Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23947 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Kaċċa u Nsib

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-position paper flimkien ma' xi skeda reletati dwar il-pożizzjoni tal-Gvern rigward il-kaċċa u l-insib vis a vis in-negozzjati bejn Malta u l-Unjoni Ewropea

Response (BORG, JOE)

Peress illi għad iridu isiru n-negozjatu fuq il-kapitolu tal-ambjent m'hijiex il-policy tal-Gvern li n-negotiating position paper issir pubblika. Dan ikun jista jsir appena n-negozjati jkunu proviżorjament magħluqa. Ta min jerġa jirrepeti li din in-negotiating position tiġi ċirkolata lill-membri kollha tal-MEUSAC appena titlesta u li l-Malta Labour Party kien u għadu mistieden li jieħu sehem fil-laqgħat tal-istess MEUSAC.
Leg 9 PQ #24010 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Malta EU Information Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sa issa mill-Malta EU Information Centre fuq avviżi u materjal stampat għall-pubbliku?

Response (BORG, JOE)

Rendikont ta' l-ispejjeż li ċ-Ċentru ta' Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea għamel fuq avviżi u materjal stampat għall-pubbliku sa l-aħħar ta' Diċembru 2000, ingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 23008. L-ispejjeż li ċ-Ċentru għamel fuq avviżi u materjal stampat għall-pubbliku mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Frar għadhom qegħdin jinħadmu.
Leg 9 PQ #24012 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Ministri - Żjajjar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet lil pajjiż kull żjara tad-diversi ministri u/jew prim ministri mid-diversi pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea li ġew Malta fuq żjajjar uffiċjali s-sena l-oħra u din is-sena?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #24014 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġurisdizzjoni għandu l-Gvern Malti fuq vapuri tal-gwerra li jkun qed iżuru pajjiżna? Jista' jgħid jekk baħrin barranin jistgħux jużaw armi biex jiddefendu ruħhom jew il-vapur f'każ ta' xi attakk terroristiku meta jkunu sorġuti fil-port tagħna?

Response (BORG, JOE)

Il-materja li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant hija regolata minn liġijiet internazzjonali applikabbli wkoll f'Malta.
Leg 9 PQ #24015 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vapuri Militari — Baħrin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew Malta baħrin fuq vapuri militari li żaru pajjiżna, sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin, u ta' liema pajjiż kienu?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni li talab l-Onorevoli Interpellant qiegħda tinġabar. Peress li l-uffiċċjali li qed jiġbru din l-informazzjoni jridu jmorru lura ħames snin fir-riċerka tagħhom u jridu jikkonsultaw diversi sorsi (files), l-Onorevoli Interpellant jifhem li dan l-eżerċizzju jrid ftit tal-ħin sew. Għalhekk, l-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23681 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ambaxxaturi li nħatru fl-1999, fis-sena 2000 - 2001, kemm ġew ivvettjati biex isiru magħrufa jekk humiex membri f'loġoġ massoniċi? Kemm kien hemm persuni li ma ġewx maħtura ambaxxaturi għax instab li huma massoniċi fil-linja ta' dak li kien iddeċieda l-PN fil-bidu tas-snin 90 li persuni massoniċi ma għandhomx jinħatru f'pożizzjonijiet pubbliċi ta' responsabbilita'?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l-ħatra ta' kull Ambaxxatur tkun kkunsidrata fil-kuntest tal-kompetenza akkademika jew professjonali u fuq il-karattru w ir-reputazzjoni ta' kull individwu. Jekk l-Onorevoli membru għandu xi nformazzjoni li xi ħadd jew xi wħud mill-Ambaxxaturi li nħatru bejn 1999 u 2001 huma membri ta' xi loġġa masonika nitolbu jagħtini l-informazzjoni konfidenzjalment ħalli jien ninvestiga.
Leg 9 PQ #23784 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Awtoritajiet Russi — Konsultazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-natura tal-konsultazzjonijiet li mistennija jsiru ma' l-awtoritajiet Russi fil-jiem li ġejjin? Fuq talba ta' min saru/ser isiru dawn il-konsultazzjonijiet?

Response (BORG, JOE)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferixxi għall-konsultazzjonijiet li ser isiru mal-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, allura n-natura ta' dawn il-konsultazzjonijiet hija waħda bilaterali fil-kuntest tal-kuntatti perjodiċi għolja bejn iż-żewġ pajjiżi. It-talba għal dawn il-konsultazzjonijiet bilaterali saret min-naħa Russa.
Leg 9 PQ #23854 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' kemm hu stmat li jħallu flus għall-ekonomija Maltija, l-vapuri tal-gwerra mall-pajjiżi kollha li żaru Malta fis-sena 2000?

