Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vouchers għall-prodotti Gluten Free

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux konxju li bi €30, persuna li hi ntitolata għall-prodotti gluten free tista’ biss tixtri ftit oġġetti u li dawn ma jservux għal xahar sħiħ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija palamentari 17257.

Vouchers għall-prodotti Gluten Free — diffikultajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx li l-persuni intitolati għall-vouchers tal-prodotti gluten free qed isibu diffikultajiet kbar? X'rimedju biħsiebu joffri lil dawn il-persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għat-tweġiba tal-mistoqsija palamentari 17257.
Leg 12 PQ #17400 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

IL-Qawra — Triq il-Fliegu u Triq il-Merluzz - Wires tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Enemalta, jieħu l-passi neċessarji biex ammont ta' wires tal-elettriku li jinsabu fi Triq il-Fliegu kantuniera ma' Triq il-Merluzz l-Qawra, u l-inħawi tal-istess kantuniera, jitneħħew, għaliex qed ikunu ta' periklu għal dawk li joqogħdu f'dawn l-inħawi, u qegħdin ukoll ikerrhu l-istess inħawi, meta faċilment jistgħu jsiru b'mod ieħor li ma jibqgħux ikunu ta' periklu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Enemalta li l-wires tal-elettriku fil-post imsemmi mhumiex perikolużi u huma essenzjali għal provista tal-elettriku tal-akwati. Għal dawn ir-raġunijiet il-wires mhux se jitneħħew. Madanakollu jekk din hija raġuni ta' dehra estetika, dawn jistgħu jiġu mgħoddija minn ġo dorga. Il-klienti jistgħu japplikaw biex dan isir.
Leg 12 PQ #17438 Sitting 284 2015-07-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – proċess tal-privatizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Kemm-il sottomissjoni kien hemm? Min huma l-membri ta’ kull konsorzju li għamel sottomissjoni tiegħu għal dan il-bid li sar mill-Gvern? Kif beħsiebu jimxi l-Gvern f’dan il-proċess u meta hu mistenni li jingħalaq il-proċess ta’ privatizzazzjoni u l-konsorzju magħżul biex jieħu l-isptar f’idejh? Jista jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 17216 li evita li jwieġeb għal kollox u ċjoè meta saru l-laqgħat mal-unions li jirrapreżentaw il-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex dwar il-privatizzazzjoni u x’informazzjoni ġiet mogħtija lill-unions dwar il-futur tal-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’ Għawdex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm l-ebda process ta’ privatiżżazzjoni u li s-servizz tas-saħħa se jibqa’ b’xejn . Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal dak li ilu fid-dominju pubbliku sa mid-19 ta’ Mejju 2015, jiġifieri d-data meta għalqet is-sejħa pubblika għall-proposti (RFP) tal-Isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dakinhar fil-preżenza tal-pubbliku nfetħu t-tender boxes u tħabbar li Kien hemm tliet sottomissjonijiet u li dawn kienu Vitals Global Healthcare Ltd, Image Hospitals and BSP Investments Ltd. Is-Sibt 27 ta’ Ġunju 2015, Projects Malta Ltd ħabbret li wara l-proċess ta’ evalwazzjoni Vitals Global Healthcare ntagħżel bħala l-bidder preferut. Fir-rigward tal-laqghat mal-unions ghal darba’ ohra ninforma lill- Onorevoli interpellant il-laqghat saru u ghadhom qed isiru fuq bazi regolari mal-Unions kollha. Il-Ħaddiema ser jibqgħu impjegati mas-settur pubbliku u ser jinħolqu numru ta’ impjiegi ġodda.

