Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31149 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Billi l-Kumpanija Gozo Channel hija kumpanija parastatali, ma taħsibx li huwa fl-interess pubbliku li wieħed ikun jaf b'kemm qed jiġi sponsored kull programm tal-PBS 'Bondi Plus' ta' Where's Everybody?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa' għidt, il-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali. Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31004 waqt is-Seduta numru 682.
Leg 9 PQ #31155 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Istitut tal-Arti u d-Disinn

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qed jagħmel il-Kunsill Nazzjonali ta' l-Artiġjanat biex jiżgura li fl-Istitut tal-Arti u d-Disinn ta' Tarġa Gap jibqgħu jiġu mrawwa żgħażagħ fl-oqsma ta' artiġjanat bħall-filigram, ċeramika eċċ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Kunsill Nazzjonali ta' l-Artiġjanat iżomm kuntatt ma' l-imseħbin kollha li għandhom il-kompitu li jippromwovu u jrawmnu l-ħiliet meħtieġa sabiex is-snajja u l-artiġjanat Malti jissaħħu u jimxu 'l quddiem. L-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn li twaqqaf fil-bidu ta' din is-sena skolastika ġabar fih l-aħjar elementi miċ-Ċentru ta' l-Arti u d-Disinn Emvin Cremona tal-Belt Valletta u mill-Iskola ta' l-Artiġjanat Salvatore Dimech ta' Tarġa Gap. Il-Kunsill huwa sodisfatt li, bħala miżura immedjata, il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni sa mis-sena li għaddiet beda programm intensiv ta' refurbishment tal-workshops ta' Tarġa Gap. Bħala eżempju wieħed jista' jsemmi li reġa' infetaħ il-workshop tal-metalcraft, u kiber il-workshop tl-fidda u l-ġojjellerija. Infetħu korsijiet ġodda li jikkumplimentaw il-korsijiet ta' artiġjanat u li fil-futur jistgħu joffru impjiegi ġodda għaż-żgħazagħ, bħal ngħidu aħna il-kors tal-fashion design li jikkumplimenta l-kors tal-ħjata u il-kors ta' l-interior design li jikkumplimenta numru ta' snajja' f'diversi materjali bħal injam, ċeramika u metal. Dawn il-korsijiet huma kollha pprovduti fl-istess Istitut ta' l-Arti u d-Disinn. Fil-futur qrib ser jinfetħu korsijiet ta' filgħodu fil-ganutell, fil-bizzilla - kemm għall-prinċipjanti kif ukoll għal dawk li diġa laħqu ċertu livell ta' kompetenza - fit-tailoring u dressmaking u fil-curtain making. Ser jinfetħu korsijiet oħra, li jinżammu matul filgħaxija, fil-filigranu u fl-istained glass. Il-Kunsill jibqa' jagħmel l-almu tiegħu biex jidentifika u jiżgura li l-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn iservi ta' punt ta' riferenza għal dawk l-artiġjani li jkunu jixtiequ xi għajnuna teknika fil-kamp ta' l-attivita' tagħhom, b'mod speċjali f'dak li jirrigwarda d-disinn u l-innovazzjoni.
Leg 9 PQ #31013 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Swatar — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jsir street lighting quddiem il-garages li hemm fuq in-naħa ta' wara ta' l-appartamenti tal-gvern, f'tas-Swatar, Msida?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #31020 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' l-Enemalta ġewx infurmati minn qabel li l-paga tagħhom kellha tingħata lilhom kull 4 ġimgħat u mhux kull ġimatejn kif kien isir qabel? X'inhi r-raġuni għal dan it-tibdil?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta kienu nfurmati minn qabel li l-paga kellha tingħatalhom fix-xahar. Għall-ewwel, l-impjegati li huma fi skala ta' pagi 14 jew aktar 'l fuq, bdew jitħallsu bix-xahar b'seħħ mit-28 ta' Settembru tas-sena l-oħra. L-impjegati li huma fi skali ta' paga bejn 15 u 20, ser jibdew jitħallsu fix-xahar b'seħħ mill-aħħar ta' dan ix-xahar. Iċ-ċirkulari numru 84 f'dan ir-rigward kienet inħarġet fis-26 ta' Novembru 2001. Dan it-tibdil sar għal raġunijiet amministrattivi.
Leg 9 PQ #31021 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta għandhiex dejn mal-pajjiżi Għarab? Jekk iva, kemm għandha tagħti u mill-liema snin, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-uniku self li ħadet il-Korporazzjoni Enemalta minn pajjiżi Għarab u li għadu qed jitħallas, kien dak li ttieħed mill-Kuwait fl-1990 sabiex jiġi jinanzjat parti mill-proġett tal-Power Station ta' Delimara. L-ammont imsellef kien ta' 3,708,141 dinar tal-Kuwait. Sa llum tħallas lura l-ammont ta' 2,965,641 dinar. Il-bilanċ ta' 742,500 dinar jitħallas fl-1 ta' Lulju 2004, id-data ta' meta huwa dovut l-aħħar pagament.
Leg 9 PQ #31023 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jikkonferma li dan l-aħħar fil-Maltacom, Għawdex, ħarġet ċirkolari sabiex il-branch office tar-Rabat u tax-Xewkija jiġu amministrati minn żewġ persuni Maltin li huma kapijiet ta' Dipartimenti fil-Maltacom f'Malta? Jista' wkoll jgħid kif fuq kollox hemm għidut persistenti f'Għawdex kollu, li din l-mossa saret sabiex jingħata ċ-ċans li toħroġ applikazzjonijiet fuq skala 5 jew akbar u dan biex tingħata promozzjoni fl-amministrazzjoni ġewwa Għawdex?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ċ-ċirkulari li qed issir riferenza għaliha, fil-fatt ħarġet. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ta' min jgħid li l-Ftehim Kollettiv bejn il-Maltacom u l-General Workers' Union jipprovdi l-proċedura li għandha timxi biha l-Kumpanija fl-għoti ta' promozzjonijiet u/jew mili ta' vakanzi, kemm fil-gradi eżistenti kif ukoll f'oħrajn ġodda li jistgħu jinħolqu bi ftehim bejn iż-żewġ naħat. S'issa l-management tal-Maltacom ma kellu ebda laqgħa mal-General Workers' Union dwar dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant peress li ma ġiet identifikata ebda vakanza li trid timtela.
Leg 9 PQ #31033 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk abbużi telefoniċi ripetuti fuq in-numri li qed nibgħat separatament humiex jiġu investigati mill-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni kollha meħtieġa u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi li jidhrilha xierqa.
Leg 9 PQ #31074 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bini ta' Vapuri — Libja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur sarux xi laqgħat mal-Gvern Libjan dwar bini ta' vapuri mal-Libja? Jekk iva, meta saru laqgħat? Kien hemm talba biex jinbnew vapuri mit-Tarzna ta' Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar sentejn saru, u fil-fatt għadhom għaddejjin, taħdidiet ma' kumpanija Libjana dwar il-possibilta' li jinbnew vapuri f'pajjiżna. Peress li kif għidt, it-taħdidiet għadhom għaddejjin, ma naħsibx li jkun prudenti li nagħti aktar dettalji.
Leg 9 PQ #31117 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

