Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21983 Sitting 452 2000-12-07 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pestiċidi — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-tip u l-kwatita' ta' pestiċidi konnessi mal-qasam tal-biedja li ġew importati f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin, sena sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #21873 Sitting 451 2000-12-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tenders

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' tenders li ħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena? Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati? Kemm għandhom pendenti u kemm ġew irtirati? Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet? Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu u x'inhija ċ-ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena ħarġu dsatax-il tender (19) mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd. Sa issa tlettax ġew aċċettati. (Żewġ tenders minnhom kienu għal bejgħ ta' oġġetti mhux servibbli. Minn dawn d-dipartiment daħħal is-somma ta' Lm778). Ħames tenders għadhom pendenti. Tender waħda kienet giet irtirata għaliex is-somma offruta kienet taċċedi ħafna l-ammont ta' l-istima. Tenders approvati għal xiri ta' oġġetti kien hemm ħamsa (5): Somma mħallsa: Lm26,876-91 Somma pendenti: Lm11,213-00 Tenders approvati ta' Period Contracts kien hemm sitta (6): Somma mħallsa sa issa: Lm10,987-57 Somma pendenti: Skond is-servizz li baqgħalu jingħata.
Leg 9 PQ #21621 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-bdiewa bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena mill-pitkalija ċentrali? Jista' jinfurmana x'kien l-istess dħul għall-bdiewa fl-istess perijodu għas-snin 1997 u 1998 rispettivament u separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-dħul tal-bdiewa bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, 1997, u 1998 mill-Pitkalija Ċentrali kien kif ġej: 2000 Jannar Settembru Lm4,029,737 1997 -do- Lm4,048,197 1998 -do- Lm4,411,188
Leg 9 PQ #21624 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm-il metru ta' ħitan tas-sejjieħ ġew rapportati lill-bdiewa bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena mid-dipartiment ta' l-agrikoltura, inkluż kemm-il metru ta' ħitan tas-sejjieħ tkomplew mill-ħaddiema fuq il-proġett taċ-Chadwich Lakes? Jista' jagħti l-istess tagħrif għall-perijodu tas-snin 1997 u 1998 rispettivament u separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena, id-dipartiment irranġa 556 metri kwadri ta' ħitan tas-sejjieħ. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar il-perjodu 1997 u 1998, meta hu stess kien Ministru, għad trid tinġabar u tingħatalu f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21625 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħamrija

