Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-passiġġieri tal-cruise liners kollha qed jiġu miġbura minn taħt il-vapuri rispettivi permezz ta' char-a-bancs eċċ, filwaqt li lura jitniżżlu barra l-gate tat-terminal?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid meta dawk il-persuni li kienu mpjegati mat-Tarzna u li ġew sekondati mal-Heritage Malta, se jieħdu l-benefiċċji kollha dovuti lilhom fosthom tal-ħin żejjed li ħadmu minħabba li ħadmu għan-nofs ta' nhari; l-istess bħal ħaddiema l-oħra li hemm jaħdmu mal-Heritage Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema li huma sekondati ma' Heritage Malta għal perijodu mhux definit baq għu jaħdmu fuq skeda ta' ġurnata ta' tmien sigħat xogħol (eskluż il-breaks) minn meta bdew jaħdmu ma' Hertitage Malta. Għalhekk ma hemmx lok ta' ħlasijiet żejda.
Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti privati
Question
B'riferenza għall-Press Release tat-28 ta' Lulju 2004 fejn il-Malta Tourism Authority Organisation of Malta iddikjarat li kienet se tneħħi l-konsulenti privati magħha, sabiex b'hekk l-awtorita' kienet tiffranka Lm70,000, jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar jekk din il-policy ġietx fil-fatt attwata? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dettalji tal-konsulenti li ġew imneħħija?
Jekk baqa' konsulenti, jista' jispjega x'kienu ċ-ċirkostanzi għaliex il-Ministru ddeċieda li ma jitterminalhomx il-kuntratt?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Konsulenti li ġew imneħħija kienu kif ġej:
Grech Alexander
Mallia Milanes Alfred
Falzon Profs. J
Abela Patrick (Platalea Ltd)
Montanaro Godwin
Portelli Darryn
Tufigno Dr Antonio
Il-Konsulenti li nżammu huma kif ġej:
Ebejer John - responsabbli għal Strategic Project Initiatives kif ukoll il -Proġett tal-Bajja ta' San Ġorġ.
Lanzon Joseph - responsabbli għat-Transitional Process tat-teħid ta' liċenzji minn entitajiet oħra.
Abela Raymond - responsabbli għall-implimentazzjonijiet tas-sistema ġdida ta' Accounts (Access).
Thake Dr. Claire- responsabilitajiet utli fost l-oħrajn fil-Public Relations mal-media.
Grech Vella Tortell & Hyzler - konsulenti legali.
Għar-rigward ta' dawn hawn fuq indikati inħasset il-ħtieġa li s-servizzi jibqgħu jingħataw.
Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Konsulenti privati
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu s-salarji/ħlasijiet lill-konsulenti privati ma' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? Dawn il-konsulenti kienu impjegati full time jew le?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħlasijiet lill-konsulenti privati ma' L'Awtorita` Maltija għat-Turiżmu kienu kif ġej:
Konsulent (Full Time)
Ammont
Jannar-Awissu 04
Terminat
Ebejer John
Lm 14,000 (fis-sena)
Lm 9,333
N/A
Lanzon Joseph
Lm 8,646 (fis-sena)
Lm 5,764
N/A
Portelli Darryn
Lm 806.33 (fix-xahar)
Lm 6,451
31.08.04
Konsulent (Full Time)
Ammont
Jannar-Awissu 04
Terminat
Grech Alexander
Lm 9,600 (fis-sena)
Lm 4,800
30.06.04
Mallia Milanes Alfred
Lm 2,500 (fis-sena)
Lm 1,667
16.08.04
Falzon Profs. J
Lm 821 (fix-xahar)
Lm 4,926
30.06.04
Abela Raymond
Lm 472 (fix-xahar)
Lm 3,776
N/A
Abela Patrick
(Platalea Ltd)
Lm 413 (fix-xahar)
Lm 2,478
30.06.04
Montanaro Godwin
Lm 3,059 (għax xogħol
li sar)
30.06.04
Thake Dr. Claire
Lm 83.33 (fix-xahar)
Lm 666
N/A
Grech Vella Tortell & Hyzler
Lm 442.50 (fix-xahar)
Lm 3,540
N/A
Tufigno Dr. Antonio
Lm 413 (fix-xahar)
Lm 2,478
30.06.04
Ninsab infurmat li tlieta mill-konsulenti kienu full time.
Seduta Numru 164
27/09/2004
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ma' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu għas-snin 2002, 2003 u 2004?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-konsulenti ma' l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu għas-snin 2002, 2003 u 2004 kienu kif ġej:
Isem
Sena
Grech Alexander
2002 - 2003 (Sa 30/6/04)
Ebejer John
2002 – 2004 (Kuntratt definit sa 28/2/05)
Mallia Milanes Alfred
2002 – 2004 (Sa 16/8/04)
Lanzon Joseph
2002 -2004
Falzon Profs J.