Response (BORG, JOE)

Għalkemm m'hemm l-ebda dubju li dawn iż-żjajjar iħallu ħafna flus f'Malta - kemm mill-ekwipaġġ meta l-membri jinżlu l-art biex jistrieħu kif ukoll mill-provvisti li jinxtraw - sa fejn jien infurmat ma teżistix l-istatistika neċessarja u għalhekk minhiex f'pożizzjoni li nagħmel stima tan-nefqa.
Leg 9 PQ #23642 Sitting 502 2001-02-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxata fi New York — Attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'attivitajiet organizza s'issa fil-ħidma diplomatika tiegħu mindu nħatar l-ambaxxatur residenti fi New York fl-1999 u fis-sena 2000?

Response (BORG, JOE)

Ix-xogħol relatat man-Nazzjonijiet Uniti huwa wieħed vast ħafna u allura mhux faċli li jissemmew l-attivitajiet kollha li seħħew mindu nħatar l-ambaxxatur residenti fi New York fl-1999 u fis-sena 2000. L-attivitajiet l-aktar importanti jinkludu fost oħrajn parteċipazzjoni attiva kemm fil-Kumitati Prinċipali ta' l-Organiżżazzjoni kif ukoll f'dawk il-gruppi jew kumitati politiċi u ekonomiċi li Malta tagħmel parti minnhom. Naturalment il-parteċipazzjoni fis-sessjonijiet ta' l-Assemblea Ġenerali kull sena jkunu l-qofol tax-xogħol peress li barra x-xogħol tal-kumitati jkunu jridu jsiru l-arranġamenti neċessarji għall-viżita tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin li fost oħrajn tkun tinkludi numru ta' laqgħat bilaterali ma' diversi Ministri ta' l-Affarijiet Barranin minn pajjiżi differenti. Is-sena 2000 kienet is-sena li fiha nżamm is-Summit li għalih attendew aktar minn 160 Kap ta' Stat u Gvern fosthom delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Prim Ministru Malti li ħa sehem attiv fl-attivitajiet li ġew organiżżati. Ukoll fis-sena 2000 delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati u li kienet tinkludi membri miż-żewġ naħat tal-Kamra attendiet għal-Konferenza organiżżata mill-IPU u li għaliha attendew numru kbir ta' Parlamentari mmexxija mill-Ispeakers rispettivi tagħhom. Wieħed jifhem l-organiżżazzjoni li tali laqgħat u konferenzi jirrikjedu u li d-delegazzjoni Maltija fi New York ipparteċipat attivament fl-organiżżazzjoni tagħhom. L-Ambaxxatur Malti bħala Rapporteur u allura membru tal-Bureau tal-Kumitat dwar l-eżerċitar tad-drittijiet inaljenabbli tal-Poplu Palestinjan ipparteċipa attivament fl-organiżżazzjoni ta' seminars u laqgħat li nżammu f'diversi pajjiżi barranin. Fil-kamp tal-kandidaturi r-riżultat ottenut fl-aħħar sena u nofs kien wieħed pożittiv ħafna. Fl-1999 Malta ġiet eletta membru fil-Kunsill ta' l-IMO għal sentejn li jagħlqu fl-aħħar ta' din is-sena. Malta ġiet eletta membru għal erba' snin oħra fuq il-Kunsill tal-Awtorita ta' Qiegħ il-Baħar. Fl-aħħar sessjoni ta' l-Assemblea Ġenerali, Malta ġiet eletta Viċi President tar-Raba Kumitat. Wara elezzjoni kompetittiva ħafna, Malta fl-2000 ġiet eletta fuq il-Kumitat tad-Drittijiet tal-Bniedem bil-kandidatura ta' l-Imħallef Patrick Vella. Matul is-sena 2000 Malta otteniet numru sostanzjali ta' voti li kkonfermaw l-elezzjoni tagħna għal sentejn fuq l-ECOSOC. Barra dawn ir-riżultati miksuba bejn l-1999 u l-2000 irid jingħad li bħalissa d-delegazzjoni Maltija għaddejja b'kampannji elettorali oħra biex tiġi assikurata iżjed parteċipazzjoni fl-organi prinċipali ta' l-Organiżżazzjoni. Irid jingħad ukoll li proprju dan ix-xahar inżamm f'Malta eżami għal kandidati gradwati Maltin biex jimlew vakanzi fis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti. Eżami li jagħti opportunita oħra lill-gradwati Maltin fl-isfera nternazzjonali u fl-istess ħin iżjed rappreżentanza lill-Malta fis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan kien proġett koordinat bejn id-delegazzjoni Maltija fi New York u l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Id-delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ambaxxatur barra li perjodikament torganiżża attivitajiet li fihom tinkludi rappreżentanza tal-Komunita Maltija fi New York, regolarment iżżomm kuntatt ma' l-istess komunita biex tassigura li tingħata l-aħjar assistenza u servizz lill-istess komunita.
Leg 9 PQ #23694 Sitting 501 2001-02-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — BSE