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm-il metru ta' ħamrija ngħatat lill-bdiewa bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena? Jista' jagħti l-istess tagħrif għall-perijodu tas-snin 1997 u 1998 rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena tqassmu 5,145 metri kubi ta' ħamrija lill-bdiewa. Jidher li ma nżammewx rekords għall-istess perijodu tas-snin 1997 u 1998.
Leg 9 PQ #21626 Sitting 448 2000-12-05 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Spieri ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaqqaf kumitat bejn id-dipartiment ta' l-agrikoltura, il-Water Services Corporation, id-drenaġġ u rappreżentanti tal-bdiewa sabiex tiġi studjata l-problema kbira li hawn f'Malta u f'Għawdex fejn ħafna spiri ta' l-ilma ġieri qed jitħallat mad-drenaġġ b'detriment għall-bdiewa li jsaqqu l-uċuħ tar-raba' u qed ikollhom jonfqu ħafna flus biex jixtru ilma tajjeb għat-tisqija tal-prodotti tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Riċentement id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma kellu l-ebda rapporti minn bdiewa li tħallat id-drenaġġ ma' l-ilma ta' l-ispejjer. Malli jkollna xi rapporti, ninvestigaw il-każ mal-W.S.C. u id-Dipartment tad-Drenaġġ.
Leg 9 PQ #21610 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied il-kompliment ta' ħaddiema fil-biċċerija matul l-1999 u din is-sena? F'liema grad u kemm huwa n-numru ta' biċċiera li jinsabu fil-grad ta' apprendisti u/jew bil-kuntratt?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #21613 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema li għandhom kuntratt tax-xogħol fil-biċċerija u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru? Meta sar l-ewwel kuntratt tax-xogħol tagħhom separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' ħaddiema li għandhom kuntratt tax-xogħol fil-biċċerija huma dawn li ġejjin: Isem Grad Data ta' l-ewwel Kuntratt Emanuel Abela Butcher (Trainee) 6 ta' Mejju 1996 Anthony Attard Butcher (Trainee) 6 ta' Mejju 1996 Donald Bezzina Butcher (Trainee) 6 ta' Mejju 1996 Dennis Pace Butcher (Trainee) 6 ta' Mejju 1996 Clement Spiteri Butcher (Trainee) 6 ta' Mejju 1996 Joseph Borg Butcher (Trainee) 6 ta' Mejju 1996 Jason Azzopardi Hatchery Operator 4 1 ta' April 1998 Frank Sammut Hatchery Operator 3 1 ta' April 1998 Duncan Chetcuti Ganado Junior Vet Officer 4 ta' Settembru 2000 Alessia Bonnici Casual Substitute Clerk 1 ta' Ottubru 2000 Roberto Andrea Balbo Veterinary Officer 22 ta' Ġunju 1995 Fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru il-ħaddiema li għandhom kuntratt tax-xogħol huma dawn li ġejjin: Dipartiment ta' l-Agrikoltura: Isem Grad Data ta' l-ewwel Kuntratt Rowna Baldacchino Casual Substitute E.O. 19 ta' Ġunju 2000 Everaldo Attard Adviser 16 ta' Ottubru 2000 Joseph Borg Adviser 10 ta' Mejju 2000 Joseph A Pirotta Adviser 7 ta' Ġunju 2000 Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi Melissa Micallef Casual Substitute Clerk 3 ta' April 2000 Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura Joseph Abela Hatchery Operator 2 1 ta' April 1998 Carmel Sammut Hatchery Operator 1 1 ta' April 1998 Michael Tabone Hatchery Operator 3 1 ta' April 1998 Alphonse Azzopardi Works Technical Officer 1 ta' Ġunju 1989 Matthew Camilleri Research Co-ordinator 23 ta' Lulju 1998 Alain Le Breton Consultant (Head Fish Pathologist) 1 ta' April 1998
Leg 9 PQ #21616 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ f'ċifra ta' flus u l-kwantita' tal-qatla tal-majjal bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1997 u 1998 rispettivament u separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba għas-snin 1997,1998 u 2000 (minn Jannar sa Ottubru) qegħda fit-tabella segwenti: TOTALS 2000 Totals 1998 Totals 1997 QTY. WT/KGS. QTY. WT/KGS. QTY. WT/KGS. JANUARY 10,501 848,934 10,345 865,987 11,340 907,723 FEBRUARY 10,558 850,792 9,586 802,821 10,079 802,336 MARCH 10,987 886,385 9,859 826,244 9,551 765,439 APRIL 9,297 743,879 10,668 904,444 11,127 883,574 MAY 10,707 853,301 9,435 799,256 10,603 840,970 JUNE 9,629 751,381 9,565 807,331 9,740 768,066 JULY 7,655 593,383 10,842 909,392 11,425 892,670 AUGUST 10,496 822,242 9,215 771,323 9,066 711,454 SEPTEMBER 9,326 730,229 10,469 875,379 10,651 851,396 OCTOBER 10,422 827,708 10,702 898,927 11,489 933,920 99,578 7,908,234 100,686 8,461,104 105,071 8,357,548 · Figuri ikkalkolati fuq prezz medju.
Leg 9 PQ #21619 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-bejgħ f'ċifra ta' flus u l-kwantita' tal-qatla taċ-ċanga bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' tal-bejgħ taċ-ċanga friska lill-ħwienet tal-laħam matul l-istess perijodu? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1997 u 1998 rispettivament u separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sena Ċifra ta' Flus Numru ta' qatla Piz Piz (Kgs) ta' Ċanga (approx)(LM) irjus (Kgs) friska ghall-Hanut 1997 1,682,000 4,889 1,285,728 959,285 1998 1,585,000 4,619 1,225,300 912,849 2000 1,702,000 4,911 1,316,426 922,697
Leg 9 PQ #21620 Sitting 447 2000-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal/ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ġarbet ħsarat il-linja tal-majjal u taċ-ċanga matul l-1999 u din is-sena? Kemm kienu l-ispejjeż involuti sabiex isewwew dawn il-ħsarat u għalkemm il-darba ġiet sospiża il-qatla matul dan il-perijodu kawża ta' dawn il-ħsarat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Matul l-1999 il-linja tal-majjal u taċ-ċanga ġarbu ħsarat li ġew irranġati fi ftit ħin. L-istess jista' jingħad għall din is-sena. L-unika darba li ġiet sospiża l-qatla tal-majjal fis-snin 1999 u 2000 kien f'April 2000 u kienet inqatgħet il-katina. L-ispejjeż involuti minħabba ħsarat kienu: 1999 - Lm 3,500 2000 - Lm 7,500
Leg 9 PQ #21456 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Bdiewa - Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana kemm-il laqgħa saret bejn l-għaqdiet tal-bdiewa u d-dipartiment ta' l-agrikoltura dwar it-twaqqif tal-producers organisations? X'diffikultajiet tqajmu mill-bdiewa u xi stħarriġ qed isir mid-dipartiment ta' l-agrikoltura sabiex jiġu mistħarrġa dawn id-diffikultajiet li qajmu l-bdiewa u l-għaqdiet tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19824, ninsab infurmat illi saru diversi laqgħat mal-bdiewa kemm formali kif ukoll informali li matulhom ġew diskussi materji konessi mat-twaqqif tal-producer's organisations. Bħal kull organizazzjoni ġdida, hemm sistemi ġodda li għandhom jiġu adottati u bħal f'kull każ ieħor irid ikun hemm żmien raġonevoli biex il-produtturi jsiru familjari mal-kunċett.
Leg 9 PQ #21458 Sitting 446 2000-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Cold rooms

