Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Impjegati 'l fuq minn 61 sena
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali fis-segretarjat privat u d-dekasteru tiegħu li għandhom 'il fuq minn 61 sena? Jista' jgħid min huma dawn l-uffiċjali, kemm għandhom eta' u x'kariga għandhom? Huma impjegati fuq bażi full-time jew part-time u kemm għandhom salarju u benefiċċji oħra? Jista' jgħid kemm ilhom jokkupaw it-tali kariga?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Proprjeta'
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtu għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhix qegħda tintuża għal xi raġuni? F'każ li fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhix tintuża u fejn tinsab?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Proprjeta'
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għal ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu u kemm qiegħda titħallas kera minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament fix-xahar? Jista' jgħid fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet mikrija separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Ministeru qed iħallas il-kera tal-propjeta ta’ Palazzo Verdelin, Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta. Il-ħlas isir darba f’Jannar ta' Lm500.01 biex ikopri minn Jannar sa Gunju u jerġa jsir pagament ieħor ta' l-istess ammont f’Lulju biex ikopri minn Lulju sa Diċembru.
Jikri ukoll il-propjeta ta’ l-ISS li tinsab fi Triq Zakkarija il-Belt – Transcontinental House, il-Belt Valletta. Il-ħlas isir darba f’Jannar ta’ Lm3000 biex ikopri minn Jannar sa Ġunju u jerġa jsir pagament ieħor ta’ l-istess ammont f’ Lulju biex ikopri minn Lulju sa Dicembru.
Il-propjeta li l-Ministeru tiegħi għandu mikrija qegħda għall-użu tal-Ministeru stess. L-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta tiegħi iħallsu huma għall-propjeta li jikru għall-bżonnijiet tagħhom.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Call for applications
Question
Jista' il-Minsitru jgħid kemm kien hemm call for applications sabiex jiġu mpjegati nies minn redeployment li kien għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru jew enti tiegħu bejn Ottubru 2005 u llum? Jista' jgħid x'karigi kien hemm vakanti, kif ġew magħżula l-applikanti, jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview? F'każ li saru interviews, jsita' jgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board kienx magħmul minn nies mill-istess ministeru/dekasteru u f'każ li fl-affermattiv, xi skala kienu dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet ta' l-intervisti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm siefru uffiċjali tal-gvern fi skala 14, 15 jew 16 fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u l-2006 sal-lum separatament? Jista' jgħid kemm qamet flus kull safra, kemm damet iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, xi skala kienu l-uffiċjali u x'kienet ir-raġuni tas-safra separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha inklużi) li saret matul l-2005 u l-2006 sal-lum fejn kien involut il-Ministru separatament safra b'safra, meta sar dan is-safar, kemm damu iljieli, fejn kienet id-destinazzjoni, min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw l-Ministru u x'kariga għandhom? Jista' jgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Fuel
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 19477, jista' il-Ministru jgħid x'użu qed tagħmel il-Malta Industrial Parks mill-proprjeta' imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li tliet hangars li kienu jintużaw minn 'Baħħar u Sewwi' huma kollha allokati.
Wieħed minnhom twaqqa' u nbena hangar ikbar li qiegħed jintuża minn Kumpanija fil-qasam ta' l-inġinerija ta' l-azzar.
It-tieni hangar huwa allokat lil Kumpanija oħra simili. It-tielet hangar huwa allokat lil Kumpanija fil-qasam tal-metalerġija sakemm jinqata' l-Appell fil-Qrati ta' Malta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 18998, jista' il-Ministru jgħid kif se tibqa' din il-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament wara li l-uffiċjali tal-WSC għamlu żjara fid-dar tagħha u suppost li kellhom jistallaw xi apparat sabiex jaraw minn fejn hi ġejja l-problema?
Jista' il-Ministru jgħid għaliex din il-familja ma semgħet xejn aktar dwar il-każ tagħha minn dakinhar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma issa stallat 'smart meter' biex ikun jista jsir paragun mal-konsum li qed ikun registrat fuq il-meter tal-post.
