Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qormi — Triq il-Kanun

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt sarux testijiet ta' l-arja fi Triq il-Kanun, Ħal Qormi, biex jiġi stabbilit il-ħsara li qed issir lil saħħet in-nies minħabba d-dħaħen li ħerġin minn ċumnija ta' industrija li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament u kunfidenzjalment? Jekk saru dawn it-testijiet x'irrżulta? Jekk ma sarux, x'se jagħmel id-dipartiment biex jiġi assigurat li ma ssirx aktar ħsara lill-ambjent u lil saħħet in-nies fl-area milquta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi Uffiċjali mid-Direttorat tal-Protezzjoni ta` l-Ambjent ippruvaw diversi drabi jagħmlu spezzjoni fil-post indikat mill-Onorevoli Membru, iżda din l-industrija ma setghatx tinstab. Infurmat ukoll illi filwaqt li dawn l-Uffiċjali kienu qed ifittxu din l-industrija, f`din iż-żona ma nnutawx emissjonijiet eċċessivi kif hemm indikat fil-Mistoqsija Parlamentari.

Planning Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hiex normali li l-Planning Authority toħroġ permess għal estenzjoni ta' bini fuq bini eżistenti, meta l-bini eżistenti jkun iċ-ċentru ta' kontroversja u jkun hemm proċeduri dwaru għaddejjin fil-Qorti?

Response (BORG, TONIO)

Meta tagħti permess, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma tidħolx fil-mertu ta` jekk hemmx xi proċeduri fil-Qorti dwar is-sit li dwaru qed jinħareġ il-permess, sakemm il-każ fil-Qorti ma jirrigwardax aspetti ta` ippjanar.
Leg 9 PQ #32666 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm barijiet, nightclubs, discos u postijet oħra ta' divertiment a f'Paceville b f'Wied il-Għajn c f'Buġibba li huma liċenzjati skond il-liġi? Kemm hemm stabbilimenti li għad m'għandhomx permess iżda jiftħu xorta waħda? Għaliex qed jinħalla li jsir dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Paceville 261 Wied il-Għajn 28 Buġibba 413 Infurmat ukoll illi dawn huma kollha koperti b`liċenzja tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #32667 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar sal-lum kemm il-persuna taħt l-eta' nqabdet f'xi post ta' divertiment? X'passi ttieħdu kontra is-sidien jew dawk li jmexxu l-post? Il-pulizija għanda poteri li tagħlaq post ta' divertiment fejn jinstabu żgħażagħ taħt is-sittax (16) il-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-5 ta` April 2002, kien hemm 49 persuna taħt is-sittax-il sena li nqabdu f`postijiet ta` divertiment. B`riżultat ta` dan, il-Pulizija ħadet passi quddiem il-Qorti kontra s-sidien ta` dawn l-istabbilimenti. Infurmat ukoll illi r-Regolamenti biex jinżamm il-Bon Ordni f`Lokalitajiet ta` Divertiment jipprovdu għas-sospensjoni tal-liċenzja li tiġi ordnata mill-Qorti fil-każ li l-akkużat ikun reċidiv.
Leg 9 PQ #32668 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta żagħżugħ jinqabad f'post ta' divertiment u dan ikollu taħt is-sittax (16) il-sena jittieħdu xi passi kontrih fil-qorti tal-minorenni? Il-pulizija tipproċedi b'mod kontra dawn iż-żgħażagħ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`każijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant il-Pulizija tipproċedi quddiem il-Qorti kontra s-sid, kif hemm provdut fir-Regolamenti ta` l-1995 dwar iż-żamma ta` Bon Ordni f`Lokalitajiet ta` Divertiment.
Leg 9 PQ #32673 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħala l-ministru responsabbli mis-sigurta' fit-toroq u allura anke f'lokalitajiet fejn hemm postijiet ta' divertiment, beħsiebu jieħu xi passi biex jsaħħaħ idejn il-pulizija fil-ġlieda biex iż-żgħażagħ tagħna ma jitħallewx jiġu sfruttati minn dawk li jiksru l-liġi billi jdaħħluhom fejn il-liġi ma tippermettix?

