Jaf il-Prim Ministru li s-soċjeta' BellMed illum qegħda tirriklama li hija provider ewlenija ta' 90% tas-suq tal-liċenzji tal-gaming fis-suq? Jista' il-Prim Ministru jassigura li ċ-Chief Executive ta' l-awtorita' m'għadx għandu konnessjoni diretta jew indiretta ma' din is-soċjeta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Awtorita’ vverifikat din l-informazzjoni u ma sabet l-ebda riklamar li llum din is-soċjeta’ għandha 90% tal-liċenzji tal-gaming fis-suq. Is-sit elettroniku ta’ din id-ditta juri li huma jirrapreżentaw 50 kumpanija tal-gaming.
L-Awtorita’ sal-lum illiċenzjat 130 kumpanija tal-gaming. Għaldaqstant wieħed jista jagħmel il-kalkoli tiegħu biex ikun jaf il-persentaġġ reali.
Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi ċ-Chief Executive Oficer ta’ l-Awtorita’ wera l-evidenza kollha lill-Bord li m’għandu l-ebda konnessjoni mal-kumpanija msemmija.
Jista' il-Prim Ministru jagħti dettalji u jispjega għaliex il-Casino Di Venezia kien ġie lilha rtirat il-liċenzja fis-7 ta' Lulju ta' l-2006? Jista' jispjega għaliex wara biss ftit żmien din il-liċenzja ġiet mogħtija lura u dan wara li kienu ġew imkeċċija l-ħaddiema kollha tal-Casino?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li minħabba inċident li nqala fil-casino, l-Awtorita’ kienet iddeċidiet li tieħu l-liċenzja lill-erbatax-il persuna li kienu jaħdmu fil-‘casino’ u fetħet minnufih investigazzjoni. Dan jirriżulta f’nuqqas drastiku fil-personnel tal-‘casino’ li minħabba din l-azzjoni u fatturi oħra, l-imsemmi casino’ ma setax ikompli jaqdi l-funzjonijiet tiegħu skond il-liġi.
Għalhekk l-Awtorita’ kellha tissosspendi l-liċenzja sakemm il-casino’ jkun f’pożizzjoni aċċettabbli.
Meta l-casino’ wera lill-Awtorita’ li kellu biżżejjed riżorsi biex jiffunzjona, l-Awtorita’ reġgħet tatu l-liċenzja biex jopera.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita' tal-lotteriji u logħob ħaditx prekawzjonijiet neċessarji stante li ex-admisses is-soċjeta' BellMed qed tokkupa dominant position fis-suq Malti dwar Online Betting meta dan mhux konformi kemm mad-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-liġi tal-kompetizzjoni tagħna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li m’huwiex fil-kompitu ta’ l-Awtorita tal-Lotteriji u Logħob li tirregola l-kompertizzjoni fis-suq. Nonostante dan, din is-soċjeta ma tokkupax pożissjoni dominanti f’din l-industrija.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn f'pajjiżna gambling machines (VLT)? Kemm hu stmat il-valur tagħhom u jekk dawn humiex liċenzjati mill-awtorita' tal-lotteriji u logħob?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li f’Malta għada ma dahlietx il-liċenzja tal-VLTs. Għaldaqstant in-numru huwa Nil. Il-makni li jinsabu fis-suq illum liċenzjati mill-pulizija bħala Amusement Machines
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 22114 u 22364 u jagħti risposta għat-tieni u t-tieliet parti ta' mistoqsija parlamentari 21114?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 22364.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21988, 22093 u 22231 u jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-I.T. għall-isptar Mater Dei?
Meta mistenni li s-sistema tkun installata kollha kemm hi u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 22364.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22097 u jgħid, b'riferenza għal każ ta' tkeċċija ta' dan l-aħħar ta' żewġ uffiċjali tad-dwana, jekk il-persuni li attwalment evadew il-ħlas ta' dazju humiex se jiġu prosekuti?
Jista' jgħid jekk hemmx aktar uffiċjali tad-dwana in konnessjoni ma' dan il-każ li se jittieħdu passi dixxiplinarji kontrihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21799 li saret lill-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm preżentaturi fuq it-televiżjoni weħlu multi għax kisru l-linji gwida ta' l-awtorita' mill-2000 sal-lum? Liema kienu l-preżentaturi? X'kienet l-akkuża? Kemm weħlu f'multi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tippubblika statistika dwar il-penalitajiet li hija tinfliġġi fuq l-istazzjonijiet fir-rapport annwali tagħha li jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Għalhekk, l-Onorevoli Interpellant hija mitluba li tirreferi għall-istatistika ppublikata f’dawn ir-rapporti.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-ministeru, dipartimenti u enti oħra fid-dekasteru tiegħu matul is-sena 2005-2006? Jista' jgħid f'liema grad hu kull impjegat ġdid?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem ras għal ras fid-diversi setturi ta' l-industrija tal-manifattura f'Għawdex kull sena mill-2004 'il hawn? Jista' jagħti wkoll l-istess tagħrif għal Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi d-dħul medju fil-ġimgħa għal kull ħaddiem fid-diversi setturi ta’ l-industrija tal-manifattura ma tinġabarax separatament għal Għawdex iżda għall-pajjiż kollu f’daqqa, u għalhekk id-data mitluba mill-Onor. Membru ma teżistix.
Skond l-obbligi li Malta għandha mal-Eurostat, l-uffiċċju ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-iStatistika, data fil-livell tad-diversi setturi fl-industrija tal-manifattura fuq bażi reġjonali mhix rikjesta.
