Legislature:
Category:
Reset
Active:

Protokol Taljan — Bini ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21308 u 21617 u b'riferenza għat-toroq li saru mill-fondi tal-Protokol Taljan, jista' il-Ministru jagħti: a) il-valur tax-xogħlijiet għal kull triq; b) it-tul ta' kull triq; c) kemm tħallsu flus f'expropriation ta' proprjeta' għal bini tat-toroq; d) x'inhu l-ammont ta' fondi li nħarġu mill-Gvern Taljan għal kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar Bypass

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21621 u jgħid kemm hu stmat ix-xogħol ta' kostruzzjoni għall-irranġar ta' dik il-parti tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar li ċediet minħabba xogħol ta' eskavar minn kuntrattur privat? Min se jħallas għal dan ix-xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f'seduta oħra

Bormla — Pjazza G. Gulia

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20201, u dan dwar xogħol meħtieġ fuq il-kaptelli fi Pjazza G. Gulia, Bormla, jista' il-Ministru jgħid jekk it-tender għall-istess xogħlijiet ġiex aġġudikat u jekk fl-affermattiv, meta se jibdew ix-xogħlijiet u x'se jkunu jinvolvu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għall-manutenzjoni tal-manhloes ħareġ u ġie aġġudikat fil-ġranet li għaddew. Ser issir laqgħa mall-kuntratturi biex dawn ix-xogħolijiet ikunu jistgħu jibdew minnufih kif jinħareġ il-permess. Ix-xogħlijiet ser jinkludu tindif estensiv, manutenzjoni tal-culvert u tibdil tal-gradilji eżistenzi.

Proġetti f'Ħad-Dingli

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi ta' kull triq li ġew magħżula wara proċess ta' tender biex jagħmlu toroq jew proġetti oħra bħal ġonna f'Ħad-Dingli u meta hu mistenni li jibda u jispiċċa kull xogħol f'kull triq u/jew proġett rispettiv?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ADT ikkonkludiet u tghat it-tenders għal żewġ toroq residenzjali f'Ħad-Dingli:- Triq Ġdida fi Triq Dun Karm Frendo:- Kuntrattur: V& C Contractors Ix-xogħol jibda meta jinħarġu l-permessi meħtieġa mill-MEPA Daħla tas-Sienja:- Kuntrattur: Bonnici Bros Ltd. Ix-xogħol jibda fil-ġimgħat li ġejjin u mistenni jdum 8 ġimgħat.

Toroq Arterjali — Twaħħil ta' Tabelli

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21298 u 21558 u jgħid: B'riferenza għat-tabelli li twaħħlu fit-toroq arterjali, jista' il-Ministru jgħid kemm kellhom jitwaħħlu tabelli u kemm fil-fatt twaħħlu u kemm ġew imkissrin u/jew mibdula jew se jinbidlu? Kemm kienet l-ispiża kollha ta' dan il-kuntratt u kemm tħallsu flus s'issa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' tabelli li ġew mwaħħla s'issa huwa 306, li jammontaw għall-valur ta' Lm 387,629.73. Dan il-prezz jinkludi l-pedamenti, l-gantry poles, is-signboards, is-sign brackets u l-installazzjoni ta' kull tabella. L-ammont ta' tabelli li għad iridu jiġu mwaħħla huwa ta' 26, li huma stmati li jiswew madwar Lm 30,903.35. L-ammont ta' tabelli li ġew irranġati jew mibdula mħabba ħsarat fihom kien ta' 134 - ikkawżati jew minn inċidenti tat-traffiku jew inkella minn atti ta' vandaliżmu. Dawn it-tabelli swew Lm 31,316.28.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21335 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali li ġew upgraded mill-2003 sal-lum? X'kien it-tul ta' kull triq u x'kienet l-ispiża tax-xogħlijiet? Liema huma t-toroq li qiegħed isir xogħol fuqhom bħalissa u x'inhu t-tul tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Cottonera Waterfront