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana meta huma maħsuba li jsiru l-cold rooms fil-Pitkalija ta' Ta' Qali? Kemm se jiswew dawn il-cold rooms u fil-fatt se jsiru fix-sheds tal-pitkala kollha?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li fix-sheds kollha tal-Pitkalija qatt ma kien hemm xi ħsieb li jsiru Cold Rooms min-naħa tal-Gvern. Fil-fatt hemm xi Pitkala li għamlu cold room żgħira għas-spejjeż tagħhom fil-Pitkaliji rispettivi tagħhom. Ninsab infurmat ukoll li fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra kien hemm il-ħsieb li jitranġaw il-cold rooms eżistenti, pero dan il-ħsieb qatt ma mmaterjalizza. Issa hemm pjanijiet sabiex il-maħżen kbir li jinstab fil-Potato Grading Station jibda joffri faċilitajiet ta’ cold storage f’daqsijiet differenti. Fil-preżent qed jiġu studjati diversi options ta' kif tista' tiġi akkomodata l-akbar area/volume ta' storage u fil-futur qarib ser jinħarġu l-avviżi sabiex min huwa interessat ikun jista' japplika għall-riserva ta' spazju fl-istess cold storage area.
Leg 9 PQ #21454 Sitting 445 2000-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mosta — Tal-Blata l-għolja

Question

Peress li fil-madwar tat-toroq kollha fl-inħawi residenzjali tal-Blata l-Għolja, il-Mosta, jentħieġu landscaping sabiex ikun hemm ambjent aħjar, jista' l-Ministru jinvestiga x'jista' jsir sabiex jiġu upgraded dawn l-inħawi fil-Mosta? Jista' l-Ministru ġentilment jara li jsir sforz sabiex il-programm tal-landscaping isir sal-Milied ħalli dawn ir-residenti jkollhom toroq f'ambjent xieraq?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minkejja li r-responsabbilita għax-xogħol li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant ma taqax direttament taħt il-Ministeru tiegħi, qiegħed nieħu nota ta’ s-suġġeriment biex nirreferih lill-awtorita kompetenti.

Mdina — Tiswija ta' Ħajt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jissewwa l-ħajt ta' għalqa li qegħda fi triq ta' taħt l-Imdina li tgħaddi għal Mosta?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-tiswija tal-ħitan tal-għelieqi hija responsabilta tal-bdiewa u f'każ fejn triq pubblika tinsab f'livell ogħla mill-għalqa r-responsabilta tiġi tad-Direttur tat-Toroq. Għalhekk nissuġerixxi li tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru responsabli, jekk ikun il-każ.
Leg 9 PQ #21399 Sitting 444 2000-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Tadam

