Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20334 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Fulltimers Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20127?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-rispota li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 20127 f'seduta 398.
Leg 9 PQ #20335 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Returns

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20128?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 20128 f'seduta 398.
Leg 9 PQ #20336 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Manifattura tal-Food & Beverages

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20129?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 20129 f'seduta 398.
Leg 9 PQ #20337 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20130?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mitoqsija parlamentari nru. 20130 f'seduta 398.
Leg 9 PQ #20259 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Provisional Capital Gains Tax

Question

Peress li b'effett immedjat biex jitħallas il-Boll u l-Provisional Capital Gains Tax id-dipartiment qiegħed jitlob in-numru ta' l-Income Tax tal-kumpaniji, jista' l-Ministru joħroġ lista tan-numri ta' l-istess kumpaniji fuq Compact Disk jew f'forma ta' ktejjeb kemm jista' jkun malajr biex jitħaffef il-ħlas neċessarju?

Response (DALLI, JOHN)

Billi bħal issa qiegħed isir xogħol biex kemm jista’ jkun malajr, l-uffiċċju tas-Suċċessjoni jkollu aċċess dirett “on line” ghar-Reġistru ta’ dawk il-kumpaniji rreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxa, ma tinħassx il-ħtieġa li jiġu ppublikati dawn in-numri. Fil-każ fejn in-nutar meta jippreżenta il-karti ma jkunx jaf dan in-numru, l-uffiċċjal tas-Suċċessjoni ser ikun jista’ joħroġ dan in-numru mis-sistema dak il-ħin stess.
Leg 9 PQ #20289 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub sal-1996 diġa ngħata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 12203. Mill-1997 inxtraw: 2 Sumo 5 Peugeot 1 Hyundai 3 Volkswagen Polo Classic 3 Opel Astra 1 Volvo 1 Ford Mondeo Tmienja minn dawn il-karozzi nxtraw skond il-kuntratt għal Diretturi/Diretturi Ġenerali ġodda.
Leg 9 PQ #20306 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatisation Bonds — PBS

Question

Billi l-Ministru dan l-aħħar għażel li jagħti dettalji dwar il-privatisation bonds f'mod esklużiv lill-PBS, ma jaħsibx li dettalji bħal dawn imisshom saru pubbliċi mal media kollha, inkluża dik stampata? Jista' jfisser il-parametri li fuqhom ser jiġu msawwrin dawn il-bonds kif wkoll il-kundizzjonijiet li ser jinħarġu taħthom? Il-Ministru għandu l-ħsieb li jmur quddiem il-Parlament biex jawtorizzhom kif jagħmel meta soltu jkun hemm ħruġ ta' stocks ġodda?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa fejn naf jien il-PBS huwa l-istazzjon tal-pajjiż kollu u għalhekk meta ħarġet l-informazjoni mill-PBS din serviet bħala nformazjoni ġenerali. L-informazzjoni li ngħatat kienet ta' natura ġenerali u d-dettalji jkunu elenkati fil-prospectus li se joħroġ dalwaqt. Billi dan mhux self ġdid m'hemmx għalfejn jiġu awtorizzati mill-Parlament.
Leg 9 PQ #20315 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema rata ta' taxxa jiġu ntaxxati għal xogħol part-time ma' xi korporazzjoni parastatali, il-ħaddiema li bħala mpjieg prinċipali dawn jaħdmu maċ-Ċivil?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul minn impjieg part-time ma’ xi korporazzjoni jew parastatali, ta’ ħaddiema li jkollhom impjieg full-time mal-Gvern huwa ntaxxat bir-rati normali tat-taxxa.
Leg 9 PQ #20250 Sitting 401 2000-10-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Budget 2001 — Smash TV

Question

Billi nhar il-Ħadd 15 ta' Ottubru Smash TV xandar filmat sħiħ dwar konferenza politika li l-Ministru għamel bi tħejjija għall-Budget 2001, jista' jgħid jekk dan l-arranġament sarx bi ħlas jew le, u jekk iva x'kien l-arranġament kummerċjali nvolut?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda ħlas minn fondi pubbliċi għal-inizjattiva li ħa 'Smash TV' in konessjoni max-xandira li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #20139 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit x'kienet il-medja tad-dħul ta' dawk tal-ħwienet, panel beaters, bajjada, mastrudaxxi u tal-fran tal-ħobż?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20133 Sitting 399 2000-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Returns

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-kostruzzjoni? Kemm minnhom iddikjaraw telf, dħul taħt it-Lm3,000? Dħul bejn Lm4,000 - Lm6,000? Dħul bejn Lm7,000 - Lm15,000 u ta' Lm100,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20134 Sitting 399 2000-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Returns

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-bejgħ tal-karozzi u spare parts? Kemm minnhom iddikjaraw telf? Kemm minnhom iddikjaraw qliegħ ta' mhux aktar minn Lm5,000? Kemm minnhom qalgħu bejn Lm6,000 - Lm13,000? Kemm minnhom qalgħu sa Lm30,000 u kemm minnhom qabżu 'l Lm100,000 qliegħ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20135 Sitting 399 2000-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Real Estate Companies

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' real estate companies? Kemm minnhom ididikjaraw telf, qliegħ taħt il-Lm5,000; qliegħ bejn Lm6,000 - Lm15,000, qliegħ ta' madwar Lm30,000; qliegħ ta' Lm60,000; u qliegħ sa Lm100,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20136 Sitting 399 2000-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Legal and Accounting Management Companies

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji li huma legal and accounting management companies? Kemm minnhom iddikjaraw telf, qliegħ bejn Lm6,000 - Lm10,000; qliegħ sa Lm15,000; qliegħ sa Lm30,000, qliegħ sa Lm60,000 u qliegħ sa Lm100,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20137 Sitting 399 2000-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Medical activites

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' nies ingaggati fulltime f'medical activities? Kemm minnhom iddikjaraw qliegħ ta' Lm5,000 jew taħt Lm6,000 - Lm10,000? U sa l-Lm60,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20138 Sitting 399 2000-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Periti, tobba, avukati

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit x'kienet il-medja tad-dħul tal-periti, tobba u avukati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20127 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Fulltimers sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' fulltimers sajjieda? Kemm minnhom iddikjaraw dħul taħt il-Lm5,000 u kemm minnhom iddikjaraw dħul bejn Lm6,000 - Lm10,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20128 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Returns

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-quarrying? Kemm minnhom iddikjaraw dħul taħt il-Lm5,000 u kemm iddikjaraw dħul bejn l-Lm11,000 - Lm60,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20129 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Manifattura tal-Food and Beverages

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-manifattura tal-food and beverages? Kemm minnhom irreġistraw telf? Kemm minnhom iddikjaraw dħul ta' anqas minn Lm5,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #20130 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi — Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid skond ir-returns li daħlu din is-sena kemm hemm ħaddiema bil-Paye 1i jaqilgħaw: a) bejn Lm 5,000 - Lm 7,500? (b) bejn Lm 7,500 - Lm 10,000? (ċ) bejn Lm 10,000 - Lm 15,000? u (d) 'il fuq min Lm 15,000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.