazzjoni bejn il-bank account tal-Bank Ċentrali u l-kontijiet tal-gvern? Meta se terġa tibda ssir din ir-rikonċiljazzjoni li ġiet anki awspikata mill-Awditur Ġenerali fl-aħħar rapport tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18977.
Leg 9 PQ #19250 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-MFSC mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li in-numru ta' impjegati ġodda mal-MFSC bejn il-5 ta' Jannar 2000 sal-10 ta' Settembru 2000 kienu sebgħa. L-applikazzjonijiet għal dawn l-impiegi saru hekk: Diċembru 1999 wieħed Lulju 1999 wieħed Novembru 1999 wieħed Frar 2000 wieħed Marżu 2000 tnejn April 2000 wieħed Ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema mingħajr ma ħargu l-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #19251 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-Bank Ċentrali? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħidjekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru, ingħataw ħamsa u għoxrin (25) trasferiment lill-ħaddiema tal- Bank Ċentrali ta' Malta. Dawn it-trasferimenti li saru għal raġunijiet konnessi ma esiġenzi tax-xogħol, laħqu wkoll l-iskop li l-impjegati jingħataw ċans jaħdmu xogħol differenti biex jiżviluppaw il-karriera tagħhom. Dawn it-trasferimenti minn dejjem kienu jsiru fil-Bank u jibqgħu jsiru anke fil-futur.
Leg 9 PQ #19252 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-uffiċċju tal-budget mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-twegiba moghtija ghall-Mistoqsija Nru. 19195.
Leg 9 PQ #19253 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-Budget? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk hux il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu msemmi saru zewg trasferimenti mill-Ufficcju tal-Budget. Dawn saru fuq talba ta' l-impjegati kkoncernati.
Leg 9 PQ #19993 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

EMU — Studji

Question

Jista' l-Ministru jippubblika xi studji riċenti li setgħu saru dwar l-impatt ta' sħubija prospettiva fl-EMU fuq l-ekonomija lokali, fosthom mill-Bank Ċentrali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali qiegħed il-ħin kollu isegwi l-iżviluppi relatati mal-Unjoni Monetarja Ewropea (UME) sabiex ikun jista' jistabilixxi x'effetti jista' jkun hemm fuq aspetti diversi tal-ekonomija Maltija hekk kif Malta tissieħeb fl-istess Unjoni. Għalkemm ħafna mill-istudji li saru s'issa kienu ta' natura nterna, hu l-ħsieb tal-Bank li uħud minnhom jidhru fil-futur fil-publikazzjonijiet tal-Bank. Ta' min jgħid li d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Monetarja Ewropea għadu 'l bogħod minħabba li membri ġodda fl-Unjoni Ewropea ma jistgħux jissieħbu fl-UME qabel mill-inqas sentejn wara li jkunu saru membri tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant hu diffiċli ħafna li wieħed ikun jista' jbassar minn issa x'se jkunu l-effetti ta' sħubija fl-UME fil-mument li Malta tissieħeb minħabba t-tibdil ekonomiku li jista' jkun hemm, kemm f'Malta kif ukoll fl-Ewropa, sa' ma jasal dan il-waqt.
Leg 9 PQ #19855 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Żidiet fit-tariffi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19491, preċiżament fl-aħħar żewġ paragrafi tat-tweġiba, jista' l-Ministru jgħid liema taxxi rrevoka l-gvern u x'aġġustamenti oħra saru permezz ta' avviżi legali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19208 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dwana mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-Dwana bejn il-5 ta' Jannar 2000 u l-10 ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19861 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Contracts Division — Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratturi li tħallsu matul l-1999 u 2000 għal xogħol ta' kostruzzjoni, toroq, eċċ li sar wara tenders mogħtija mill-Contract Division tal-Finanzi matul l-istess perijodu? Kemm jammontaw dawn il-kuntratti? X'inhuma l-arretrati li għad baqgħalhom jieħdu l-kuntratturi?

Response (DALLI, JOHN)

Billi l-pagamenti jiġu approvati mid-Dipartimenti jew Korpi Parastatali li għalihom ikun sar jew ser isir ix-xogħol, nitlob l-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #19866 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Benefiċċji fiskali

Question

B'riferenza għat-tweġiba li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 18924 (Seduta Nru. 363), jista' l-Ministru jgħid jekk: (a) għalkemm il-persuni li ħadu kumpens mhumiex intitolati xorta waħda kien hemm min ta u bbenefika minn xi forma ta' benefiċċju fiskali jew xi eżenzjoni mill-ħlas ta' taxxa fuq l-income; u (b) ċertu għalliema kif ukoll ħaddiem fis-settur bankarju, fil-fatt bbenefikaw minn din it-tip ta' benefiċċju jew eżenzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għat-tweġiba għal PQ 18924 u għal Mistoqsija Parlamentai Nru 19866, il-kwistjoni jekk pagament mogħti fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-Inġustizzji 1987 hux taxxabbli jew le hija deċiża skond il-merti ta’ kull każ partikolari. Ma jirriżultax li kien hemm każi ta’ għalliema jew ħaddiema tal-banek li ingħataw eżenzjoni mit-taxxa jew xi benefiċċju fiskali ieħor fuq kumpens deċiż mill-Kummissjoni għal-Investigazzjoni tal-Inġustizzji 1987.
Leg 9 PQ #19901 Sitting 389 2000-10-10 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' dawk li rritornaw il-ktieb tal-VAT lura lid-dipartiment mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum, xahar b'xahar? Kemm kien hemm min talab li jkollu l-ktieb tal-VAT għall-ewwel darba mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

“Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu dwar in-numru ta’ persuni reġistrati li talbu li jinqatgħu mir-reġistru tal-VAT hu kif muri hawn taħt: Talbiet għ al De-reġ istrazzjoni Xahar 1999 2000 Jannar 249 421 Frar 193 297 Marzu 172 223 April 238 208 Mejju 230 167 Ġunju 170 157 Lulju 198 102 Awissu 174 226 Settembru 203 210 Ottubru 283 Novembru 311 Diċembru 298 Total 2,719 2,011 Bejn l-1 ta’ Jannar 1999 u l-aħħar ta’ Settembru 2000, in-numru ta’ persuni li talbu li jirreġistraw mad-Dipartiment kien 5,968.