Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn teenager pregnancies kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin u kemm kellhom żmien l-ommijiet? Kemm minn dawn spiċċaw it-tqala li kellhom u kemm minnhom spiċċaw f'korrimenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar teenage pregnancies ma tinżammx. Tinżamm iżda informazzjoni dwar teenage deliveries f'Malta u Għawdex.
In-numru ta' teenage deliveries sena b'sena mill-1999 u skond kemm kellha żmien l-omm huma kif jidhru hawn taħt:
Teenage deliveries Mother age
1999
2000
2001
2002
2003
2004
14
4
4
2
4
5
5
15
8
13
14
7
14
16
16
23
20
29
25
21
31
17
51
41
39
51
43
46
18
67
65
79
57
60
56
19
83
97
84
89
78
68
Jista’ il-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lil ommijiet xebbiet s’issa matul din is-sena? Jista’ jgħid kemm kellha żmien l-iżgħar u kemm kellha l-akbar mara? Kemm kien hemm twelid simili sena b’sena mill-2000?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta' Jannar u l-aħħar t'Awissu tas-sena 2005 ġew irreġistrati li twieldu 484 il-tarbija lil ommijiet xebbiet single mothers. L-iżgħar omm kellha 14 -il sena u l-ikbar omm kellha 43 sena.
In-numru ta' twelid simili sena b'sena mill-2000 huma kif ġej:
Sena
Numru ta' trabi li twieldu lil ommijiet xebbiet
2000
429
2001
487
2002
561
2003
675
2004
704
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ħlas li jridu jħallsu l-anzjani residenti f'homes taħt il-Private Public Partnership?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontribuzzjoni dovuta mill-anzjani residenti f'Homes taħt il-Private Public Partnership Scheme tkun komputata hekk-
60% minn kull pensjoni, benefiċċju, għajnuna soċjali, bonus jew allowance li jirċievi nett mit-taxxa fuq id-dħul.
60% minn kull qliegħ ieħor li jkun irċieva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha ssir l-istima ta' qliegħ ieħor, nett mit-taxxa id-dħul.
Jitqies ukoll il-valur ta' kull propjeta' (eskluża d-dar ta' residenza/ residenza tas-sajf). Il-valur ta' din il-propjeta' mmobbli urbana jkun ittrattat bħala li jipprovdi qliegħ fis-sena ekwivalenti għal 5.5% tal-valur kapitali tiegħu.
Il-kontribuzzjoni li ssir mir-residenti m'għandiex tkun waħda tali li tħalli lir-residenti b'inqas minn Lm600 fis-sena għad-dispożizzjoni tiegħu. Qabel ma daħlet din il-miżura l-anzjani kien jibqagħlhom Lm550.
Sptar Sir Paul Boffa — Nefqa għall-provvista ta' l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-provvista ta' l-ilma għall-isptar Sir Paul Boffa għax-xhur ta' din is-sena separatament xahar xahar bejn Jannar u l-aħħar ta' Settembru? Kemm kien il-volum ta' l-ilma wżat xahar b'xahar fl-istess perijodu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa għall-provista ta' l-ilma biss minn Jannar sa' l-aħħar ta' Awissu 2005 laħqet is-somma ta' Lm2,612.76.
Il-volum ta' ilma reġistrat minn Jannar sa l-aħħar ta' Awissu 2005 kien ta' 2,361 metri kubi.
Ma jinżammx rekord ta' konsum xahar b'xahar.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip u kemm jinxtara fuel għall-użu fl-isptar Sir Paul Boffa? X'użu jsir minn dan il-fuel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li t-tip ta' fuel li jinxtara mill-Isptar Sir Paul Boffa jikkonsisti f'diesel u jintuża biss sabiex jitħaddem il-boiler.
L-ammont li nxtara bejn Jannar u Ottubru kien ta' 34,000 litri u sewa s-somma ta' Lm12,776.40.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ilma li kien nieżel mas-swar fi Triq il-Kurċifiss il-Floriana għal diversi ġimgħat kienx ġej mill-isptar Sir Paul Boffa? X'kienet ir-raġuni li dan ma ġiex identifikat mill-ewwel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-każ ġie mistħarreġ sew. Wara ħafna investigazzjonijiet u konsultazzjonijiet ma' diversi entitajiet, fosthom id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, Dipartiment tad-Drenaġġ, u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma (WSC), ġie finalment stabbilit li l-imemmija tnixxija kienet riżultat ta' ħsara f'wieħed mill-mains ta' distribuzzjoni ta' l-ilma ta' l-Isptar Sir Paul Boffa.
Sadattant, il-ħsara ġiet irranġata.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' day care centres f'Malta u Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Malta hawn 14 Day Centres. Rigward in-numru ta' Day Centres f'Għawdex nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb jew pjan sabiex is-servizz ta' l-ikel provdut fl-isptarijiet ta' l-Istat jiġi privatizzat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-tendering għall- provediment tal-ikel għall-Isptar Mater Dei beda. It-tender se jinkorpora fih il-provediment tal-ikel għall-Isptar Mater Dei, kif ukoll għall-Isptarijiet San Luqa u Sir Paul Boffa.
Sptar Żammit Clapp ilu jutiliżża caterers sa mill-ftuħ tiegħu fl-1991.