Dan ix-xoghol ma sarx qabel għax għal xi żmien il-Korporazzjoni ma kellhiex 'smart meter' li ma kienx qed ikun użat f'xi banda oħra.
Normalment 'smart meter' idum stallat madwar erba' xhur biex tkun tista tinġabar l-informazzjoni meħtieġa biex twassal għal konklużjoni definittiva.
Possibbli l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tinvestiga ilmenti li waslu għandi mir-residenti ta' Triq il-Bon Kunsill, Żejtun li qed jilmentaw minn pressa baxxa ta' ilma fir-residenzi tagħhom?
Billi r-residenti ta' din it-triq qed jilmentaw minn din il-problema, possibbli niġi nformat dwar x'passi ttieħdu jew se jittieħdu mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li dan in-nuqqas ta' provista tal-ilma fi Triq il-Bon Kunsill, Żejtun, ġiet minħabba f'eżerċizzju ta' zoning li kien qed isir f'dawn l-akwati sabiex jiġi determinat l-aħjar mod li tingħata l-provista ta' ilma lir-raħal kollu. Minħabba l-fatt li għad hemm xi mains qodma u bblukkati, dan l-eżerċizzju ma rnexxiex u s-sistema ġiet irritornata għal kif kienet qabel. B'hekk, il-provista tal-ilma f'din it-triq irritornat għan-normal. L-eżerċizzju serva biex ikunu determinati liema mains għandom bżonn jinbidlu f'din il-lokalita.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19563 u jgħid xi progress sar fil-bini ta' l-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ f'Malta u Għawdex? Kif qegħdin jiġu funded dawn il-proġetti?
Hemm xi skadenza marbuta ma' dawn il-fondi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jispjega kif persuni li jixtiequ jivvjaġġaw lejn pajjiżna minn bliet differenti, per eżempju Pariġi, qed isibuha diffiċli jsibu seat fuq l-Air Malta, anke meta jirriżulta li l-ajruplan itir lejn Malta b'ħafna seats vojta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba kellna żbroff ta' drenaġġ fix-xtut u l-bajjiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Pembroke, San Ġiljan, Sliema u l-Gżira mill-bidu ta' Jannar 2006 sal-lum? F'kull każ x'kienet ir-raġuni u x'passi ttieħdu bħala rimedju?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li mill-bidu ta' Jannar 2006 sal-lum kien hemm żbroff ta' drenaġġ f'dawn il-bajjiet:
Għadira -1
Gżira - 2
Sliema (Fond Għadir) -1
Ir-raġunijiet u l-passi li ttieħdu kienu dawn:
1. Għadira - Sfronda l-main li nbnew fuqu l-boathouses fil-passat. Ittieħdet azzjoni mmedjata biex issir devjazzjoni ta' dan il-main, liema xogħol ġa tlesta.
2. Sliema (Fond Għadir) - Ħsara fil-pompa tad-drenaġġ li ssewwiet ftit ħin wara.
3. Gżira - L-iżbroff kien minħabba xita qawwija li għamlet u l-main ġie mnaddaf immedjatament.
Tista' il-Water Services Corporation tieħu ħsieb tirranġa l-ħsara li hemm fi Triq San Girgor, Żejtun għax hemm leakage ta' l-ilma li ilu għal żmien mhux ħażin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara li ġie rrapurtat ilma ħiereġ fi Triq San Girgor, Żejtun, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għamlet diversi eżerċizzji ta'detection biex ikun determinat minn fejn ħiereġ l-ilma. Wara diversi attentati anke b'meżżi differenti, fl-aħħar jidher li nstab il-post fejn hemm il-ħsara. Minħabba l-fatt li dan kien lejn l-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet, meta kien hemm il-festa taż-Żejtun, il-Kunsill ma tax permess biex titħaffer it-triq dakinhar, iżda jidher li issa dan ser jingħata, wara li għaddiet il-festa u din il-ħsara għandha tissewwa fi żmien qasir. Ta' min jgħid li din ma tidhirx li hija xi ħsara kbira u l-anqas m'hemm ħafna ilma ħiereġ.
