Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Irtirar ta' Għalliema/Kapijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema/kapijiet u assistenti kapijiet li se jispiċċaw bl-eta' f'din is-sena skolastika? Id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed tieħu ħsieb li oħrajn jiġu appuntati flokhom biex tiġi żgurata l-kontinwita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għadd ta' mpjegati li se jispiċċaw bl-eta` ta' 61 sena f'din is-sena skolastika fil-gradi msemmija hu kif ġej:
Għalliema 27
Kapijiet 12
Assistenti Kapijiet 13
Barra minn hekk, u sa fejn hu magħruf sa' llum, hemm ukoll 3 Għalliema, 2 Kapijiet u 3 Assistenti Kapijiet li għażlu li jirtiraw mis-servizz fl-eta` ta' 60 sena.
Il-vakanzi fil-grad ta' għalliema jimtlew mill-waiting lists ta' l-għalliema prospettivi li ġew intervistati fis-Sajf li għadda. Fejn il-waiting list ta' suġġett tkun eżawrita, il-vakanzi jimtlew permezz ta' Supply Teachers.
Sejħiet għall-applikazzjoni għar-reklutaġġ ta' Kapijiet ta' Skejjel f'Malta u Għawdex diġa` intbagħtu lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku li qed tipproċessa l-pubblikazzjoni tagħhom.
Assistenti Kapijiet ta' l-iSkejjel jimtlew mill-waiting list rispettiva tal-każ konċernat, jiġifieri lista ta' Assistenti Kapijiet għall-Skejjel Sekondarji Malta u Għawdex (skond il-proċedura ta' qabel l-aħħar ftehim mal-MUT) u lista ta' Assistenti Kapijiet għall-iSkejjel Primarji f'Malta u l-istess għal Għawdex.
Jista' il-Ministru jgħid jekk issa li l-instructors kollha ġew posted fl-iskejjel sekondarji wasalx iż-żmien li ssir lista waħda tas-seniority għal gradi u karigi kollha fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm diversi gradi li huma regolati minn Classification Regrading and Assimilation Agreements differenti, u li għalkemm jeżistu seniority lists tal-gradi differenti, tmur kontra r-regolamenti stabbiliti li ssir lista waħda tas-sneiority għall-gradi u karigi kollha fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jipprovdu servizz peripetiku ma' studenti neqsin mis-smigħ? Kemm hemm studenti neqsin mis-smigħ fl-iskejjel li għandhom bżonn dan is-servizz? Kemm kien hemm persuni jipprovdu dan is-servizz fl-1999, 2000, 2001 u 2002?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li:
Studenti neqsin mis-smigħ li għandhom bżonn dan is-servizz
Malta Għawdex
76 14
Għalliema fis-Servizz Peripatetiku għal studenti neqsin mis-smigħ
Malta Għalliema
1999 12
2000 9
2001 6
2002 4
Għawdex
1999-2002 2
Informat ukoll li bħalissa hemm għalliem jagħmel il-Masters in Audiology fl-Ingilterra li hu sponsorjat mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna qed tingħata l-iskola primarja li isimha qed jintbagħat separatament biex teħles mill-ġrieden li huma rapportati li qed ikun hemm jiġru fil-klassijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-Sajf li għadda sar ħafna xogħol fl-iskejjel li għandu jgħin fil-prevenzjoni tal-preżenza tal-ġrieden filwaqt li ġiet inkarigata kumpanija privata li tispeċjalizza f'din il-materja biex tgħin fil-kontroll tas-sitwazzjoni.
Can the Minister responsible for Public Broadcasting inform the House of the date and on which newspaper were PBS Ltd. annual accounts for 1998 and 1999 published? Can he lay a copy of these years' accounts on the Table of the House?
Who is actually meeting the costs of the consultant whose name is being forwarded under a separate cover at the PBS Ltd. or the Ministry? Can the Minister confirm or otherwise that the consultant's remuneration exceeds that of the chairman's? What fringe benefits does his remuneration package include?
Does the fact that it was felt necessary to appoint a consultant to the board of directors to advice it on broadcasting, to draw up the schedules of progammes and to suggest reforms, reflect any incompetence of the members of the said board and on the lack of skills of the senior management of the company, including the chief executive and members of the staff responsible for programming?
Was this person already a consultant when he presented the TV show "Madwar il-mejda"? Is it true that he and his co-presenter received some Lm1,000 per programme then?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-annual accounts tal-Public Broadcasting Services Ltd kienu ġew ippubblikati kif se nsemmi:
Accounts 1998 - Times of Malta tas-16 ta' Diċembru 1999
Accounts 1999 - Malta Independent tat-22 ta' Diċembru 2000
Qed inpoġġi kopja ta' dawn l-accounts fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Onor. Membru huwa żbaljat meta jgħid li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni ħass il-ħtieġa li jaħtar konsulent għall-Bord tal-PBS. Kien il-Bord tal-PBS Ltd li ddeċieda li jaħtar lil din il-persuna bħala konsulent tiegħu u kien l-istess Bord li ġedded dan il-ftehim meta kien għalaq aktar kmieni din is-sena.