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern Malti għamilx talba lill-UE għall-kumpens, fid-dawl tal-problemi li ġabet f'pajjiżna l-kwistjoni fuq il-marda tal-BSE fuq ir-raħħala, importaturi u bejjiegħa tal-laħam tal-gżejjer tagħna?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-Gvern Malti ma jistax jagħmel talba lill-Unjoni Ewropea ta' din ix-xorta peress li Malta mhiex membru fl-Unjoni Ewropea u l-marda ma laqtietx l-annimali f'Malta.
Leg 9 PQ #23623 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Transfers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers lill-ħaddiema / uffiċjali matul il-perjodu ta' Jannar ta' din is-sena? F'liema dipartimenti ngħataw dawn it-transfers u x'kienu r-raġunijiet?

Response (BORG, JOE)

Matul Jannar ta' din is-sena ma saru ebda transfers lill-ħaddiema / uffiċċjali fil-Ministeru tiegħi.
Leg 9 PQ #23513 Sitting 495 2001-02-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Integrated Tarifs of the European Communities

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'inhuma l-Integrated Tarifs of the European Communities - it-TARIC? Jista' jinfurmani kemm ilhom jiġu pprattikati s-sistemi tat-TARIC mal-pajjiżi li ma humiex ta' l-EU fuq ikel importat għall-popli tal-pajjiżi membri mill-pajjiżi li ma humiex membri ta' l-EU?

Response (BORG, JOE)

L-Integrated Tariffs of the European Communities, jew kif inhi magħrufa aħjar it-TARIC, hija l-lista kompluta tal-prodotti kollha li jistgħu jiġu impurtati fl-UE - li hi magħrufa ukol hħala il-Harmonised System - kif ukoll ir-rata tat-tariffa li l-UE timponi fuq kull prodott skond l-oriġinu tiegħu. Dan ifisser li mhux kull prodott għandu l-istess rata ta' tariffa għal kullimkien. Prodott jista jkollu rata ta' tariffa għaliex joriġina min pajjiż wieħed filwaqt li l-istess prodott ikollu rata ta' tariffa mnaqqsa jew saħansitra rata ta' xejn meta joriġina min pajjiżi oħrajn. Is-sistema tat-TARIC żviluppat b'riżultat ta' l-addottazzjoni tal-Common Commercial Policy tat-Trattat tal-European Economic Community fl-1957 u bdiet topera sa mill-bidu wara r-ratifika.
Leg 9 PQ #23478 Sitting 494 2001-02-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummisjonati rapporti mad-dekasteru tiegħu marbuta mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea minn Ottubru 1998 sallum? Jista' jgħid wkoll fuq liema suġġett kienu, min għamel dan ir-rapport u kemm tħallas ta' dan ir-rapport? Jista' ġentilment ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant, għar-risposta li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16135.
Leg 9 PQ #23443 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi Residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema bliet barranin, Malta għandha ambaxxatur residenti? Jista' f'kull każ jgħid min hu?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #23098 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Unjoni Ewropea — Kaċċa u Nsib

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu diskussi r-regoli dwar il-kaċċa u nsib ma' l-Unjoni Ewropea? Jista' l-Ministru jgħid min se jinnegozja għal Malta?

Response (BORG, JOE)

Huwa mistenni li n-negozjati fuq il-kapitlu tal-Ambjent, fejn huma ttrattati l-kaċċa w l-insib, jibdew taħt il-Presidenza Svediża, jiġifieri fl-ewwel nofs ta' din is-sena. In-negozjati jibdew bil-miktub. Jekk ikun hemm bżonn li aktar il-quddiem jsiru negozjati diretti bejn negozjaturi Maltin u dawk tal-Unjoni Ewropea, il-kompożizzjoni tad-delegazzjoni ta' negozjaturi Maltin tiġi stabbitilita għal dan il-għan skond il-ħtieġa u meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #23121 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Tuneżija — Tariffi fuq il-ħut

Question

Jista' l-Ministru jinformana kemm ilha eżentata t-Tuneżija milli tħallas it-tariffa fuq il-ħut tal-fish farms esportat lejn il-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti breakdown tal-laqgħat li saru mill-gvernijiet Maltin u l-Unjoni Ewropea dwar din il-kwestjoni?

