Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministrujagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti
Question
Jista’ l-Ministrujagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.
Żona residenzjali tas-Salina – xogħol fuq ir-railing
Question
Jista' l-Ministru jindika meta ser jitkompla u allura jitlesta x-xogħol fuq ir-railing fiż-żona residenzjali tas-Salina b’rabta max-xogħol ta' Triq il-Kosta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn ix-xogħlijiet ġew temporarjament sospiżi wara talba mir-residenti, li ġiet aċċettata minn Transport Malta, biex isir xi tibdil fid-disinn. Ix-xogħlijiet għandhom jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin. Ta’ min jinnotta li s-sit kif inhi preżentament huwa wieħed sikur.
Ħaż-Żebbuġ – Triq il-Barun V. Azzopardi – parkeġġ ta’ karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jinvestiga għaliex parkeġġ ta’ żewġ karozzi fi Triq il-Baruni V. Azzopardi f’Ħaż-Żebbuġ inbidel f’parkeġġ għal karozza waħda bil-konsegwenza li qed joħloq inkonvenjent għar-residenti minħabba nuqqas ta’ parkeġġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parkeġġ li qed jirreferi għalih inbidel f’parkeġġ għal karozza waħda minħabba li, b’żewġ vetturi, kien qed jingħalaq l-aċċess għal żewġ garaxxijiet eżistenti li jinsabu fin-naħa ta’ ġewwa tal-isqaq. Apparti minn hekk, minħabba li fil-post indikat m’hemmx bankina, meta kienu jipparkjaw żewġ karozzi, tali kienu wkoll jingumbraw l-aċċess pedonali għal żewġ residenzi privati. Din il-miżura ġiet implimentata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ b’koperazzjoni minn Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xufiera tat-trasport pubbliku humiex inxurjati fis-sewqan tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operatur tat-trasport pubbliku huwa obbligat li jkollu poloz tal-assigurazzjoni validi hekk kif stipulat fil-kuntratt li kien ġie iffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Public Transport.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir minn Transport Malta fir-rigward ta’ vetturi bil-pjanċi ta’ barra li hawn fit-toroq mingħajr ma jkunu ħallsu r-reġistrazzjoni fuq il-vetturi? Kemm saru spezzjonijiet mis-sena 2015 sal-lum fuq dawn il-vetturi u kemm instabu vetturi li mhumiex konformi? Kemm-il vettura inġabret minn Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Artiklu 18 tal-Att dwar ir-reġistrazzjoni u l-liċenzjar ta' vetturi bil-mutur, jistipula li kull vettura rreġistrata f’pajjiz ieħor tista' tiddaħħal u tinstaq f’Malta temporanjament għal perjodu konsekuttiv li ma jkunx jaqbeż seba’ xhur f’perjodu ta' tnax il-xahar iżda, l-Uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll l-Uffiċjali tal-Awtorita' jwaqqfu vetturi reġistrati barra minn Malta u fejn l-vettura tinstab li mhux qiegħda skont ir-regolamenti stipulati, allura dik il-vettura tiġi rmunkata.
Ma tinżammx statistika speċifika tal-ispezzjonijiet li jsiru f’dan ir-rigward. In-numru ta’ vetturi bi pjanċi barranin li nġabru minn Transport Malta matul is-sena 2015 kienu ħamsa.
