Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżultati tat-TIMSS li Malta ħadet sehem fih għall-ewwel darba u li ġew mibgħuta lill-awtoritajiet edukattivi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni s'issa ħadet sehem biss fil-'Pilot Field Test' u għalhekk m'għandhiex riżultati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi ta' xogħol lill-barranin (EU u non-EU separatament) bejn Jannar-Diċembru 2005 u Jannar-Awissu 2006 separatament?
Jista' jgħid xi kriterji qed jintużaw sabiex jinħarġu dawn il-permessi, kemm fil-każ ta' EU citizens kif ukoll ta' non-EU citizens?
Fil-każ ta' professjonisti (tobba, periti, infermiera, eċċ.) xi kriterji jintużaw u x'verifiki jittieħdu qabel ma jinħarġu dawn il-permessi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn Awissu-Diċembru 2005 inħargu 651 permessi ta’ xogħol lil- ċittadini tal-EU u 1107 permessi ta’ xogħol lill ċittadini mhux membri ta' l- EU u bejn Jannar-Awissu 2006 inħargu 1888 permessi ta’ xogħol lil ċittadini ta' l-EU u 3534 permessi ta’ xogħol lill ċittadini mhux membri ta' l-EU.
Informat ukoll li fil-każ ta’ ċittadini mill- EU il-permess tax-xogħol jinħareg b’mod awtomatiku. Fil-każ ta’ ċittadini mhux membri ta' l-EU l-permess jinħareg skond kriterji varji ;
1. Jekk il Pulizija ma toġġezjonax għall-applikant,
2. Jekk il-Ministeru tat-Turiżmu għandux oġġezzjoni f’każ ta’ chefs,
3. Jekk
professional body
Lokali hix lesta tirrikonoxxi il-kwalifiki tal-applikant,
4. Jekk il-persuna tkunx jew refuġjat jew igawdi minn status umanitarju temporarju,
5. Kemm il-persuna jkun ilu Malta,
6. Il-Ħtiġiejiet tas-suq tax-xogħol,
7. jekk hawnx Maltin li lesti jagħmlu dak ix-xogħol.
Fil-każ ta’ professjonisti l-KXT tivverifika li dawn il-professjonisti huma rikonoxxuti mill-entita li tirregola l-professjoni in kwestjoni f’Malta. Dan il-proċess issir kemm f-każ ta’ EU u ċittadini mhux ta' l-EU.
Fil-każ ta’ professjonisti li huma ċittadini mhux ta l-EU jintuża wkoll il-proċess imsemmi fil-paragrafu ta’ qabel.
Jista' il-Ministru jgħid jekk minn meta kienu ppubblikati l-aħħar ċifri ta' l-imsieħba f'kull trade union 'il hawn kenux reġistrati unions oħra ġodda? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn il-unions ġodda u kemm iddikjaraw li għandhom membri kull waħda?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-aħħar rapport tar-Reġistratur tat-Trade Unions ġie ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l -20 ta’ Jannar 2006 u jagħti dettalji ta' Trade Unions u Assoċjazzjonijiet ta’ Prinċipali, flimkien ma kemm iddikjaraw membri sat -30 ta’ Gunju 2005. Minn din id-data sal-lum ġew reġistrati żewg Trade Unions u żewg Assocjazzjonijiet ta’ Prinċipali li huma:
Trade Unions :
1-
Malta Dockers Union li ġiet irreġistrata fil-5 ta Settembru 2006 bi 312 membru.
2-
Professionals and Services Employees Union (PSEU) li ġiet irreġistrata fid-29 ta’ Settembru 2006 bi 32 membru.
Assoċjazzjonijiet ta’ Prinċipali :
1
-Assoċjazzjoni tal-Bdiewa li ġiet irreġistrata fis-6 ta’ Settembru 2006 bi 7 membri.
2
-Federated Association of Travel and Tourism Agents li ġiet irreġistrata fil-11 ta’ Settembru 2006 b’ 90 membru.
Jista' il-Ministru jgħid jekk minn meta kienu ppubblikati l-aħħar ċifri ta' l-imsieħba f'kull trade union 'il hawn, kienx hemm riżenji mit-trade unions reġistrati? Minn liema trade unions saru dawn ir-riżenji u kemm kienu r-riżenji f'kull trade union?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s'issa ma hemm l-ebda obbligu skond il-liġi biex organizzazzjonijiet ta’ ħaddiema jew ta’ prinċipali jinformaw lil xi awtorita' meta ikun hemm xi membru tagħhom li jagħti r-riżenja
Jista' il-Ministru jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi )matul l-istess snin u perijodi?
Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tagħrif dwar l-Universita' ta' Malta, l-ETC u l-FTS għadu qed jinġabar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kindergarten assistants fl-iskola primarja ta' Triq Brared, Birkirkara? Jista' jgħid kemm minnhom m'għandhomx klassi? X'inhu xogħolhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-Iskola Primarja ta' Birkirkara fi Triq Brared hemm 13-il Kindergarten Assistant.
Disgħa (9) minnhom għandhom il-klassi.
L-erbgħa (4) l-oħra jitqassmu hekk:
Tnejn (2) lesti biex jieħdu t-tfal li jidħlu f'Jannar
Waħda (1) lesta biex tieħu t-tfal li jidħlu f'April
Waħda (1) li qiegħdha fuq (Temporary Transfer) qiegħdha extra biex tintbagħat flok Kindergarten Assistants fi skejjel viċin li jimirdu jew ikollhom bzonn xi siegħat 'leave'. Din ta' l-aħħar tista' tingħata transfer għal xi skola oħra jekk/meta jkun hemm bzonn.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn immigranti illegali li jistgħu jaħdmu u li jħallsu VAT u/jew income tax? Jekk hawn xi ħadd, kemm ħallsu din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ toħroġ permessi tax-xogħol lill-refuġjati, persuni li jgawdu protezzjoni temporanja u lill-Asylium Seekers. Toħroġ ukoll l-permessi direttament lill-individwi mingħajr ma torbothom fuq it-tip ta' xogħol li jistgħu jagħmlu.