Enemalta – multi imposti fuq il-powerstation tal-Marsa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-multi li kienu imposti fuq l-Enemalta fl-aħħar snin għar-rigward tal-użu tal-powerstation tal-Marsa? Dawn il-multi meta daħlu fis-seħħ? Għaliex kienu imposti? Jista’ jgħid kemm hi l-multa imposta fuq l-Enemalta kuljum u kemm hu l-ammont totali tal-multi imposti fuq l-Enemalta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ħal Tarxien – Triq il-Kurunell Mas — qtugħ fil-provvista ta’elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed ikun hemm qtugħ fil-provvista tal-elettriku ta’ spiss fi Triq il-Kurunell Mas f’Ħal Tarxien?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna ġiet ikkuntatjata.

Kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha ma tirċievi l-kont tad-dawl u ilma għal dawn l-aħħar xhur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ qed jiġi investigat.

Meter tad-dawl – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward stallazzjoni ta’ meter tad-dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet infurmata li s-servizz meħtieġ ser jingħata fil-jiem li ġejjin skont il-proċedura stabbilita.

Il-Qawra – Triq il-Port Ruman – arloġġ tad-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx arloġġ tad-dawl approvat mill-awtoritajiet konċernati sabiex ikun jista’ jingħata d-dawl lill-faċilità tal-iSkateboarding li tinsab fi Triq il-Port Ruman fil-Qawra u f’liema xahar u sena, kien ġie approvat li jitwaħħal dan l-arloġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-faċilita’ tal-iSkateboarding hija f’żona interna tal-Kunsill Lokali u hija qegħda tingħata dawl minn meter li jissuppixxi ż-żona kollha tal-madwar. Il-meter huwa f’isem il-Kunsill Lokali u ġie nstallat ħafna snin ilu.

ARMS — Kont tad-dawl - każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jinqata d-dawl minħabba l-kontijiet tad-dawl pendenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ qed jiġi nvestigat.

Dipartiment tas-Saħħa – Ambulanzi – pompi tal-petrol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn liema pompi tal-petrol qed jinxtara l-fuel tal-ambulanzi u l-vetturi kollha li jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u Mejju 2015 il-vetturi kollha tad-Dipartiment tas-Sahha setgħu jixtru l-fuel mingħand: Industrial Motors, Manoel Island Service Station Ltd, St. Joseph Petrol Station (Frank Cortis), Attard Service Station, GO Fuels – Gozo, JA Borg & Sons Ltd, Salvu Cassar, Vella Service Station, Golden Lion Petrol Station, J.Micallef Service Station, Mario Service Station, VC Service Station, Pit stop Service Complex, Carlo Cini Ltd, Mario Vella Service Station, Cini Service Station, Santa Maria service Station, John Vella, C&V Camilleri, Gatt Service Station, J.Gaff Service Station, J.A. Trading Ltd, Wembley Service Station and Paul & Rocco.