Il-Bord tal-PBS iddeċieda dwar retainer fee li jagħti lil konsulent għas-servizzi tiegħu. Huwa ma jiċievi ebda fringe benefits.
Fil-fatt, kif kelli l-okkażjoni ngħid qabel, barra s-servizzi li jagħti skond il-kuntratt, il-konsulent għażel li jagħti mingħajr ebda ħlas extra diveresi servizzi oħra lill-PBS. Dawn jinkludu, per eżempju, sehem fil-PBS Restructuring Task Force, sehem fuq programmi televiżivi fejn soltu jingħata ħlas, u l-iżvilupp ta' inizjattiva ġdida li għandha ġġib qliegħ ta' flus lill-PBS.
Peress li kif għidt f'okkażjonijiet oħra ħlasijiet bħal dawn huma ta' natur kummerċjali u allura mhux fl-interess tal-PBS li jsiru pubbliċi ma nħossx li għandi noqgħod nagħmel paraguni.
Meta sar il-programm MADWAR IL-MEJDA din il-persuna ma kinitx konuslent tal-PBS Ltd. Dwar il-ħlas li rċeviet id-ditta li magħha sar il-kuntratt għal MADWAR IL-MEJDA ma nħossx li għandi nwieġeb minħabba raġunijiet ta' natura kummerċjali.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36133, jista' il-Ministru jgħid kemm għad fadal għaqdiet sportivi li għadhom ma ffirmawx u liema huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għad fadal disgħa (9) għaqdiet sportivi li għadhom ma ffirmawx il-kuntratt wara li għaddiet l-aħħar riżoluzzjoni parlamentari.
Dawn huma:
M'Scala Boċċi Club
Mosta Boċċi Club
Qormi San Bastjan Boċċi Club
Sta Lucia Boċċi Club
Gozo Football Association
Kirkop Boċċi Club
Fgura Football Club
Southern Shooting Club
Paola Wolves Sports Club
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36136, jista' jgħid kemm ġie jiswa l-proġett ta' l-entratura tal-Malta racing club? Min ser iħallas? Jista' jgħid ukoll jekk inħarġux tenders? Jekk iva, min kienu u kemm kienet il-kwotazzjoni tagħhom? Xi kriterju ntuża sabiex saret l-għażla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proġett ta' l-entratura tal-Marsa ser jiswa madwar Lm87,000. Il-ħlas ser isir mill-vot tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport wara li ġew approvati fondi addizzjonali mill-Ministeru tal-Finanzi.
Wara sejħa għall-offerti bl-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija intlaqgħu kwotazzjonijiet minn għand Polidano Group (Lm82,622), Camray (Lm102,002.98) u Elbros Ltd (Lm98,049.13). Ix-xogħol ġie fdat lill-Polidano Group. Din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq il-fatt li r-rati tax-xogħol kienu kompetittivi ħafna u t-termini tal-ħlasijiet kienu l-aktar favorevoli.
Jista' il-Ministru jgħid hux possibbli d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tikkunsidra suġġeriment li wasal għandi minn diversi ġenituri li għandhom tfal jattendu l-iskejjel kindergarten tal-gvern biex dawn it-tfal żgħar jibdew jispiċċaw l-iskola f'nofsinhar minflok fis-2.30 pm għaliex tfal ta' din l-eta' jiddejqu u jgħejjew għall-ħinijiet daqstant twal?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn id-29 u 31 ta' Ottubru, sar seminar dwar l-Edukazzjoni Bikrija. Dan is-seminar ġie organizzat mill-Focus Group għal 'Early Childhood Education'. Il-kwestjoni ta' ħin ta' skola adattat għal tfal ta' din l-eta`, kif imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, hija fost il-punti li ġew diskussi f'dan is-seminar. L-idejat li joħorġu minn dan is-seminar imbagħad ikunu riflessi fil-policies u programm edukattiv li se jiġu mfassla għal din il-fażi ta' l-edukazzjoni tat-tfal.
Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex meta l-membri tal-MUSEUM jiġu biex jużaw il-ground ta' football f'Santa Lucia nhar ta' Ħadd wara nofsinhar, dawn ikunu jistgħu jagħmlu dan bla xkiel stante li dan qed ikun magħluq u kull aċċess huwa mbarrat?
Response (GALEA, LOUIS)
Infurmat li diga saret talba lill-Kumitat tal-Football Club ta' Santa Lucija f' dan ir-rigward. L-indikazzjonijiet informali li għandna juru li jista' jintlaħaq ftehim.