High Voltage

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex il-provvista ta' l-elettriku ġewwa ħaż-Żabbar titjieb peress li għadd ta' areas qed ripetutament ikollhom high voltage partikolarment Triq il-Magħsar u l-Madwar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li fl-inħawi ta' Triq il-Magħsar diġa' sar xogħol ta' balancing biex tittaffa l-problema. Hemm ukoll il-ħsieb biex tissaħħaħ is-sistema ta' vultaġġ baxx. Barra minn hekk huwa ppjanat li tinbena substation fl-inħawi ta' Triq is-Saqwi bħala soluzzjoni permanenti.
Leg 9 PQ #31122 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Miżuri — Kontroll

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x'tip ta' miżuri qed jittieħdu biex jiġi kkontrollat abbuż fil-prezzijiet tal-ħaxix (vegetables) frisk lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn informazzjoni li għandha d-Diviżjoni għall-Kummerċ jidher li matul dawn l-aħħar xhur ma ġewx irrapurtati abbużi fil-bejgħ ta' dawn il-prodotti.
Leg 9 PQ #31129 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Karozzi — Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid teżistiex statistika dwar kemm hawn 1 karozzi jużaw fuel leaded 2 karozzi jużaw fuel unleaded 3 karozzi b'catalyctic converter għas-snin 1997 - 2001 sena b'sena? Tista' tpoġġi din l-istatistika fuq il-mejda tal-kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ma jżommx l-istatistika kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #31135 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jkunu fil-programm ta' din is-sena 2002 għall-estenzjoni ġodda tal-bozoz fil-Fgura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul din is-sena, il-Korporazzjoni Enemalta qed tippjana li twaħħal lampi ġodda f'dawn it-toroq fil-Fgura żewġ lampi fi Triq Sant'Antnin tlettax-il lampa fi Triq Ħaż-Żabbar, minn Triq San Tumas sa Triq il-Karmnu. Fil-fatt 7 lampi diġa' ġew installati ħdax-il lampa fi Triq Ħaż-Żabbar, minn Triq il-Karmnu sa Triq iż-Żejtun tlitt lampi fi Triq il-Ġojjin, u erba' lampi fi Triq l-Iskola.
Leg 9 PQ #31137 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