S'issa m'hemmx il-ħsieb li s-servizz ta' l-ikel fl-Isptar Monte Carmeli jiġi ipprivatiżżat.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Ikliet u riċevimenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bejn Jannar 2004 u Settembru 2005 tħallsu Lm2,392.28 f'hospitality f'ristoranti/lukandi maqsumin kif ġej:
Sptar Monte Karmeli Lm118.55
Diviżjoni tas-Saħħa Lm982.73 (Lm657.23 (2004) Lm325.5 (2005))
Sptar Zammit Clapp Lm475
Medicines Authority Lm816
Minn dawn, tnejn (2) kienu jaqbżu l-Lm150.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati sexually transmitted diseases (STD) din is-sena? Kemm ġew infettati rġiel u kemm nisa? Kemm kien hemm barranin f’kull każ? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-akbar u l-iżgħar raġel u mara li ġew infettati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm diversi tipi ta' mard li jaqgħu taħt it-titlu Sexually transmitted disesaes (STD) u li mhux bil-fors jinfirxu b'kuntatt sesswali. Il-każijiet li ġejjin huma dawk li ġew innotifikati lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika mill-bidu tas-sena sas-7 t'Ottubru 2005:
Syphillis- 16-il każ
Gonorrhoea- 20 każ
Chlamydia- 43 każ
Epatite B- 9 każi
HIV/AIDS- 13-il każ
L-Epatite B u l-HIV, partikularment, jistgħu jiġu trasmessi b'aktar minn mod wieħed u jinkludu: waqt is-sess, mill-użu ta' siringi minn aktar minn persuna waħda u mill-omm għat-tarbija waqt il-ħlas. Il-każijiet ta' Epatite u HIV nnotifikati mhumiex kollha trasmessi waqt is-sess u mhux dejjem huwa possibbli li taf kif ġew trasmessi.
Minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita' u biex nipproteġu lill-individwi, informazzjoni fuq in-nazzjonalita' l-eta' u s-sess ma tingħatax.
Jista’ il-Ministru jghid meta persuna tigi identifikata li kienet hi li nfettat lil ħaddieħor b’xi marda minħabba s-sess x’passi mediċi jittieħdu? Matul din is-sena kemm ġew identifikati rġiel u nisa? Dawn kollha kkollaboraw? Kemm kien hemm barranin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi meta persuna tiġi identifikata li kienet hi li nfettat lil ħaddieħor b'xi marda minħabba s-sess, isir il-contact tracing. Dan isir billi jiġu identifikati l-partners li kellha din il-persuna u dawn jiġu avviċinati biex isirulhom l-investigazzjonijiet meħtieġa u jingħataw informazzjoni dwar kif tinxtered l-infezzjoni. Dawn il-partners jiġu riferuti mill-persuna nnifisha jew avviċinati mill-istaff mediku meta l-pazjent ikun jixtieq jibqa' anonimu.
Ikun hemm każijiet fejn il-persuna ma tikkolaborax jew għax ma tkunx trid jew għax il-kuntatti jkunu każwali u l-persuna stess ma tkunx tista' tidentifikhom.
Minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalita' u biex nipproteġu lill-individwi, informazzjoni fuq in-nazzjonalita' u s-sess ma tingħatax.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-pilloli Pentacol 400 ilhom sitt xhur out of stock?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-aġent li miegħu d-dipartiment għandu kuntratt biex jissupplixxi l-mediċina Mesalazine 400mg (Pentacol), għal diversi drabi m'onorax iż-żmien stipulat li fih ried iwassal l-konsenji tiegħu. Għalhekk, id-dipartiment ma kellux triq oħra ħlief li jixtri minn sorsi oħrajn fuq il-kont tal-kuntrattur oriġinali.
Wieħed jifhem li ċirkustanzi bħal dawn joħolqu dewmien li ma jkunux previst.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waslet konsenja f'10/10/05 mis-sors alternattiv u għandha tasal oħra għal l-aħħar t'Ottubru 2005 mill-kuntrattur oriġinali.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi forma ta' sussidju għall-kumpanniji li jkunu beħsiebhom jiftħu xi dar ta' l-anzjani? Jekk iva, liema huma l-kriterji stabiliti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn naħa tad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' m'hemm l-ebda forma ta' sussidju għal kumpaniji li jkunu beħsiebhom jiftħu xi dar ta' l-anzjani.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien l-investiment tal-Gvern fir-Residenza San Vincenz de Paule f'dawn l-aħħar ħames snin? Fiex kien jikkonsisti dan
l-investiment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta' trapjant ta' organi saret fl-isptar San Luqa din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-operazzjonijiet ta' trapjanti ta' organi li saru fl-Isptar San Luqa din is-sena u s-sena l-oħra huma kif ġej:
2004
2005 (sa l-aħħar ta' Awissu)
Kliewi
6 (from cadaver patients)
3 (from life related)
5 (from cadaver patients)
2 (from live related)
Corneas
9
9
Qalb
-
1
Jista’ il-Ministru jgħid kemm, bejn wieħed u ieħor, tqum sodda fl-ITU kuljum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li r-rata ta' ħlas ta' sodda fl-ITU hi ta' Lm400 (erba' mitt lira) kuljum. Din ir-rata ma tinkludix spejjeż ta' operazzjonijiet jew investigazzjonijiet straordinarji li jista' jkollu bżonn pazjent rikoverat fl-Isptar San Luqa.