Response (BORG, JOE)

Peress li l-ewwel parti tad-domanda ta' l-Onorevoli Interpellant tikkonċerna r-relazzjonijiet bejn it-Tuneżija u l-Unjoni Ewropea u allura hija estranea għal Malta, jiena m'inhiex f'pożizzjoni li nirrispondiha. Għar-rigward tat-tieni parti tad-domanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru responsabbli għas-sajd.
Leg 9 PQ #23080 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Iżrael/Malta — Protokolli

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u Iżrael? Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?

Response (BORG, JOE)

Nifhem li bil-kliem "protokolli ta' kooperazzjoni" l-Onorevoli Interpellant qed jalludi għal Trattati prinċipali inklużi Protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb. Allura l-lista kompleta ta' Trattati u Protokolli iffirmati bejn Malta u l-Iżrael hija kif ġej: Visa abolition 1993 Cultural 1994 DIA 1999 Econ/tech Coop 1994 Legend: DIA -Drug Interdiction Agreement
Leg 9 PQ #23081 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Italja/Malta — Protokolli

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u Italja? Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?

Response (BORG, JOE)

Nifhem li bil-kliem "protokolli ta' kooperazzjoni" l-Onorevoli Interpellant qed jalludi għal Trattati prinċipali inklużi Protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb. Allura l-lista kompleta ta' Trattati u Protokolli iffirmati bejn Malta u l-Italja hija kif ġej: DTA 1981 IGA 1967 non-operational DIA 1991 Trade 1967 Health 1982 non-operational Cultural 1967 Tourism 1997 (Sicilian Region) Travelling ID 1965 Scientific/Tech Coop 1994 Financial 1968 non-operational Financial/Tech. 1972 non-operational Telecom. Services 1974 non-operational Supply of wheat/rice 1979 non-operational Neutrality/Financial Protocol 1980 partly operational Italian Military Mission 1981 Financial Protocol 1986 non-operational Int. Road Carriage of Goods 1987 Financial Protocol 1990 non-operational Exchange of info on DIA 1993 Forecasting/prevention Of natural disaster 1994 MoU Political Coop. 1999, renewed 2000 Customs Coop. 2000 Legend: DTA - Double Taxation Agreement ASA - Air Services Agreement IGA - Investment Guarantee Agreement MoU - Memorandum of Understanding Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 23073.
Leg 9 PQ #23082 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ġermanja/Malta — Protokolli

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u Ġermanja? Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?

Response (BORG, JOE)

Nifhem li bil-kliem "protokolli ta' kooperazzjoni" l-Onorevoli Interpellant qed jalludi għal Trattati prinċipali inklużi Protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb. Allura l-lista kompleta ta' Trattati u Protokolli iffirmati bejn Malta u l-Ġermanja hija kif ġej: DTA 1974 ASA 1985 IGA 1974 Trade 1985 (superceded 1973 Trade Agreement) Health Coop. 1991 (Baden-Wurtenberg Region) Cultural Coop. 1974 Extradition 1960 Maritime Transport 1968 Tech. Coop. 1969 (expired) Financial Assistance 1975 Legend: DTA - Double Taxation Agreement ASA - Air Services Agreement IGA - Investment Guarantee Agreement DIA - Drug Interdiction Agreement
Leg 9 PQ #23083 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Franza/Malta — Protokoll

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa numru ta' protokolli ta' koperazzjoni li saru bejn Malta u Franza? Liema oqsma soċjali, ekonomiċi, kulturali eċċ jikkonċernaw dawk il-protokolli u f'liema sena saru?

Response (BORG, JOE)

Nifhem li bil-kliem "protokolli ta' kooperazzjoni" l-Onorevoli Interpellant qed jalludi għal Trattati prinċipali inklużi Protokolli li joħorġu minnhom, u jiena qed nikkonstata li d-domanda hija magħmula b'dan il-ħsieb. Allura l-lista kompleta ta' Trattati u Protokolli iffirmati bejn Malta u Franza hija kif ġej: DTA 1977 ASA 1974 IGA 1976 DIA 1997 Cultural 1968 Financial Protocol 1974 (non-operational) Tech. Coop. 1979 (telecommunications.) Scientific/Tech. Coop 1989 (geological/mining) Rebroadcast 1991 Legend: DTA - Double Taxation Agreement ASA - Air Services Agreement IGA - Investment Guarantee Agreement DIA - Drug Interdiction Agreement