M'Skala — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru new lightning fi Triq l-Aħdar u Triq il-Munxar M'Skala meta l-applikazzjoni għalihom ilha li saret snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ biex jitwaħħlu lampi ġodda fit-toroq imsemmija għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet simili oħra. Kif kelli okkażjoni ngħid drabi oħra, minħabba diversi fatturi, mhux possibbli tingħata data meta x-xogħol mitlub isir.
Leg 9 PQ #31141 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Possibli l-Enemalta tieħu passi biex tirrimedja qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku li qed jiġi ta' spiss kull meta tagħmel raxxa xita fl-indirizz li qed nhemeż under separate cover? Billi bosta residenzi f'dawn l-inħawi ta' spiss qed jispiċċaw bla elettriku, tista' l-Enemalta tara x'inhi l-problema u tipprova tirrimedja s-sitwazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ilment imsemmi ġie nvestigat u jirriżulta li matul dan ix-xahar kien hemm qtugħ tal-provvista f'żewġ okkażjonijiet. Diġa' sar xogħol ta' balancing biex tittaffa l-problema. Hemm ippjanat xogħol ieħor ta' tisħiħ fuq is-sistema ta' vultaġġ baxx biex tkompli tissaħħaħ il-provvista ta' l-elettriku.
Leg 9 PQ #31173 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: CLAUDE MUSCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija stmata l-ispiża finanzjarja f'termini ta' pagi mill-Maltacom wara li kellhom jissewwew l-inġustizzji fil-promozzjonijiet ta' diversi gradi qabel l-elezzjoni ġenerali ta' l-1998? Jista' jaqsam din l-ispiża skond il-5 gradi ta' promozzjonijiet li saru? Kemm kienet stimata l-ispiża finanzjarja f'termini ta' paġi qabel ma nħolqu dawn l-inġustizzji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li s'issa, t-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji, iddeċieda li saret inġustizzja fi tnejn u tletin każ. B'riżultat ta' dawn id-deċiżjonijiet, tħallset is-somma ta' madwar Lm90,000 f'arretrati u kumpens. Tlieta u għoxrin każ li ġew deċiżi mit-Tribunal bħala li saret inġustizzja, sa issa għadhom fil-proċess li jinħadmu.

Impjiegi — Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema aġenziji/korporazzjonijiet jistgħu jimpjegaw żgħażagħ taħt it-18-il sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali li d-Dipartiment tax-Xogħol jifforma parti mid-dekasteru tiegħu.
Leg 9 PQ #31184 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Farsons — Monitoring

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal PQ 31014 jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed isir monitoring tas-sitwazzjoni biex jiġi assigurat li ma jsirx abbuż tal-posizzjoni dominanti li jista' issa għandhu Farsons fil-qasam tal-luminata wara l-akkwist tas-7 up? Jista' jagħti rendikont lill-Kamra x'riżultati ta' dan il-monitoring s'issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-monitoring tas-suq tal-luminata isir regolarment u ma jirriżultax li hemm xi abbuż minn dominanza fis-suq. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi lment ta' abbuż minn dominanzi, nissuġġerilu li jressaq dan l-ilment lill-Uffiċċju tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni.
Leg 9 PQ #31005 Sitting 684 2002-01-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Swatar — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jsir street lighting adegwat quddiem Block A2, Block B1, u Block B2 tas-Swatar H.E. li jkunu kollha fid-dlam bil-lejl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #31014 Sitting 684 2002-01-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Uffiċju għall-Kompetizzjoni Ġusta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li d-ditta 7-Up inxtrat minn Farsons mingħand il-familja Portainer sarx idaġni mill-uffiċju għall-Kompetizzjoni Ġusta biex jara jekk dan in-negozju poġġiex lill-Farsons f'dominant position fis-suq? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn waslet din l-investigazzjoni u x'riżultati ħalliet s'issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta isegwi mill-qrib kull żvilupp li jseħħ fis-suq li jista' jkollu effett fuq il-kompetizzjoni. Tajjeb jingħad ukoll li mhux il-pożizzjoni dominanti fis-suq li tikkostitwixxi ksur tal-liġi, iżda l-abbuż minn din il-pożizzjoni. Madanakollu, l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta ser isegwi iżjed mill-qrib l-andament tas-suq tas-soft drinks minħabba l-fatt li kien hemm tnaqqis ta' l-operaturi f'dan is-settur.
Leg 9 PQ #30976 Sitting 683 2002-01-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm mill-Enemalta biex jiżdiedu d-dwal pubbliċi fit-toroq mudlama ta' Baħar iċ-Ċagħaq li tant huma ta' nkonvenjent għar-residenti tal-irħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tippjana li żżid id-dawl f'numru ta' toroq f'Baħar iċ-Ċagħaq. Huwa ttamat li l-Korporazzjoni tkun tista' twettaq ix-xogħol meħtieġ fi żmien mhux il-bogħod.