Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar in-nefqa li qiegħed jagħmel il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar għal xogħol ta' bankina ġewwa l-pjazza li tinsab f'nofs Triq Sant'Aristarkus?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħalma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onor. Membru li jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat.
Jikkonsidra l-Prim Ministru, in vista ta' l-iżviluppi li qed iseħħu fi ħdan il-Kumitat ta' l-Esperti Penalisti tal-Kunsill ta' l-Ewropa, li f'Malta tiġi ntrodotta sistema ta' protezzjoni ta' xhieda fi proċessi kriminali revrittivi, bħal, per eżempju, voice transformers u audio visual links bejn xhud u l-Qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
Hu diffiċili li tiġi mistura l-identita` ta` xhud peress illi jekk isir hekk l-akkużat jista` jitnaqqaslu d-dritt tiegħu għal proċess xieraq.
La darba l-identita` tkun magħrufa ` voice transformers` u ` audio visual links` huma ta` utilita` ferm żgħira bħala protezzjoni lil xhud.
Għandu jingħad pero illi l-Pulizija fejn ikollha suspetti li xhud jista` jkun mhedded dejjem tagħti l-protezzjoni fizika li fil-kaz tkun meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li titwaqqaf struttura, tipo kumitat jew kummissjoni, ifformata minn imħallef irtirat, l-Avukat Ġenerali u rappreżentanti tal-Kamra tar-Rappreżentanti sabiex jiġu studjati anomaliji f'liġijiet viġenti li wara sentenza tal-qorti jiġu dikjarati li jiksru l-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-procedura normali fil-każi msemmija mill-Onor. Interpellant hi li l-posizzjoni legali tiġi studjata mill-Avukat Generali li jipprepara l-abbozzi neċessarji biex jiġu preżentati fil-Kamra tar-Rapprezentanti.
Il-problema f`dawn il-każi mhux tant l-analiżi legali tal-emendi meħtieġa iżda n-nuqqas ta `staff` fl-Uffiċċju tal-Avukat Generali.
Jista' l-Ministru jindika u jagħti tagħrif dettaljat ta' kemm-il proċess intilef minn quddiem l-Imħallef Noel Arrigo, minn mindu beda jassumi l-kawżi tal-master? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħa sabiex dawn jiġu rintraċċjati?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem l-imħallef/imħallfin master? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kawżi ġew assenjati lill-periti legali jew assistenti ġudizzjarji? Jista' jgħid kemm inqatgħu kawżi minn din il-qorti fl-1995, 1996, 1997 u 1998? Kemm minn dawn maqtugħa kienu: a) assenjati lil periti; b) kontumaċi u c) deserti?
Jista' l-Ministru jgħid matul l-1995, 1996, 1997 u 1998 separatament, kemm kien hemm sentenzi fuq każi ta' drogi fejn il-qrati (a) tal-Maġistrati; u (b) Kriminali Superjuri ordnaw is-sekwestru tal-beni tal-ħati? X'kien l-ammont totali kull sena? Fil-każ ta' bini li ġie mgħoddi għand il-gvern x'użu sar/se jsir minnu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f`xi seduta oħra peress li l-inofrmazzjoni mitluba ghadha qed tinġabar.