Jista' il-Ministru jgħid jistgħux jiġu provduti lockers fi skola A. Cini Ħamrun, imqar għat-tfal b'diżabilita?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Amministrazzjoni ta' l-iskola Adelaide Ċini Ħamrun diġa` qegħda taħseb biex tipprovdi lockers fl-iskola. L-unika diffikulta` hi n-nuqqas ta' spazju fejn jitpoġġew il-lockers.
B'riferenza għal mistoqsija 36416 jistax l-aħħar sillabu għas-snin 4 sa 6 ta' l-iskejjel primarji, effettiv għall-eżamijiet tas-sena d-dieħla, jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser ngħaddi kopja ta' l-aħħar sillabu għas-snin 4 sa 6 ta' l-iskejjel primarji lill-Onor. Membru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li bħalissa qed isir xogħol fihom bħal kostruzzjoni, tibjid, eċċ? Liema huma? Meta hu mistenni li x-xogħol jitlesta f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il talba pendenti għandu quddiemu l-weapons advisory board? Jista' f'kull każ jgħid kemm ilhom pendenti u meta huwa maħsub li jiġu deċiżi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' pendenzi quddiem il-Weapons Advisory Board hu kif ġej:
Numru ta' Applikazzjoni Data
13 9 ta' Novembru 2000
1 14 t'April 2001
1 29 ta' Mejju 2001
2 9 ta' Ottubru 2001
3 14 ta' Novembru 2001
1 30 ta' Jannar 2002
1 25 ta' Marzu 2002
9 24 ta' April 2002
2 16 ta' Mejju 2002
1 12 ta' Ġunju 2002
Total 34 Applikazzjoni
Bħalissa l-Bord mhux jiltaqa' sakemm jiġu deċiżi problemi amministrattivi bejn id-Dipartimenti konċernati.
Jista' il-Ministru jgħid meta għaqda tkun trid tuża t-track ta' l-atletika tal-Marsa u/jew xi faċilitajiet oħra, x'inhi l-proċedura? Kemm l-għaqda/timijiet talbu li jużaw dawn il-faċilitajiet s'issa din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li meta għaqda tkun trid tuża t-track ta' l-atletika fil-kumpless tal-Marsa wieħed għandu jikteb lid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-permess.
Lista ta' skejjel li użaw dawn il-faċilitajiet s'issa din is-sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal-lista ta' għaqdiet, nirreferi l-Onor. Membru għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 36112.
Jista' il-Ministru jgħid jistax il-bord li jamministra l-grants lill-istudenti universitarji jikkunsidrax t-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kien warrab Lm40 mill-ismart card biex iħallas għall-ispejjeż tat-teżi u għalqulu l-kont qabel ħallas l-ispejjeż?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Avviż Legali dwar l-Għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti jagħmilha ċara li dawn jtħallsu bejn ix-xhur ta' Ottubru u Ġunju. Jidher li f'dan il-każ, l-istudent imsemmi pprova jagħmel użu mill-card wara dan il-perijodu. Madanakollu l-Onor. Membru hu mitlub jinforma lill-istudent li għalih qed jirreferi, biex jagħmel kuntatt maċ-Chairman tal-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti, biex il-każ tiegħu jkun eżaminat mill-Bord imsemmi.
Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru biex it-tifla b'diżabilita' li isimha qed jintbagħtu separatament tingħata l-għajnuna meħtieġa għall-edukazzjoni tagħha fl-iskola primarja ta' Tas-Sliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li nħatret Supply Kindergarten Assistant (Special Ed.) ġdida biex tgħin lit-tifla msemmija fl-iskola Primarja ta' Tas-Sliema. Din bdiet ix-xogħol nhar it-Tnejn 14 ta' Ottubru, 2002.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern - primarji u sekondarji - li biddlu l-uniformi tagħhom din is-sena? X'kienet ir-raġuni? Kemm swiet lill-ġenituri din il-bidla fl-uniformijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar mill-iskejjel u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jikkonferma l-Ministru li l-gvern ser iżid l-għajnuna li beda jagħti s-sena li għaddiet lil dawk il-ġenituri li jibgħatu t-tfal tagħhom fl-iskejjel indipendenti? B'kemm?
Jista' il-Ministru jgħid x'mekkaniżmu jeżisti biex jiġi kkontrollat l-assenteiżmu fl-iskejjel f'Malta u Għawdex? X'isir fejn jidħlu l-iskejjel tal-knisja u dawk privati?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Kapijiet ta' l-Iskejjel huma dejjem attenti għal dawk it-tfal li jkollhom tendenza li jfallu l-iskola. Kuljum, jinżammu attendenzi fir-reġistri ta' l-iskola. L-għalliema huma mgħallma jidentifikaw lil dawk it-tfal li jistgħu 'l quddiem jaqbdu dan in-nuqqas. Għalhekk, meta l-għalliema jsiru jafu bħal xi każijiet bħal dawn, jinfurmaw il-kapijiet ta' l-iskejjel tagħhom sabiex isiru interventi meħtieġa.