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21533 u jgħid liema partijiet tal-proġett tal-Cottonera Waterfront tlestew sal-lum kif previsti fil-kuntratt? Liema huma x-xogħlijiet li fadal isiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Floriana — Pelican lights

Question

Jista' il-Ministru jara li l-pelican lights fi Triq Sant'Anna l-Floriana jiġu kkontrollati mill-wardenswaqt ir-rush hours biex jiġu evitati traffic jams kawżati minn użu kontinwu ta' dawn il-lights?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari ta’ l-Onorevoli Interpellant t-Taqsima għall-Immanniġġjar tat-Traffiku hija infurmata li l-pelican lights li hemm fit-triq Sant’Anna, l-Furjana sa mill-lum 6 ta’ Novembru 2006 ġew sinkronizzati mas-sistema mat-Traffic Lights junction li hemm biswit il-Funtana ta’ l-Iljun sabiex il-kontrol tat-traffiku jkun integrat u għaldaqstant is-sistema tat-traffiku tkun iktar effiċjenti u jitnaqqsu l-kjuwijiet u d-delays tat-traffiku.

San Ġwann — Bus 41

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Bus 41 mhijiex tgħaddi minn San Ġwann regolarment kull nofs siegħa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li preżentament din ir-rotta qed issir kif suppost, jiġifieri kull nofs siegħa. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jekk għandu xi każ partikolari, jinfurmani bid-data u l-ħin sabiex l-ADT tkun tista' tagħmel spot checks fuq din ir-rotta.

Kappara — Sliema Road

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li tiġi asfaltata Sliema Road, Kappara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 21791.

Triq bejn il-Madliena u l-Għargħur

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li t-triq li qegħda bejn il-Madliena u l-Għargħur, ħdejn Busietta Gardens, tidħol fl-iskema tax-xogħlijiet peress li din il-biċċa hi l-unika biċċa li ma saritx u qegħda fi stat ħażin ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi t-triq imsemmija mhiex triq residenzjali u għaldaqstant ma setgħetx tiġi nkluża fil-lista ta’ 450 triq li jridu jsiru sas-sena 2008. Madanakollu din it-triq se tiġi ikkunsidrata biex tiġi nkluża fil-programm ta’ toroq li ser issirilhom rideability u għaldaqstant ix-xogħol isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Valletta Waterfront

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mill-proposta sabiex jiġi introdott servizz ta' aċċess vertikali bejn il-Valletta Waterfront u ċ-ċentru tal-Belt li kienet tħabbret aktar kmieni din is-sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-permess outline PA 2211/06 għall-proġett msemmi għadda din il-ġimgħa. It-tender bil-permessi anness għandu jiġi ppublikat fil-ġimgħat li ġejjien.

Emmissions tal-Vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk it-testijiet fuq l-emmissions tal-vetturi bediex isir mill-wardens? Jekk fl-affermattiv, kemm saru testijiet s'issa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li s'issa l-wardens għamlu 2,631 testijiet tal-emission bejn it-12 ta’ Ġunju u t-27 t’Ottubru 2006.

EU — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra t-total ta' proġetti ta' toroq u junctions li ġew sottomessi għall-fondi mill-Unjoni Ewropea bl-ispiża stmata għal kull proġett separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Park & Ride — Aċċess għal persuni b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk persuni b'diżabilita' hux se jkunu jistgħu jidħlu l-Belt mingħajr restrizzjoni finanzjarja meta jibda jopera l-proġett tal-Park & Ride?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-Park and Ride fejn vetturi jitħallew f’Belt il-Ħażna u jintuża servizz ta’ shuttle bus lejn il-Belt huwa b’xejn. Uħud mix-shuttle buses ser ikunu attrezzati lijakkomodw persuni b'wheelchair. Fil-każ tas-sistema tal- Controlled Vehicular Access fil-Belt, persuni li għandhom diżabilita’ u jaħdmu l-Belt ħa jkunu eżenti minn kull ħlas. Persuni li llum jgawdu mill-eżenzjoni tal- V licence minħabba diżabilita ħa jingħataw kreditu ta’ Lm20 fuq il-kontijiet tas-sistema.