Transport Malta – uffiċini ġewwa l-Għassara tal-Għeneb
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li l-uffiċini ta’ Transport Malta ġewwa Xatt l-Għassara tal-Għeneb ser jinkrew lil terzi persuni u ser jinstabu uffiċini alternattivi għall-ħaddiema ta’ Transport Malta? X’inhi r-raġuni għal din id-deċiżjoni u x’jagħmel ġustifikata deċiżjoni bħal din?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni finali f’dan ir-rigward. Għaldaqstant ma hemmx iktar informazzjoni f’dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħlijiet indikati fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 23908, 23909, 23910 u 23911, humiex xogħlijiet li jaqgħu taħt Transport Malta, inkella taħt il-kunsilli lokali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Triq
Responsabbilta’
Triq il-Marina (
footpaths
), Pieta
Transport Malta
Triq G'Mangia u Triq Hockham Frere (
surfacing
), Pieta
Kunsill Lokali
Ta' Sarria & Park + Ride Access + Terminus, Floriana
Kunsill Lokali u Transport Malta
Triq Nazzjonali -
safety fencing
, Marsa
Transport Malta
Triq Ħal Qormi – pelican crossing, Marsa
Transport Malta
Triq il-Kanun, Sta Venera
Transport Malta
n/s in Triq San Gorg, Sta Venera
Transport Malta (triq residenzjali ġdida)
Adeleide Cini c/w Vivion / Markiz Scicluna, Sta Venera (Stima għadha qed tiġi maħduma)
Transport Malta (triq residenzjali ġdida)
Tumas Dalli c/w Triq il-Ferrovija, Sta Venera (Stima għadha qed tiġi maħduma)
Transport Malta (triq residenzjali ġdida)
Pelican crossing
at Triq San Ġużepp, Sta Venera
Kunsill Lokali
Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol meħtieġ fil-parti ta' Triq Bellavista li tagħti għal Triq San Ġiljan, f'San Ġwann fejn hemm patch imraqqa’ bil-konkos, fi triq li ġiet identifikata bħala rotta alternattiva waqt ix-xogħol fil-Kappara Junction?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet in kwistjoni jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Għaldaqsant nitlobha tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kumpaniji u/jew individwi li pprovdew materjal, equipment u servizzi biex saru x-xogħlijiet relatati mal-uffiċini l-ġodda ta’ Transport Malta ġewwa l-A3 Towers f’Raħal Ġdid u l-materjal/servizz/equipment li kull kumpanija/individwu pprovda? Dawn is-servizzi/materjal/equipment ġew provduti b’direct order jew b'tender? Kemm hu l-valur ta’ kull direct order/tender?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi-rigward tal-uffiċini l-ġodda ġewwa l-A3 Towers ngħataw dawn ix-xogħlijiet:
Supplier
Description
Tender / Direct Order
Invicta
Office furniture
Tender
BDI Ltd
Office chairs
Tender
Vivendo Projects Ltd
Office furniture u flash doors
Tender
Sirap
Power Supplies
Tender
Motive Services
Generator
Tender
Firetech
Argonite system
Tender
Stereo Vision
CCTV system
Tender
Faro Group
Fire alarm system
Tender
Firstil
Antistatic raised PVC flooring
Direct order
Operatur tat-trasport pubbliku – multi mogħtija minn Transport Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdewx jingħataw multi minn Transport Malta lill-operatur tat-Trasport Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid, xahar b’xahar, x’multi ngħataw, għall-kemm jammontaw fi flus u għalxiex ingħataw dawn il-multi?
Response (MIZZI, JOE)
Nibda sabiex ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt il-ġdid li jirregola is-servizz tat-trasport pubbliku jesiġi li l-operatur tat-trasport pubbliku jipprovdi servizz li huwa affidabbli, sikur, kif ukoll ta’ kwalita għolja f’kuntest ta’ nollijiet regolati. Għaldaqstant, il-metodu li bih jingħataw il-penali minħabba li l-operatur tat-trasport pubbliku ma jkunx aderixxa ruhu mal-esiġenzi li hemm stipulati fil-kuntratt ġew mibnija sabiex jilħqu dan il-għan.
Il-kuntratt il-ġdid jagħmel distinzjoni bejn dawk in-nuqqasijiet li l-operatur jista’ jirranġa, bħal per eżempju f’każ li l-Announcement System fuq karozza tal-linja ma’ tkunx qed taħdem jew taħdem sew, u dawk in-nuqqasijiet fejn l-operatur ma’ jkunx jista’ jirranġa u li jkunu ġew identifikati, bħal per eżempju li xufier jinqabad jitkellem fuq it-telefon ċellulari tiegħu waqt li qed isuq. Tali distinzjoni ma’ kinitx teżisti taħt il-kuntratt preċedenti u l-multi kienu jiġu applikati ġaladarba jiġi innutat xi nuqqas. Irriżulta li l-proċedura li kienet addottata taħt il-kuntratt preċedenti ma tantx kienet timmotiva lill-operatur tat-trasport pubbliku sabiex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati u kien għalhekk li l-proċedura addottata taħt il-kuntratt il-ġdid inbidlet hekk kif ġej:
F’każijiet fejn l-operatur tat-trasport pubbliku jista’ jirranġa n-nuqqasijiet identifikati, dan jingħata:
- perjodu ta’ jumejn min-notifika f’każ li n-nuqqasijiet identifikati jkunu ta’ natura li jirrigwardjaw is-saħħa u sigurta’ tal-passiġġieri sabiex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati;
- perjodu ta’ xahar f’każ fejn in-nuqqasijiet identifikati ma’ jkunux ta’ din in-natura sabiex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati.