Każijiet referuti għal għajnuna jgħaddu għand il-professjonijsti bħal Education Social Workers, Counsellors, u School Psychologists tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dawn is-servizzi jaraw x'inhuma l-kawżi li jistgħu jkollhom l-istudenti kemm fl-iskola u fid-dar tagħhom. Huma jidentifikaw xi problemi oħra li jistgħu jkollhom li qegħdin iwasslu għall-assentejiżmu ta' l-istudenti. Il-Kapijiet ta' l-iskejjel jirreferu wkoll każijiet ta' mard ta' studenti lil School Medical Service.
F'każijiet bħal dawn, tingħata għajnuna mis-servizzi mogħtija mis-Sezzjonijiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni permezz ta' żjarat fl-iskejjel, żjarat fid-djar, laqgħat ma' tfal u mal-ġenituri, u 'counselling'. Din il-ko-ordinament ta' servizzi flimkien ma' l-iskejjel hu mmirat biex iwasslu lil dawn l-istudenti jattendu l-iskola.
Apparti dan ix-xogħol, il-Kapijiet ta' l-Iskejjel huma obbligati li kull xahar jirrapurtaw lis-Sezzjoni Ħidma Soċjali fl-Iskejjel lil dawk l-istudenti li jkunu fallew l-iskola mingħajr raġuni valida.
F'każijiet ta' assentejiżmu mhux iġġustifikati fejn il-ġenituri ma jikkoperawx, dawn jittelgħu l-qorti.
L-istess sistema tapplika għal skejjel privati u tal-Knisja. L-iskejjel tal-Knisja għandhom aġenzija ta' Social Work tagħhom.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jagħmel id-dipartiment ta' l-edukazzjoni sabiex iħajjar aktar tfal jieħdu sehem fl-isports fl-iskejjel u dan barra l-lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika li huma diġa' parti mit-timetable? Jista' jgħid kemm hemm lezzjonijiet fil-ġimgħa fil-primarji u fis-sekondarji? Jista' jgħid ukoll x'importanza tingħata lill-isports fis-sixth form? Kif qed isir dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni permezz ta' l-Isports Section jorganizza kull sena Festivals tal-Football u tan-Netball mifruxin matul diversi xhur. Fihom jipparteċipaw tfal minn madwar erbgħin skola primarja. Jorganizza wkoll Sports Festivals għall-iskejjel Primarji f'erba' reġjuni. Għall-istudenti ta' l-Iskejjel Sekondarji jsiru kompetizzjonijiet fi ħmistax-il sport differenti u għal etajiet 'juniors' u 'seniors'.
Minbarra dawn l-attivitajiet, numru kbir ta' skejjel jorganizzaw ukoll, b'mod volontarju, attivitajiet sportivi matul il-'break' ta' nofsinhar.
Fil-programm ta'
A. L-Iskejjel Primarji hemm sagħtejn fil-ġimgħa ta' Edukazzjoni Fiżika.
B. L-Iskejjel Sekondarji u Junior Lyceums il-lezzjonijiet huma kif se nsemmi:
Form Sekondarji Junior Lyceums
I u II 2 2
III 1 1
IV u V 1 1
Għal studenti li għandhom il-Physical Educaiton Option, in-numru ta' lezzjonijiet huma hekk:
Form Sekondarji Junior Lyceums
III 0 4
IV u V 5 4
Informat ukoll li fil-bidu tas-sena l-istudenti tal-Junior College jiġu mistiedna jipparteċipaw f'diversi attivitajiet sportivi li jiġu organizzati mis-sezzjoni ta' l-isport. L-istudenti huma mħajjra jieħdu esperjenza bħala parteċipanti, bħala uffiċjali u referees kif ukoll bħala coaches. L-Erbgħa wara s-sagħtejn hu ħin allokat għall-attivitajiet sportivi. L-attivitajiet sportivi fil-Kulleġġ jinqasmu fi tlieta:
1. Leagues organizzat tal-football, basketball, badminton, volleyball,
tennis, handball, hockey u chess.
2. Training organizzat minn coaches kwalifikati, jew studenti stess
tal-Kulleġġ fil-martial arts, tennis, aerobics, volleyball, wrestling u
żfin.
3. Kompetizzjonijiet u tournaments kontra skejjel oħra f'Malta u
f'Għawdex.
Matul is-sena jsiru wkoll diversi esibizzjonijiet minn diversi assoċjazzjonijiet sportivi bil-għan li jħeġġu l-istudenti jipprattikaw dak l-isport partikolari.