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm iddaħħal tadam fil-Pitkalija matul din is-sena u kemm kien il-prezz medju? Jista' jgħid x'tagħrif ingħata lill-bdiewa dwar il-grading u jekk sarx xi forma ta' marketing survey dwar kif dan il-prodott jista' jiġi esportat matul l-1999 u din is-sena? Jekk huwa l-każ, jista' jinfurmani bid-dettalji?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mill-Pitkalija li t-tadam komuni li ddaħħal din is-sena (sa 21/11/2000) kien ta' 1,869,934 kilos għal-prezz ta' Lm217,398, cioe prezz medju ta' 11.63ċ fuq kull kilo. It-tadam tas-serra li ddaħħal din is-sena (sa 21/11/2000) kien ta' 1,288,337 kilos għal-prezz ta' Lm382,977, cioe prezz medju ta' 29.73ċ fuq kull kilo. Il-prodotti li jiġu esportati jridu jkunu tkabbru apposta b'dak l-iskop wara li jkunu ġew miftehma il-kundizzjonijiet għalihom. Għaldaqstant ma hux il-każ li jsir studju dwar il-possibilita ta' esportazzjoni ta' prodotti li jkunu diġa ddaħħlu fil-Pitkalija.
Leg 9 PQ #21400 Sitting 444 2000-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Frawli

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm iddaħħal frawli fil-Pitkalija matul din is-sena u kemm kien il-prezz medju? Jista' jgħid x'tagħrif ingħata lill-bdiewa dwar il-grading u jekk sarx xi forma ta' marketing survey dwar kif dan il-prodott jista' jiġi esportat matul l-1999 u din is-sena? Jekk huwa l-każ, jista' jinfurmani bid-dettalji?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mill-Pitkalija li l-frawli li ddaħħal din is-sena (sa 21/11/2000) kien ta' 760,702 kilos għal-prezz ta' Lm147,284, cioe prezz medju ta' 19.36ċ fuq kull kilo. Il-prodotti li jiġu esportati jridu jkunu tkabbru apposta b'dak l-iskop wara li jkunu ġew miftehma il-kundizzjonijiet għalihom. Għaldaqstant ma hux il-każ li jsir studju dwar il-possibilita ta' esportazzjoni ta' prodotti li jkunu diġa ddaħħlu fil-Pitkalija.
Leg 9 PQ #21401 Sitting 444 2000-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Lumi

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm iddaħħal lumi fil-Pitkalija matul din is-sena u kemm kien il-prezz medju? Jista' jgħid x'tagħrif ingħata lill-bdiewa dwar il-grading u jekk sarx xi forma ta' marketing survey dwar kif dan il-prodott jista' jiġi esportat matul l-1999 u din is-sena? Jekk huwa l-każ, jista' jinfurmani bid-dettalji?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mill-Pitkalija li l-lumi li ddaħħal din is-sena (sa 21/11/2000) kien ta' 166,655 kilos għal-prezz ta' Lm42,078, cioe prezz medju ta' 25.25ċ fuq kull kilo. Il-prodotti li jiġu esportati jridu jkunu tkabbru apposta b'dak l-iskop wara li jkunu ġew miftehma il-kundizzjonijiet għalihom. Għaldaqstant ma hux il-każ li jsir studju dwar il-possibilita ta' esportazzjoni ta' prodotti li jkunu diġa ddaħħlu fil-Pitkalija.
Leg 9 PQ #21396 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Dulliegħ

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm iddaħħal dulliegħ fil-Pitkalija matul din is-sena u kemm kien il-prezz medju? Jista' jgħid x'tagħrif ingħata lill-bdiewa dwar il-grading u jekk sarx xi forma ta' marketing survey dwar kif dan il-prodott jista' jiġi esportat matul l-1999 u din is-sena? Jekk huwa l-każ, jista' jinfurmani bid-dettalji?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat mill-Pitkalija li d-dulliegħ li ddaħħal din is-sena (sa 21/11/2000) kien ta' 278,584,6 kilos għal-total ta' Lm271,394, cioe prezz medju ta' 9.74ċ fuq kull kilo. Il-prodotti li jiġu esportati jridu jkunu tkabbru apposta b'dak l-iskop wara li jkunu ġew miftehma il-kundizzjonijiet għalihom. Għaldaqstant ma hux il-każ li jsir studju dwar il-possibilita ta' esportazzjoni ta' prodotti li jkunu diġa ddaħħlu fil-Pitkalija.