Ġaladarba dan il-perjodu jiskadi, l-operatur tat-trasport pubbliku jinforma lil Transport Malta jekk ikunx irranga in-nuqqasijiet identifikati jew le. L-Awtorita’, min-naħa tagħha tibgħat lill-uffiċjali tagħha sabiex tivverifika dak li jkun iddikjara l-operatur tat-trasport pubbliku. F’dawn il-każijiet, il-penali tiġi maħruġa biss jekk in-nuqqasijiet identifikati ma’ jkunux ġew indirizzati hekk kif mitlub minn Transport Malta.
F’ każijiet fejn in-nuqqasijiet identifikati ma jkunux jistgħu jiġu rranġati, Transport Malta toħroġ il-penalitajiet hekk kif kontemplati fil-kuntratt. Il-kuntratt il-ġdid jipprevedi li l-operatur tat-trasport pubbliku jista’ ma’ jaqbilx mal-multi imposti, f’liema każ Transport Malta terġa’ tivverifika dawn in-nuqqasijiet.
Ġie innutat li dan it-tibdil fil-proċedura qed iħalli ir-riżultat mixtieq minħabba li l-operatur tat-trasport pubbliku qed jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex in-nuqqasijiet innutati jiġu rranġati fil-ħin stipulat u għaldaqstant jitjieb il-livell tas-servizz.
Hekk kif jikkontempla il-kuntratt, l-operatur tat-trasport pubbliku beda jiġi nfurmat formalment li jista’ jiġi mmultat għan-nuqqasijiet li jirrigwardaw is-saħħa u s-sigurta’, wara iż-żmien ta’ transizzjoni, jiġifieri mill-1 t’ Ottubru 2015. Skont l-istess kuntratt, l-operatur tat-trasport pubbliku beda jiġi ukoll infurmat formalment, li jista’ jiġi mmultat għan-nuqqasijiet li jirrigwardaw il-kumplament tan-nuqqasijiet innutati mill-uffiċjali ta’ Transport Malta mill-1 ta’ Jannar 2016.
It-tabella t’ hawn taħt tindika n-numru ta’nuqqasijiet li ġew innutati xahar b’xahar, flimkien ma’ nuqqasijiet li ġew indirizzati mill-operatur tat-trasport pubbliku, dawk li ma’ ġewx indirizzati u l-multi li nħarġu f’dan ir-rigward.
Dettalji
Ott-15
Nov-15
Diċ-15
Jan-16
Fra-16
Nuqqasijiet li jistgħu jigu irranġati
Numru ta'
Non-conformities
li ġew innotati
125
90
104
530
200
Nuqqasijiet li ġew irranġati mill-operatur
102
90
104
530
85
Nuqqasijiet li ma ġewx irranġati
23
0
0
0
115
Nota *1
PENALI IMPOSTI
€1,350
€0
€0
€0
€0
Nuqqasijiet innutati jinkludu saħħa u sigurta’, u affarijiet oħra relatati mal-karozza tal-linja.
Nota *1:
Dawn in-nuqqasijiet ta’ Frar 2016 qegħdin fil-perjodu fejn l-operatur għadu fil-ħin li jista’ jirranġa dawn in-nuqqasijiet
Dettalji
Ott-15
Nov-15
Dic-15
Jan-16
Fra-16
Nuqqasijiet li ma jistgħux jiġu rranġati
Nuqqasijiet aċċettati mill-operatur
6
2
8
45
Nuqqasijiet li qed jiġu riveduti mal-operatur
0
0
0
163
Total ta' Nuqqasijiet
6
2
8
208
Nota *2
PENALI IMPOSTI
€850
€500
€1,900
€4,750
Nota *3
Nuqqasijiet innutati jinkludu saħħa u sigurta’, devjazzjonijiet mir-rotta, nuqqasijiet relatati mal-karozza tal-linja u nuqqasijiet mix-xufiera u impjegati tal-operatur.