Barra minn hekk, skond il-liġi ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika, din id-data ma tistax tingħata separatament għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalita’ tal-kontijiet ta’ xi kumpanniji li jkunu qed joperaw waħedhom f’ċerti setturi ta’ l-industrija tal-manifattura f’Għawdex.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru, flimkien mad-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, kumpanniji u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu qattx ingaġġaw is-servizzi ta' Special Cleaners Limited? Jekk iva, f'liema każi, meta ġew ingaġġati, kif saret l-għażla tagħhom u kemm tħallsu s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi it-tweġiba hija fin-negattiv.
Jista' il-Prim Ministru jispjega għaliex ma kienx l-avukat (house lawyer) ta' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob li ddefenda lil kumpannija Zeturf u lis-service provider BellMed fil-kawża li kellhom kontra PMU (monopolu statali Franciż) quddiem il-qrati Maltin sabiex tiġi kontestata l-inforzar ta' sentenza Franċiża? Jista' jgħid liema ditta ta' avukati ħadu ħsieb din il-kawża u dan sabiex anke jipproteġu l-interessi ta' l-awtorita' li daħlet parti fil-kawża?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jiftakar il-Prim Ministru li fil-proposti għall-budget 2004 kien hemm provvediment li tinġabar taxxa speċjali fuq il-kaxxi tal-logħob? Jista' jispjega għaliex din il-proposta ġiet irtirata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Japprezza l-Prim Ministru li l-industrija ta' l-Online Betting attwalment tinsab fi kriżi u dan peress li ntilef is-suq Amerikan li kien jikkostitwixxi nofs is-suq internazzjonali? Jinkwieta l-Prim Ministru li f'nofs dan id-diżgwid kollu u li s-suq Ġermaniż ukoll se jingħalaq, li nies ewlenin ma' l-awtorita' tal-lotteriji u logħob fosthom il-Head of Legal Department, il-Personal Assistant taċ-CEO u Chief Casino Inspector illum irriżenjaw? Jista' il-Prim Ministru jispjega għaliex dawn il-karigi għadhom kollha vacant sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Japprezza l-Prim Ministru li fiċ-ċirkostanzi tal-lum huwa indispensabbli għall-awtorita' tal-lotteriji u logħob li din tingaġġa urġentement esperti fil-materja, fosthom esperti legali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid: a) kemm hemm karozzi ngaġġati mal-Capital Transfer Duty/Monte di Pieta'; b) min juża dawn il-karozzi; c) kemm hemm użati mill-istaff għal qadi ta' dmirijiet u x'tip; d) kemm-il mil jagħmlu kuljum; e) kemm hu l-konsum tal-petrol; f) kemm weħlu ċitazzjonijiet kull vettura u x'tip kienu e.g. parking, overspeeding, etc. g) min ħallas l-istess; h) kienx hemm każi fejn dawn il-vetturi ntużaw għal skop personali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li :
(a) Mad-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty hemm karozza waħda ingaġġata.
(b) Din il-karozza għandha n-numru ta’ Reġistrazzjoni GVN 461 hi wżata mid-driver tad-dipartiment.
(c) L-istess karozza hija wżata għall-qadi ta’ dmirijiet tal-uffiċjali tad-dipartiment u minħabba l-problema ta’ parkeġġ bosta drabi twassal ukoll lid-direttur. Ix-xogħol jikkonsisti fi traġetti ta’ kuljum għall-posta, traġetti oħra fid-depot tal-pulizija, fil-kwartieri tar-Revenue Security Corps spiss ukoll, tintuża biex jitqassmu kontijiet mill-istess membri tar-Revenue Security Corps, il-ġbir taċ-ċekkijiet kull xahar mill-kumpaniji tal-Assikurazzjoni, xogħol konness mall-MITTS, traġetti bejn id-dipartiment u d-Diviżjoni tat-Taxxi Interni l-Furjana, ġarr ta’ materjal in konnessjoni mar-ristrutturiżazzjoni tad-dipartiment u xogħol ieħor li jinqala kuljum in konnessjoni mad-Dipartiment tal-Gvern.
(d) Hemm varjazzjoni kbira fin-numru ta’ kilometri kuljum.
(e) Il-kont tal-petrol hu kif sejjer jingħad:-
Vettura Sena Konsum
Lm
GVN 461 2003 621
GVN 461 2004 459
GVN 461 2005 657
f) Mill-1 ta’ Jannar 2003 il-vettura bin-numru GVN 461 kellha 5 kontravenzjonijiet – 2 minħabba li ma kienx qed jintuża s-safety belt, 1 minħabba l-parkeġġ, 1 overspeeding u l-oħra gġax ma kelliex il-liċenzja mwaħħla mal-windscreen.
g) Id-Dipartiment ħallas għal dawn il-kontravenzjonijiet imma l-impjegat irrifonda lura lid-Dipartiment il-ħlas.
h) Il-vettura ma tintuża għal-skop personali.
Minbarra l-karozza indikata hawn fuq id-Direttur tad-Dipartiment għandu “a fully expensed car” skond il-Performance Agreement
Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-proġett ta' bieb il-Belt ma nbediex matul din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Proġett ta’ Bieb il-Belt ser jinbeda meta tittieħed id-deċiżjoni finali dwar il-proġett u jkunu nħarġu l-permessi kollha mitluba mil-liġi.