Direttorat tas-Saħħa Ambjentali – riżultati tat-testijiet tal-Bajja s-Sabiħa

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha tar-riżultati tat-testijiet li saru fuq il-kwalità tal-baħar tal-Bajja s-Sabiħa mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali mill-bidu ta’ Ġunju 2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l- Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali jagħmel test kull ġimgħa f’kull bajja. Dawn it-testijiet isiru skont il-kriterji tal-Avviz Legali 125 tal-2008, li fuqhom tiġi klassifikata l-bajja. It-testijiet li jsiru normaslment ikunu għall-Intestinal Enterocci fejn dawn ma jridux jaqbżu l-500cfu/100 mls u għall- Escherichia coli fejn dawn ma jridux jaqbżu l-1000cfu/100mls. Jekk matul dawn it-testijiet jkun hemm darba li dan l-ammont jinqabeż jerġa’ jittieħed kampjun ieħor. Jekk it-tieni kampjun jeċċedi dan l-ammont, il-bajja tingħalaq u jittieħdu kampjuni kuljum. Ikun biss wara li jkun hemm tlett rizultati konsekuttivi li l-bajja terġa tkun miftuħa. Tajjeb li ngħid li dan id-direttorat jimmoniterja 87 bajja u jiġbor kampjun kull ġimgħa biex isiru t-testijiet li semmejt aktar qabel. Id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali jimmoniterja l-kwalità tal-ilma għall-parametri bioloġiċi skont id-direttiva 2006/7/EC. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi ghat-tabelli t’ hawn taht: Tabella A – Dok 1 sa Dok 4 – Rizultati tal-kampjuni DATE OF SAMPLING IDENTIFICATION CODE INTESTINAL ENTEROCOCCI / 100 ML E. COLI / 100ML 1st JUNE 2015 MT0130131500000A14 <15 <15 1st JUNE 2015 MT0130131500000A15 <15 <15 8TH JUNE 2015 MT0130131500000A14 <15 <15 8TH JUNE 2015 MT0130131500000A15 <15 <15 15TH JUNE 2015 MT0130131500000A14 <15 <15 15TH JUNE 2015 MT0130131500000A15 30 <15 22ND JUNE 2015 MT0130131500000A14 <15 <15 22ND JUNE 2015 MT0130131500000A15 <15 <15 Tabella B – Dok 5 – Riżultati tal-kampjuni bħala parti mill-investigazzjoni li saret fil-15 ta’ Ġunju, 2015 mill-analisti tal-laboratorju tas-Saħħa Pubblika fi ħdan l-istess Direttorat DATE OF SAMPLING 15 TH JUNE 2015 TEST RESULT pH: 8.2 @ 24oC Colour: No abnormal colour change Mineral Oils: No film visible on the surface of the water and no odour Surface Active Substances No lasting foam Phenols No specific odour Tarry residuals and floating materials Absent Waste or Splinters Absent.

Floriana Health Centre – servizzi mill-klinika tal-Fibromyalgia

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi se jiġu offruti fil-klinika tal-Fibromyalgia li nfetħet fil-Floriana Health Centre?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l- Onor. Interpellant li s-servizz tal-fibromyalgia clinic jagħmel parti minn Shared programme bejn id-Dipartiment tal-kura primarja u d-Dipartiment tar-Rewmatologija fl-Isptar Mater Dei. Din il-klinika qed toffri servizz ta’ follow-up lil pazjenti stabbli li qed ibaghtu bil-Fibromyalgia.

Floriana Health Centre – Klinika tal-Fibromyalgia

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-klinika tal-Fibromyalgia li nfetħet fil-Floriana Health Centre hijiex verament klinika jew kamra li qed tintuża wkoll minn diversi professjonisti biex jitrattaw kundizzjonijiet differenti u jagħtu servizzi differenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-frasi Fibromyalgia Clinic tirreferi għas-servizz mogħti minn professjonisti, aktar milli għall-binja per se.
Leg 12 PQ #17373 Sitting 283 2015-07-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Triq Patri Ġużepp Calleja - appartament - ħmieġ

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet preċedenti rigward ħmieġ akkumulat f'appartament fi Triq Patri Ġużepp Calleja f'San Pawl il-Baħar, liema appartament ground floor qed iservi ta' miżbla għal dawk li jitfgħu kull tip ta' imbarazz fih filwaqt li r-residenti huma perokkupati minħabba infestazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw, iktar u iktar issa li s-sħana tas-sajf tibda tagħmel tagħha, jista' l-Ministru jaċċetta l-kollaborazzjoni tal-pulizija biex dan il-flat ikun jista' jitnaddaf? Jista' jikkonferma li l-file tal-każ jinstab il-head office u li għalissa għadha ma tteħditx azzjoni biex il-pulizija jkunu jistgħu jikkollaboraw mas-sanità biex il-ħmieġ jitnaddaf?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi peress li l-inkwwelin jinsab barra l-pajjiż, id-Dipartiment tas-Sahha Ambjentali qed jaħdem flimkien mal-pulizija biex jittieħdu l-passi neċessarji.
Leg 12 PQ #17374 Sitting 283 2015-07-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar – ilma unaccounted for