Nota *2 Fi Frar 2016 ġew innutati total ta' 96 non-conformities li qegħdin fl-istadju fejn l-operatur tat-trasport pubbliku jrid jipprovdi ir-risposta tieghu.
Nota *3 L-ammont ta’ €4,750 jirelata ma’ dawk in-non-conformities li s’issa ġew maqbula mal-operatur tat-trasport pubbliku. Din il figura tista’ tiżdied ġaladarba jiġu ivverifikati il-kumplament tal-163 non-conformity.
Taħt il-kuntratt preċedenti, l-operatur tat-trasport pubbliku kien jiġi mmultat għan-nuqqas ta’ puntwalita’ u dak li kien magħruf bħala Maximum Waiting Time jew kemm persuna iddum tistenna sabiex taqbad il-vjaġġ tagħha. Dawn in-nuqqasijiet kienu jiġu nnutati permezz ta’ osservazzjonijiet li kienu jagħmlu persuni li jkunu allokati f’ċertu lokalitajiet f’ċertu ħinijiet. Dan kien ifisser li:
· Mhux ir-rotot kollha kienu qegħdin jiġu osservati sabiex jiġi nnutat l-andament taghhom;
· Li kien diffiċli jiġi determinat jekk il-
Maximum Waiting Time
kienx qed jiġi miżmum.
Il-kuntratt il-ġdid ikejjel il-livel tas-servizz mil-lat ta’ affidabbilta’, jiġifieri li l-vjaġġi li kellhom issiru attwalment sarux, kif ukoll li l-vjaġġi li saru, sarux skont l-iskeda, b’tolleranza sa massimu ta’ 10 minuti liema tolleranza tiddependi fuq il-frekwenza tar-rotta. Tibdil ieħor huwa li, kemm il-puntwalita’ kif ukoll l-affidabilita’ tas-servizz, fil-kuntratt il-ġdid, qed tiġi imkejla fuq perjodu ta’ xahar minflok fuq perjodu ta’ ħmistax-il ġurnata, kif kien taħt il-kuntratt preċedenti. Dawn iż-żewġ rekwiżiti issa qegħdin jiġu mkejla pemezz tal-informazzjoni li qed tiġi trasmessa permezz tal-GPS li hemm f’kull karozza tal-linja u għaldaqstant il-moniteraġġ fuq l-andament tar-rotot qiegħed isir fuq kull rotta waqt li is-servizz ikun qiegħed jopera. L-osservazzjonijiet li jsiru b’mod manwali minn uffiċjali ta’ Transport Malta jservu sabiex l-informazzjoni li tinġabar permezz tal-GPS tiġi verifikata.