Wara li l-Ministru qalli biex naqra mazz dokumenti li hu poġġa fuq il-mejda tal-Kamra, jista' jgħid kemm inbiegħet il-Maltacom? Kemm kellha proprjeta'? X'inhu l-indirizz ta' kull proprjeta'? Jista' jipprovdi r-rapport ta' kull proprjeta' u fuq liema bażi nbiegħet b'dak il-valur? Kemm inbiegħet kull proprjeta' ? Min kien il-perit/expert li vvaluta kull proprjeta? Nistieden lill-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' kull proprjeta' li nbiegħet.
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-waqt li kif jaf l-Onor. Interpellant il-"mazz dokumenti" li qed jirreferi għalihom huma issa dokumenti ufiċċjali ġa la darba tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, ninforma lill-istess Onorevoli Interpellant li r-risposti għall-mistoqsijiet tiegħu jinsabu fil-"mazz dokumenti" li rrefera għalihom fil-mistoqsija tiegħu.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19592 u jgħid x'inhi r-raġuni li l-Air Malta qed tiżvesti ruħha minn xogħol anċillari, bħalma hu cleansing/dressing ta' l-ajruplani u communary services u tgħaddihom lill-privat?
Jista' il-Ministru jiggarantixxi li fl-għeluq ta' tliet snin mill-ftehim kollettiv li kien sar mal-ħaddiema ta' l-Air Malta, il-ħaddiema li jinsabu f'dan ix-xogħol li qed ikun mgħoddi lill-privat, se jkunu kkonsidrati redundant?
Jikkonferma l-Ministru li l-Gvern Nazzjonalista m'għandux ħsieb li jipprivatizza l-Air Malta jew li jagħlaqha?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Air Malta għaddeja minn proċess ta ristrutturar sabiex tkun f'qagħda aħjar li tikkompeti u tkompli tkun ta' support għall-industrija Maltija tat-turiżmu u l-ekonomija in ġenerali. Għal dan il-għan, l-Air Malta qed tiddentifika setturi fl-operat tagħha fejn jistgħu jitnaqqsu l-ispejjeż. Kien għalehekk li ħarġet tender biex it-tindif ta' l-ajruplani jingħata b'kuntratt.
Permezz ta' dan il-kuntratt l-Air Malta hu stmat li ser tiffranka madwar Lm 278,000 fis-sena. Il-ħaddiema li kienu jagħmlu dan ix-xogħol, bi ftehim mal-General Workers Union, ingħatalhom xogħol ieħor.
Fil-preżent la hemm il-ħsieb li l-Air Malta tkun privatizzata u wisq anqas li tingħalaq.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19542 u jgħid xi pjani hemm biex sa l-1 ta' Jannar, 2008 l-emissjonijiet mill-power station tal-Marsa jinżel għal livelli stabiliti minn regolamenti ambjentali ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 19472 u jgħid jekk fir-rapport li għamlu Deloitte and Touche fuq s-surcharge fuq dawl u ilma:
(a) ħadux in konsiderazzjoni il-fatt li l-gvern kien għolla l-prezz tal-petrol, eċċ. fil-pompi biex jagħmel cross subsidisation tal-konsum tad-dawl;
(b) it-telf ta' Lm2.5 miljun assorbiti mill-Enemalta f'Ottubru 2005, ġew ikkonsidrati fl-audit li sar;
(c) jekk l-ineffiċjenzi ta' l-Enemalta ammontanti għal Lm5.2 miljun suppost li se jinġarru mill-Enemalta, ġewx ikkonsidrati fil-kalkoli, peress li l-mekkaniżmu msemmi fir-rapport bħala kumpens għal dan l-ammont globali ta' Lm5.2 miljun huwa ħafna anqas mill-ammont ta' Lm5.2 miljun?
Dan kollu jimpatta fuq ir-rata ta' surchargeli jrid iġorr il-konsumatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Intrpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat peress li r-rapport ta' Deloitte & Touche ma ġiex kummissjonat mill-Ministeru tiegħi jew xi enti li taqa' taħtu.