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ m'hijiex l-entita' responsabbli mill-VAT u/jew Income Tax.
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru delegazzjonijiet mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2006? X'kienet ir-raġuni ta' kull safra, minn min kienet komposta u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu mhux kollu wasal fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jelenka l-azjendi li naqqsu l-ħaddiema s-sena l-oħra u din is-sena u x'tip ta' xogħol għamlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li lista tat-tip ta' xogħol ta' l-azjendi li kellhom 'turnover' ta' ħaddiema (fejn itterminaw jew ingaġġaw ħaddiema) hu kif jidher fil-lista li ser inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jinvestiga għala l-uniku supplier ta' uniformijiet għall-iskejjel tal-gvern sal-lum, kważi xahar wara li bdew l-iskejjel, għadu ma ssuplixxiex l-items kollha meħtieġa u ħafna tfal għadhom mingħajr uniformi kompluta? Ma jaħsibx li jkun aħjar biex din is-sitwazzjoni ma tirrepetix ruħha, ikun hemm aktar minn kuntrattur wieħed għal provvista ta' uniformijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Jista' l-Onor. Membru jindika għal liema skola qed jirreferi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni gainfully occupied kull xahar is-sena l-oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' persuni gainfully occupied kull xahar fis-sena 2005 kien hekk :
2005 Numru
Jannar 137,561
Frar 137,538
Marzu 137,462
April 137,603
Mejju 138,183
Ġunju 138,200
Lulju 138,860
Awissu 138,892
Settembru 138,958
Ottubru 138,517
Novembru 138,539
Diċembru 137,937
Jista' il-Ministru jgħid kemm bdew jirreġistraw nies għax-xogħol din is-sena? Kemm ġew redundant nies mix-xogħol fl-istess perijodu u f'liema qasam tax-xogħol kienu jaħdmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar sa Awissu 2006, kien hemm 2,356 persuna li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba fuq l-ewwel parti tar-reġistru.
Fl-istess perjodu ġew issensjati 1,573 persuna. Ser inpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra li turi f’liema qasam tax-xogħol kienu qed jaħdmu.
Informat ukoll li l-aħħar statistika ippublikata hi dik ta’ Awissu 2006.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin jaħdmu Malta llum? Kemm kien in-numru kull sena għal dawn l-aħħar ħames snin? Kemm ħarġu permessi kull sena fl-istess żmien u minn liema pajjiż kienu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-prezent in- numru ta' barranin li għandhom permess biex jaħdmu Malta hu kif ġej ;
Ċittadini mill-Unjoni Ewropea
2092
Ċittadini ta' pajjiżi barra mill EU
3440
Refuġjati
115
Ċittadini bi protezzjoni temporarja
563
Persuni barra mill-EU miżżewga lil persuna mill-EU
10
*Asylum Seekers
43
*
Asylum Seekers
: Persuni min Barra l-EU li qegħdin fil-proċess li japplikaw biex ma jkunux bħala refuġjati.
Il-KXT tista’ tagħti biss informazzjoni minn Awissu 2005. Qabel din id-data, l-permessi kienu joħorgu mill-Ufficju tal-Immigrazzjoni.
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi li juru n-numru ta’ permessi li ħargu mill- :
1 ta’ Awissu 05 sat-30 ta’ Dicembru 05
1 ta’ Jannar 06 sat-30 ta’ Settembru 06
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Kumpanniji ta' reklamar
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont li ntefaq fuq reklami fil-ġurnali, rivisti u bill boards kien hekk :
Ammont
Lm
Direttur Servizzi Korporattivi 6,724.64
MCAST 50,319.37
YOUTH 2,542.38
EUPU 12,260.26
Dipartiment ta' l-Eżamijiet 1,774.66
ETC 27,989.15
Kunsill Malti Għall-iSport 1,208.32
Informat li ħafna mix-xogħol ta' disinjar u grafika sar in-house u mhux minn kumpannija.
Jista' il-Ministru jgħid x'ħidma u kollaborazzjoni qed issir bejn l-iskejjel speċjali u l-adult training centres ħalli problemi eżistenti, bħal persuni ta' eta' kbira li jibqgħu fl-iskejjel speċjali, tiġi solvuta fl-aħjar interess tal-persuni b'diżabilita' u mhux billi sempliċement jgħidu lill-ġenituri ta' dawn il-peruni li mhux se jibqgħu jiġu aċċettati aktar fl-iskejjel speċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha Transition Organiser biex tieħu ħsieb ix-xogħol rigward it-trasferiment ta' l-istudenti mill-iskejjel speċjali għaċ-Ċentri ta' l-Adulti. Minn naħa tad-Diviżjoni tipprepara il-profili u l-programmi ta' l-istudenti minn qabel. Il-Ministeru tal-Familja u Affarijiet Soċjali ingħata informazzjoni dettaljata fuq kull student. 29 student ta' eta' bejn it-23 u 26 sena ġew allokati post fiċ-Ċentri ta' l-Adulti. Bħalissa it-Transition Organiser tad-Diviżjoni qed tieħu sehem fil-case conferences ta' kull persuna li ser tibda tattendi f'dawn iċ-ċentri.