Response (BORG, TONIO)

Ir-Regolamenti dwar iż-żamma ta` Bon Ordni f`Lokalitajiet ta` Divertiment, introdotti minni fl-1995 u emendati minn żmien għal żmien skond il-ħtieġa, għandhom bħala skop ewlieni li tiġi msaħħa idejn il-Pulizija fil-ġlieda biex iż-żgħażagħ tagħna ma jitħallewx jiġu sfruttati minn dawk li jiksru l-liġi billi jdaħħluhom fejn il-liġi ma tippermettix.
Leg 9 PQ #32698 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabs — Servant Key

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-inkjesta dwar l-għibien ta' servant key mill-ħabs? Min mexxa din l-inkjesta? Kemm dehru persuni? F'hiex waslet l-inkjesta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni dwar l-għibien tas-Servant Key ġiet imexxija mid-Direttur tal-Ħabs. B`riżultat ta` din l-investigazzjoni inbdew proċeduri dixxiplinari kontra żewġ uffiċjali, liema proċeduri għadhom mhux konklużi.
Leg 9 PQ #32769 Sitting 723 2002-04-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Planning Authority

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni numru PA/0979/01 quddiem l-PA wara li din ġiet rifjutata u sar appell?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni PA979/01 ġiet rifjutata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp fl-4 ta' Ġunju, 2001, u li wara ġie sottomess appell mill-istess rifjut bin-numru PAB/218/01, il-każ ġie diferit għal deċiżjoni fit-12 t'Ottubru, 2001.
Leg 9 PQ #32114 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Droga — Ħabsin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqqbdu ħabsin taħt l-influwenza tad-droga waqt li kienu miżmuma l-ħabs is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn total ta` 503 persuna li għamlu xi żmien il-ħabs fl-2001, in-numru ta` każijiet fejn priġunieri nstabu taħt l-influwenza ta` droga matul is-sena kien ta` 33.
Leg 9 PQ #32623 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permess ta' ħwienet tax-xogħol u negozji ġew mogħtija mill-pulizija, fiż-Żejtun? X'inhi n-natura tax-xogħol jew negozju?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra, u din is-sena, sat-28 ta` Marzu 2002*, il-permessi ta` negozji ġodda maħruġa mill-Pulizija fiż-Żejtun kienu kif ġej:- Genere 2001 2002* Baker 1 - Beauty salon 3 1 Butcher 1 1 Confectionery 1 - Factory 2 - Grocer 2 2 Hairdresser 2 - Hi-Fi Equipment 1 - Household goods 2 - Office 1 2 Pastizzeria 1 - Pet shop 2 1 PSG 1 1 Showroom 1 - Stationery 1 - Toiletries 1 - WBS 3 2 Wearing apparell 2 - Workshop 1 - TOTAL 29 10
Leg 9 PQ #32664 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar 2002 se llum kemm inqabdu kaxxi tal-logħob illegali f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom instabu f'postijiet: a f'Paceville b f'Wied il-Għajn c f'Buġibba

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u l-5 ta` April 2002, il-Pulizija qabdet 23 kaxxa tal-logħob illegali. Minn dawn, 19 inqabdu f`Paceville, 2 f`Buġibba, filwaqt li minn Wied il-Għajn ma kien hemm xejn.
Leg 9 PQ #32693 Sitting 722 2002-04-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Planning Authority

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Lands Department kienu jafu u taw l-approvazzjoni tagħhom qabel ma ġie approvat mill-Planning Authority li ssir bankina f'Marine Street, Marsalforn, Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

M`hijiex il-prassi li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tagħti approvazzjoni qabel ma tkun iddeċidiet l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Fil-każ tal-applikazzjoni tal-bankina, din inħarġet, bħalma jsir fil-każijiet l-oħra kollha, bla ħsara għal kull kunsens ieħor li jkun meħtieġ skond il-liġi.

Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għal PQ 32441 hemm żviluppi dwar il-kwistjoni li l-maħżen jgħaddi f'idejn il-kumitat festa San Publju l-Floriana stess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern għadha qed tikkunsidra l-aħjar użu li jista` jsir mill-Fond 45 Triq San Publiju l-Furjana.
Leg 9 PQ #31101 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA — Knisja tal-Kunċizzjoni

Question

B'referenza għall-estensjoni li saret snin ilu fil-Knisja tal-Kunċizzjoni l/o Rabat sabiex jiġu akkomodati taħt saqaf 50 persuna li jassistu għall-servizz ta' quddiesa f'din il-parti tar-Rabat, jista' jikkunsidra mill-ġdid il-posizzjoni li ttieħdet mill-PA? Jista' jinvestiga jekk huwiex possibli li bħal ma ġie akkomodat il-kuntattur li bena bla permess u ħassar l-estetika ta' l-irdum sensittiv tat-tafal ta' l-Imtarfa bil-blokki tal-konkos li kkawżaw diżastru fl-ekoloġija u l-hydroloġija ta' dan l-irdum, jsir arranġamenti sabiex l-aluminium li sar fl-estensjoni tal-knisja ma jkunx daqstant ta' nkonvenjent għall-PA?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministru ma għandux poteri li huwa jikkonsidra deċiżjonijiet dwar infurzar li tkun ħadet l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Ninsab infurmat illi dwar il-każ li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, il-każ ġie nvestigat mill-Enforcement Officer inkarigat mill-area wara li saru rapporti. Din l-istruttura ilha mwaħħla għal dawn l-aħħar tmien snin u ser titneħħa mill-Knisja stess.
Leg 9 PQ #32107 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabs — Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni l-ħabs fuq reati konnessi mad-droga? Kemm huma maltin u kemm barranin? Kemm weħħlu kull wieħed u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru ta` priġunieri sentenzjati fuq reati konnessi ma` droga hu ta` 104 (Maltin 69, Barranin 35). Ir-reati li għalihom instabu ħatja huwa kif ġej:- Maltin Barranin Pussess u traffikar 57 8 Pussess bil-ħsieb li jittraffikka 3 2 Importazzjoni 6 25 Kultivazzjoni 3 xejn Is-sentenzi mogħtija huma kif ġej: Maltin Barranin Sa tlett xhur 1 xejn Sa sitt xhur 3 xejn Sa sena 8 2 Sa sentejn 3 1 Minn 2 sa 4 snin 14 2 Minn 4 sa 6 snin 18 3 Minn 6 sa 10 snin 15 10 Minn 10 sa 15-il sena 4 13 Minn 15-il sena sa 20 sena 3 3 Minn 20 sena sa 25 sena xejn 1 Minn 25 sena u aktar xejn xejn
Leg 9 PQ #32108 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Home Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħabsin li intbgħatu fuq home leave is-sena l-oħra? X'kienet l-okkażjoni? Kemm hemm li intbgħatu aktar in darba u fil-każ kemm-il darba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` priġunieri li ġew mogħtija xi forma ta` Leave matul is-sena 2001 huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #32448 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Educational Support Services Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid waslux xi rapporti għand il-pulizija li l-kumpanija Educational Support Services Ltd (ESS) tħallsitx eluf ta' liri għal servizzi edukattivi u issa sparixiet bla ma għandha tipprovdi dan is-servizz? Jekk waslu dawn ir-rapporti, x'passi ħadet il-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kelliex rapporti kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #32103 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu pulizija waqt il-qadi ta' dmirijiethom is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29805, matul is-sena 2001, kien hemm 3 membri tal-Korp oħra li b`xi mod weġgħu waqt il-qadi tad-doveri tagħhom.
Leg 9 PQ #32105 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Inċidenti tat-Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-vettura tal-pulizija kienet involuta f'inċidenti tat-traffiku is-sena l-oħra? X' tip ta' veikoli kienu u kemm swew biex ġew irranġati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001, in-numru ta` vetturi tal-Pulizija li kienu involuti f`kolliżżjonijiet kien ta` 106. Dawn kienu vetturi saloon - 82; vannijiet - 3; muturi - 18; vetturi heavy plant - 3. In-nefqa sabiex dawn jiġu rranġati kienet tammonta għal Lm10,393.
Leg 9 PQ #32538 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħlas ta' Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir il-ħlas ta' kumpens għall-fond 34A u 34B Sqaq Brittaniku No. 2 Tarxien?

Response (BORG, TONIO)

Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-vot biex isir ħlas ta` kumpens żdied b`mod sostanzjali matul dawn l-aħħar sentejn. Xorta jibqa` l-fatt li mhux it-talbiet kollha jistgħu jiġu indirizzati. U għalhekk dan il-Gvern qed jieħu l-passi biex jindirizza din il-problema prinċipali.