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16971 u jgħid kemm hu l-volum ta’ ilma li qed jitqies bħala unaccounted for fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar, matul l-aħħar sitt xhur, xahar xahar, lokalità b’lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 16661 (sittax-il elf, sitt mija, wieħed u sitting), ninfurmah li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, tuża l-Infrastructure Leakage Index (ILI) li huwa r-ratio Current Annual Real losses diviż bl-Unavoidable Annual Real Losses. Jekk dan ir-ratio ikun 2 ikun riżultat tajjeb, jekk ikollok ri¿ultat ta’ anqas minn 2, ikun riżultat eċċellenti skont din l-industrija. Tajjeb li nsemmu li San Pawl il-Baħar (jinkludi wkoll Xemxija, Buġibba, Qawra, Burmarrad u Salina); il-Mellieħa (sal-Għadira); u n-Naxxar (jinkludi Madliena, Ibraġġ, parti mill-Iklin u San Ġwann) Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tabella hawn taħt li telenka leakage ta’ metru kubu fis-siegħa. Mellieha San Pawl il-Baħar Naxxar 2010 19.32 21.27 11.52 2011 19.28 19.35 12.84 2012 14.91 15.10 12.55 2013 19.32 18.27 12.79 2014 18.31 15.70 9.93
Leg 12 PQ #17375 Sitting 283 2015-07-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Irranġar ta’ mains tal-ilma

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17194 u 16970, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha ma jridx jagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess domandi parlamentari? Billi f'ċertu każijiet jkun hemm ħsarat li jibqgħu jirrepetu ruħhom, jista' jagħti tagħrif dwar xi proċeduri jintużaw qabel ma jkun deċiż li jinbidlu partijiet sħaħ tal-main?

Response (MIZZI, KONRAD)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16970 (sittax-il elf, disa’ mija u sebgħin), ninfurmah illi l-ħsarat u t-tiswijiet fil-mains tal-ilma jammontaw għal 282. Il-postijiet minn fejn saru dawn is-sejħiet u kemm-il darba ġew mgħajjta huma: · Baħar iċ-Ċagħaq – 2 · Buġibba – 4 · Burmarrad – 18 · Magħtab – 8 · Manikata – 3 · Mellieħa – 43 · Naxxar – 45 · Qawra – 1 · Salina – 6 · San Pawl il-Baħar – 149 · San Pawl tat-Tarġa – 1 · Wardija – 2 Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tinforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-maġġoranza tal-ħsarat ikunu fuq servizzi bejn il-mejnijiet u l-meters ġewwa r-residenzi. Dawn jiġu rranġati minnufih. Meta jkun hemm ħsarat repetuti fuq main , jinfetaħ file, isiru l-istimi neċessarji u jinħarġu tenders biex isiru x-xogħlijiet.

ARMS — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ mal-ARMS?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ diġa’ ġie diskuss fid-dettall mal-persuna kkonċernata, li min naħa tagħha kellha tagħmel eżerċizzju sabiex tiġi determinata l-kawża tal-ammont ta’ konsum li qed isir. Fid-dawl ta’ dan qed jerġa’ jsir appuntament ġdid.
Leg 12 PQ #17427 Sitting 283 2015-07-01 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Rabat — floodlights

Question

Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni minnufih sabiex jitranġaw il-floodlights li jixegħlu l-faċċata tal-knisja kolleġġjata ta’ San Pawl ir-Rabat (Malta) li bħalissa jinsabu ma jiffunzjonawx?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet azzjoni minnufih u issa l-floodlights qed jiffunzjonaw kif suppost.

Nies b’problemi ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li hemm persuni bi problemi ta’ saħħa mentali f’pajjiżna u f’liema lokalitajiet jew reġjun jgħixu? Jista’ jinkludi kemm dawk il-persuni li għaddew minn problemi u kemm dawk li qegħdin ibatu minn problemi mentali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.