2002 -2004 (Sa 30/6/04)
Abela Raymond
April 2003 – 2004
Abela Patrick (Platalea Ltd)
Awissu 2002 sa 30/6/04
Montanaro Godwin
Novembru 2003 sa 30/6/04
Portelli Darryn
Settembru 2003 sa 31/8/04
Thake Dr. Claire
2002 – 2004 (Sa 15/12/04)
Grech Vella Tortell & Hyzler
2002 – 2004
Tufigno Dr. Antonio
2003 sa 30/6/04
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-istudenti li kienu ġew ingaġġati ma' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu għas-snin 2002, 2003 u 2004?
Jista' jgħid min minn dawn l-istudenti kellu l-kuntratt ta' impjieg tiegħu itterminat u min le?
Jista' jagħti dettalji dwar is-salarji ta' l-istudenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqieghed fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill Onor. Inerpellant.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu s-salarju taċ-chief executive ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? Jista' jgħid jekk dan għandux xi fringe benefits u jagħti dettalji ta' x'inhuma?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Naħseb li mhux prudenti, jew etiku, li din l-informazzjoni ta' natura personali tingħata.
Awtorita' Maltija għat-Turiżmu — Diretturi/chairman
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji tad-diretturi u ċ-chairman ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? Jista' jgħid jekk dawn humiex full time jew le?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ċ-Chairman ta' l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu huwa Non Executive u jithallas honorarium ta' Lm 7,000 fis-sena skond direttivi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, filwaqt li d-Diretturi tal-MTA board jitħallsu LM 520 fis-sena u Lm 40 għal kull laqgħa li jattendu.
Jista' il-Ministru jgħid wara li nbidel il-Ministru, jekk ġewx ingaġġati impjegati ġodda ma' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu?
Jista' jgħid min huma dawn l-impjegati ġodda u x'karigi ngħataw? Jista' jgħid ukoll x'salarji għandhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li kemm ili jien Ministru għat-Turiżmu ġew ingaġġati dawn l-impjegati ġodda ma' l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu:
Isem
Kariga
Salajru
(Gross fis-Sena)
Nadine Brincat
Senior Executive - Corp. Comm
& Bus. Dev
Lm 6, 774
James Vella
Senior Executive - Finance
Lm 6, 774
Alexander Flores
Senior Executive – Licensng Station
Lm 6, 774
Daniela Magri
Senior Executive - Enforcement
Lm 6, 774
Valerie Visanich
Senior Executive - Enforcement
Lm 6, 774
Herbert Vella
Senior Executive - Enforcement
Lm 6, 774
Andre` Zammit
Senior Executive - Enforcement
Lm 6, 774
Jeffrey Cutajar
Director – Marketing & Promotion
Lm 11, 088
Daniela Mallia
Senior Executive – Research EU
Lm 6, 774
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati man-National Tourism Organisation of Malta/l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati ma l-Awtorita Maltija għat Turiżmu fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 huwa kif ġej:
Sena Impjegati
2000 131
2001 143
2002 156
2003 157
2004 154
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx in-house lawyer impjegat ma' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu? Jista' jgħid min hu u x'salarju għandu?
Jista' jgħid jekk hemmx avukati oħra li jaħdmu bħala konsulenti legali ma' l-Awtorita' u li mhumiex in-house lawyers? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm ġew imħallsa għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu ma għandha l-ebda in-house lawyer.
Il-ħlas ta' l-Avukati li jaħdmu bħala konsulenti legali ma' l-Awtorita` u mhumiex in-house lawyers huwa kif ġej:
Avukati
2000
2001
2002
2003
2004
Grech Vella Tortell and Hyzler
Lm 5376.52
Lm 5694.50
Lm 3766.30
Lm 11,616.75
Lm 4,900.65
sal-lum (9/9/2004)
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha overseas offices l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu?
Jista' jindika l-pajjiżi konċernati?
Jista' jindika wkoll kemm hemm impjegati nies f'kull uffiċċju u jagħti d-dettalji kollha relattivi, inkluż il-karigi rispettivi u x'salarji għandhom u jekk għandhomx fringe benefits?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba diġa ingħatat fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari nru. 6348 (Seduta 146), datata 30 ta' Ġunju 2004 u magħmula mill-Onor. Joseph Cuschieri.
L-impjegati ta' dawn l-uffiċji għandhom fringe benefits relatati mal-grad tagħhom u l-pajjiż li jinsabu fiħ.
Jista' il-Ministru jgħid min huma ċ-chief executives ta' l-overseas offices kollha li għandha l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu u meta ġew maħtura, x'salarji għandhom u xi fringe benefits għandhom?
