Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – spejjeż ta’ media events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku – spejjeż ta’ media events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari ghall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – ingaġġ ta’ konsulent
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma tterms of reference li fuqhom ġie ingaġġat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala konsulent tal-Ministeru tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference li fuqhom ġie ngaġġat l-Onor. Silvio Schembri bħala konsulent tal-Ministeru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4901 u jgħid x'inhu l-indirizz tal-uffiċċju li minnu qed taħdem l-envoy speċjali tal-Gvern il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kemm f'Malta kif ukoll fil-pajjiżi barranin li fihom taħdem għall-Gvern Malti bħal dak taċ-Ċina?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lill-kumpanija li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, mill-1998 sa Marzu 2013, mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ u għal liema raġuni ngħata x-xogħol?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u l-Intrapriżi Żgħar — ingaġġ ta’ konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati fil-Ministeru u kemm tħallsu f’konsulenzi s’issa mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn?
Response (CARDONA, CHRIS)
Mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn ġew ingaġġati tlett (3) konsulenti full-time u konsulent part-time mal- Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u l-Intrapriżi Żghar.
It-tlett konsulenti
full-time
huma l-Onor. Silvio Schembri, Dr. Nadine Sant u Mr. David Borg, u dawn ġew ingaġġati mal-Ministeru tal- Onor. Ministru Dr.Chris Cardona, filwaqt li l-konsulent
part-time
hija Dr.Helen Borg Muscat u din ġiet ingaġġata mas-Segretarjat Parlamentari tal-Onor. Dr. Edward Zammit Lewis.
Mid-9 ta’ Marzu 2013 ’l hawn dawn il-persuni tħallsu kif gej:
Isem
Salarju p.a. €
Salarju s'issa €
Car Allw. p.a. €
Car Allw. s'issa €
Expense Allw. p.a. €
Expense Allw. s'issa €
Expertise Allw. p.a. €
Expertise Allw. s'issa €
Onor. Silvio Schembri
33,853
15,746
4,659
2,167
nil
nil
nil
nil
Dr. Nadine Sant
33,853
3,503
4,659
482
2,000
207
20,000
2,000
Mr. David Borg
33,853
14,875
4,659
2,047
nil
nil
nil
nil
Dr. Helen Borg Muscat
16,927
325
nil
nil
nil
nil
nil
nil
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn linji ta' mobile (sim card registration) u kif kiber l-ammont f’dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm-il minuti ta' voice calls u smses isiru fis-sena mill-operaturi kollha f’daqqa?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — riklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm nefqu flus f'kampanji ta' riklamar u sponsorships fuq stazzjonijiet televiżivi u tar-radju, kif ukoll mezzi stampati lokali, l-uffiċċju tiegħu, tas-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f'dawn l-aħħar sitt xhur, maqsuma skont l-istazzjon jew mezz stampat, kemm tal-istat u kif ukoll privati/politiċi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-indirizz tal-uffiċċju li minnu qed taħdem l-envoy speċjali tal-Gvern il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kemm f'Malta kif ukoll fil-pajjiżi barranin li fihom taħdem għall-Gvern Malti bħal dak taċ-Ċina?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid b’mod separat kemm kienet in-nefqa sħiħa għal kull safra (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru ta’ qablu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari fl-2012? Jista’ jgħid min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh, fejn kienet id-destinazzjoni u x’kienet ir-raġuni ta’ kull safra? Jista’ jgħid jekk għal kull safra l-biljetti inxtrawx mingħand l-Air Malta jew jekk hux mingħand il-privat? F’każ li nxtraw mill-privat jista’ jgħid minn fejn inxtraw u jagħti r-raġuni għaliex?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ma kienx jinkludi Segretarjat Parlamentari fl-2012. Il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar qed jipprovdi nformazzjoni dwar in-nefqa fuq safar magħmula mill-ex-Ministru responsabli għall-Ministeru tal-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni.
F’Marzu 2013, il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ġabar fi ħdanu dipartimenti u entitajiet li fil-leġislatura ta’ qabel kien jaqgħu fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, il-Ministeru tal-Infrasttura, Trasport u Kommunikazzjoni u l-Ministeru għall-Kompetizzjoni ġusta, Negozji zgħar u Konsumatur.
L-informazzjoni li qed tingħata għall-din il-mistoqsija parlamentari dwar l-2012 tikkonċerna lil ex-Onorevoli Ministru Austin Gatt. Għaldaqstant, jekk l-Onor. Interpellant jixtieq iżjed informazzjoni dwar nefqa fuq safar fl-2012, huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu wkoll lill dawk il-Ministri kif indikat hawn fuq.
Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandha l-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-Malta Enterprise? X’inhu l-pakkett finanzjarju offrut lil din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-iStamp Design Advisory Committee fassalx il-pjan għall-bolol tas-sena d-dieħla? Jista' jgħid liema huma s-settijiet ta' bolol li mistennija jiġu maħruġa matul l-2014? Jista' jassigura li fost il-bolol tas-sena d-dieħla jkun hemm sett li jfaħħar b'mod sew il-50 anniversarju tal-Indipendenza ta' Malta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, huwiex konsulent tal-Malta Enterprise? Jekk iva meta beda bħala konsulent, kemm hu l-ħlas għas-servizzi tiegħu u kemm irċieva ħlas sal-lum? Jista’ l-Ministru jpoġġi wkoll kopja tal-kuntratt tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4649 u 3882 u jgħid kemm-il direct order ingħata mill-Privatisation Unit mis-sena 1998 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid x’kienu dawn id-direct orders, lil min ingħataw u kemm swew? Jista’ jgħid ukoll fuq liema bażi ngħataw u għaliex intgħażlet il-proċedura ta’ direct order
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4651 u 3862 u jgħid kemm daħlu jaħdmu impjegati ġodda mal-Malta Enterprise taħt it-tmexxija tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Min kienu dawk l-impjegati? Saru interviews? Min għamilhom? Xi rwol ingħataw dawn il-ħaddiema ġodda? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tagħhom flimkien ma’ rendikont tas-salarju tagħhom u l-grad li ngħataw minn dan l-individwu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4652 u 3863 u jgħid jekk iddaħħlux jaħdmu mal-Malta Enterprise persuni li huma relatati, ossija jiġu mill-persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fl-istess żmien li hu kien Chairman tal-Malta Enterprise ? Min kienu? Xi rwol ingħataw? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom? Jista’ jgħid jekk f’tali proċeduri kenitx iddikjarata l-parentela?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.