Kien ippjanat li n-network il-ġdid jiġi ntrodott f’fażijiet differenti li kellhom jibdew f’Settembru 2015. Din l-introduzzjoni gradwali kienet tippermetti lill-operatur tat-trasport pubbliku biżżejjed żmien sabiex jiffamiljarizza ruhu mar-rotot il-ġodda, bil-penali li jirrigwardjaw il-puntwalita’ u l-affidabilita’ jidhlu fis-seħħ mill-ewwel ta’ Jannar 2016. Minħabba l-problemi industrijali li ffaċċja ruhu magħhom l-operatur tat-trasport pubbliku, dan ma setax iseħħ kif kien ippjanat u kien biss għall-aħħar ta’ Diċembru 2015 li il-maġġoranza tan-network il-ġdid seta’ jiġi ntrodott. Dan fisser li l-operatur tat-trasport pubbliku kellu bżonn perjodu ta’ żmien sabiex jkun jista’ jiffamiljarizza ruhu mar-rotot il-ġodda qabel ma’ jiġi espost għall-multi marbuta ma’ puntwalita’ u affidabilita’, liema proċess beda fl-1 t’April 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex qed tagħmel spezzjonijiet fuq ir-rotot li qed isiru mill-operatur tat-Trasport Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’tip ta’ spezzjonijiet isiru u x’użu qed isir minnhom? L-operatur tat-Trasport Pubbliku qiegħed jiġi ppenalizzat f’każ ta’ nuqqasijiet u/jew infringements?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 24225.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma’ Transport Malta minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema sezzjonijiet u f’liema pożizzjoni ġew impjegati dawn il-ħaddiema? Kemm għandhom pagi u perkaċċi oħra dawn il-ħaddiema?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti li waslu fid-direttorat kkonċernat għal dak li jirrigwarda l-ksur ta' regolamenti tal-bini, matul l-aħħar tnax-il xahar? Jista' jagħti l-istess informazzjoni, din id-darba xahar b'xahar għal dak li jikkonċerna kontravenzjonijiet irrapurtati fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? X'passi ttieħdu dwar dawn ir-rapporti ta' ksur tar-regolamenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini rċieva 4859 rapport bejn l-1 ta’ April 2015 u l-31 ta’ Marzu 2016, 413 minnhom fir-rigward ta’ San Pawl il-Baħar. Il-passi li ttieħdu kienu skont il-mertu ta’ kull każ.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18863, jista’ l-Ministru jgħid fejn preċiżament qiegħed il-bus shelter li hu indikat li twaħħal f’Buġibba/Qawra? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jitwaħħlu iktar shelters matul din is-sena, u fejn hu mistenni li jitwaħħlu dawn l-istess shelters?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bus shelter li kien indikat li twaħħal ġewwa Buġibba/Qawra fir-risposta li nghatat għall-mistoqsija parlamentari 18863 qiegħed biswit il-ground tal-football tas-Sirens fi Triq il-Wileġ.
Hekk kif kont aċċennajt drabi ohra, Transport Malta qed tiltaqa ma’ diffikultajiet mall-kuntrattur eżistenti sabiex jiġu nstallati bus shelters ġodda. Għaldaqstant, Transport Malta qegħda fi proċess li ssib alternattivi oħra, liema alternattivi ser ikunu mħabbra fil-futur qrib, sabiex jiġu nstallati bus shelters f’diversi lokalitajiet.
Billi xi ġimgħat ilu kien ingħad li Transport Malta kellha tagħmel spezzjoni fuq il-bus shelter li hemm qrib il-knisja tal-Kapuċċini fix-Xemxija biex tkun tista' tevalwa x'għandu jsir biex dan il-bus shelter ikun jista’ verament jaqdi l-funzjoni ta' bus shelter, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt din l-ispezzjoni saritx, u x'passi ttieħdu wara l-istess spezzjoni? Jekk għadhom ma ttieħdux passi, jista' jagħti tagħrif dwar meta hu maħsub li jittieħdu l-passi neċessarji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li saret spezzjoni minn uffiċċjal ta’ Transport Malta fuq il-bus shelter li hemm fuq il-bus stop jismu “Xemxija” li jinsab fil-viċinanzi tal-Knisja tax-Xemxija. Infurmat ukoll illi ntalbu stimi sabiex dan il-bus shelter jiġi miżbugħ kif ukoll jitwaħħal bank fejn persuna li tkun qegħda tistenna l-karozza tal-linja tkun tista’ togħqod bilqegħda.
Billi huma bosta l-kunsilli lokali li għandhom bżonn ta' xogħol fit-toroq tagħhom, li ma jistgħux jagħmluh bil-fondi li għandhom, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-fatturi li jittieħdu inkonsiderazzjoni meta jiġi deċiż li ċertu xogħol isir minn Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nibda biex ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tal-kunsillli lokali huma u jibqgħu responsabbilta’ tal-istess kunsilli lokali. Transport Malta hija responsabbli biss min-network ta’ toroq arterjali u distributorji, asfaltar ta’ toroq residenzjali ġodda u proġetti oħra infrastrutturali li minn żmien għal żmien jiġu assenjati lilha mill-Gvern ċentrali. Dan kollu jsir skont fondi disponibbli.