Jista' jgħid kemm qed jiswa lill-Gvern Malti flus biex jiġġestixxi dawn l-uffiċini?
Jista' jgħid u jagħti dettalji jekk dawn l-uffiċini ġewx mixtrija jew mikrija min-National Tourism Organisation of Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fl-uffiċji ta' barra minn Malta ma hemmx Chief Executives iżda Diretturi.
Rigward il-pagi u il-fringe benefits tagħhom, dawn diġa ġew provduti fit-tweġiba għal Mistosija Parlamentari Nru. 6348.
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għal kumplament tal-Mistoqsija hi kif ġej:
Diretturi f’ Uffiċji barra minn Malta
Ħatra
Micallef Dominic
13.07.91
Galea Joseph
19.07.93
Montague John
27.11.95
Zammit Robert
29.01.96
Micallef Carlo
25.08.97
Caruana Anthony
1.09.97
Spejjeż Operativi għall-Uffiċji barra minn Malta
Olanda
116,003
Belġju
37,663
Svezja
62,610
Ġermanja
243,097
Svizzera
50,604
Awstrija
51,682
Franza
155,241
*USA
88,953
Italja
145,150
Renju Unit
254,901
Russja
85,916
Total
1,291,820
* L-uffiċju magħluq mill-aħħar ta’ Frar 2004
Dawn l-uffiċji huma kollha mikrija.
Jaf il-Ministru li skond il-Management Accounts, għall-kunċert ta' Elton John l-NNG Limited ġiet imħallsa bħala sponsor is-somma ta' Lm1,500? Jaf il-Ministru jekk attwalment din is-somma tħallsitx jew le?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-somma sponsorjata kienet ta' Lm 1,500, li tħallset fil-31 ta' Ottubru 2003.
Awtorita' Maltija dwar it-Turiżmu — Attivitajiet fil-Kottonera
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-MTA fuq attitivajiet f'kull belt fil-Kottonera tul dawn l-aħħar erbgħa snin, sena b'sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa ta' l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu fuq attivitajiet f'kull belt fil-Kottonera tul dawn l-aħħar erba` snin, sena b'sena, kienet kif ġej:
Ottubru 2001 Senglea Festival Lm14,000
Ottubru 2003 Birgu Festival Lm23,000
L-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu qegħda tikkollabora mal-Kunsilli Lokali tal-Birgu, l-Isla, Bormla u il-Kalkara fuq proġett immirat biex ikabbar il-potenzjal turistiku tal-Kottonera.
Bejn is-7 u s-17 ta' Ottubru 2004, l-Awtorita` se ttella l-Malta Historic Cities Festival, li magħtulu se jkun hemm diversi attivitajiet fil-Birgu, l-Isla u Bormla.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw flus mid-dipartiment tal-kultura lill-għaqdiet u individwi ta' kull belt, min kienu u x'kien l-ammont, tul dawn l-aħħar erbgħa snin?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqieghed fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill Onor. Inerpellant.
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6628, jista' il-Ministru jirrispondi dwar l-ammonti kollha ta' flus pendenti dovuti għal xogħlijiet u servizzi li saru/ngħataw?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru.
Irrid niċċara li l-informazzjoni li qed nipprovdi tirreferi għal dawk il-pagamenti dovuti:
(i) fejn l-invoice tkun diġa waslet fil-Ministeru/Dipartiment konċernat;
(ii) fejn il-pagament m'huwiex qed jiġi kkontestat.
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Ħlas pendenti lill-kuntratturi
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus f'xogħol li għamlu l-kuntratturi u li għadhom ma tħallsux u kemm tammonta l-ispiża għal kull kuntrattur sal-lum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Membru ikun aktar speċifiku u jiċċara għal liema tip ta' kuntratturi qed jirreferi.
Ministeru għat-Turiżmu u Kultura — Biljetti ta' l-ajru
Question
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk id-dipartimenti, kumpanniji, awtoritajiet u korporazzjonijiet li f'dawn l-aħħar ħames snin għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija li isimha qed jintbagħat separatament? F'kull każ, kemm kien l-ammont totali involut u jekk intalbux kwotazzjonijiet mingħand aġenti oħra? Jekk intalbu kwotazzjonijiet, liema kienu l-aġenti l-oħra li mingħandhom intalbu l-kwotazzjonijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ebda dipartiment, kumpannija, awtorita` jew korporazzjoni li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tal- Ministeru għat-Turiżmu u Kultura ma għamlu użu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpannija irreferuta mill-Onor. Interpellant.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija naħseb li la jkun prudenti u lanqas prattiku li nipprovdi l-ismijiet kollha ta' dawk l-aġenziji/kumpanniji li minn għandhom intalbu kwotazzjonijiet f'dawn l-aħħar ħames snin.