Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36312 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti tar-Restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'relazzjonijiet jeżistu bejn iċ-ċentru Malti tar-restawr u istituzzjonijiet statali Taljani fil-qasam tar-restawr? X'ġara mir-relazzjonijiet bejn iċ-ċentru Malti tar-restawr u l-istitut tar-restawr ta' Ruma?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għal Mistoqsija Parlamentari Numru 34731 fejn tajt risposta dwar ir-relazzjonijiet li jeżistu bejn iċ-Ċentru Malti tar-Restawr u istituzzjonijiet statali taljali fil-qasam tar-restawr.
Leg 9 PQ #36313 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti tar-Restawr

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'fondi ħa ċ-ċentru Malti tar-restawr mill-aħħar protokol Taljan? Kif ġew użati dawn il-fondi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-fondi li ħa ċ-Ċentru Malti tar-Restawr mill-aħħar protocol Taljan jammontaw għal Lm424,266. Ninsab informat ukoll li l-istess fondi ntużaw sabiex jinxtrara l-apparat neċessarju sabiex iċ-Ċentru seta' jiffunzjona.
Leg 9 PQ #36314 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Isla — Skola Primarja - Facilitator

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistax it-tifel li ismu qed jintbagħat separatament li jattendi r-raba' sena fl-iskola primarja ta' l-Isla u għandu diffikultajiet biex jitgħallem jingħata l-għajnuna li ntalbet f'Mejju 2002?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kap ta' l-iskola kitbet lill-SpLd Unit fil-21 ta' Ottubru 2002, dwar id-diffikultajiet li għandu dan it-tifel. L-assessjar ta' tfal li jiġu riferuti jsir skond 'waiting list'. Wieħed ma jridx jinsa li l-iskola wkoll għandha mezzi biex tieħu ħsieb u tgħin lil tfal b'diffikultajiet.
Leg 9 PQ #36672 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel ta' l-Istat. — Bdil ta' Uniformijiet.

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36198 dwar bdil ta' uniformijiet ta' l-iskola fl-iskejjel ta' l-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36674 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumpless tal-Marsa. — Pjanti ta' l-iżvilupp.

Question

B' riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija 35847, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' kif ser isir l-iżvilupp fil-kumpless tal-Marsa biex l-areas pubbliċi jkunu wkoll separati bejn dawk li jridu jipprattikaw l-isport u dawk li jmorru hemm biex jirrikreaw ruħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser ngħaddi kopja tal-pjanta mitluba lill-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #36678 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing club — Progett

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36406, jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż involuti f'dan il-proġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36679 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Arretrati lid-Dipartiment tal-VAT

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36139, jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' xiex kienu l-arretrati li kienu dovuti lid-Dipartiment tal-VAT?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35931 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema barranin jaħdmu mal-gvern illum u x'suġġetti jgħallmu? Minn liema pajjiż ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm għalliem temporanju wieħed barrani impjegat mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, li jgħallem l-Ispanjol. Hu jgħallem fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi, Naxxar, u ġej mir-Rumanija.
Leg 9 PQ #36298 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assenteiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom direttur fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni qed teħel multi regolarment b'disprezz tal-qorti għax mhix titla' quddiem it-tribunali dwar assenteiżmu skolasitku? Għaliex din id-direttur mhix titla' quddiem dawn it-tribunali? X'sar min-naħa tal-ministeru ta' l-edukazzjoni mal-kollega ministerjali tiegħu fil-qasam tal-ġustizzja u tal-gvern lokali biex tissolva din il-problema?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-fehma tiegħi fil-każijiet ġudizzjarji dwar assentejiżmu huma s-social workers inkarigati mill-każijiet konċernati li jiġu mħarrka biex jagħtu x-xhieda tagħhom u mhux id-Direttur li jmexxi d-Dipartiment responsabbli minn dawn is-servizzi. Is-Social Workers għandhom direttiva mill-Union tagħhom sabiex ma jattendu ebda seduta qabel ma jkun hemm ftehim dwar l-ilmenti mressqa mill-Union f'isimhom. Id-direttur konċernata qed teħel multi għax il-ħaddiema ma hux qed jitilgħu f'isimha, taħt direttiva tal-Union tagħhom. Qed isiru laqgħat bejn il-Ministeri konċernati biex tinstab soluzzjoni għall-problema kurrenti. Il-każijiet ġudizzjarji dwar l-assenteiżmu ser jingħataw il-konsiderazzjoni li tixirqilhom fi struttura u ambjent addattat. Bħalissa qed jitħejjew xi eżiġenzi amministrattivi biex tkun tista' titwettaq id-deċiżjoni meħuda.
Leg 9 PQ #36307 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Mater Dei

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti miktuba biex jattendu l-iskola Mater Dei? X'etajiet għandhom? Kemm fil-fatt jattendu regolarment minn dawn l-istudenti? Kemm hemm klassijiet f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa fl-iSkola Mater Dei hemm 9 studenti li jattendu l-iskola regolarment. L-etajiet tagħhom ivarjaw bejn 10 u 16-il sena.
Leg 9 PQ #36308 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Mater Dei

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema fl-iskola Mater Dei? Xi staff ieħor hemm f'din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Iskola Mater Dei bħalissa hemm żewġ għalliema. Wieħed minnhom iservi wkoll bħala "teacher in charge". Hemm ukoll:- 4 Għalliema peripatetiċi 1 Skrivan (Part-Time) 1 General Hand
Leg 9 PQ #36719 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Luċija Footbal Ground — Tfal tal-Mużew

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li jintlaħaq xi forma ta' arranġament sabiex it-tfal tas-soċjeta` tal-mużew f'Raħal Ġdid ikunu jistgħu jużaw il-ground tal-football f'Santa Luċija, stante li meta jmorru biex jilgħabu l-football nhar ta' Ħadd wara nofsinhar dan il-ground ikun dejjem magħluq?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva. Ser nitkellem ma' min hu involut biex nara l-arranġament dwar l-użu tal-ground tal-football f'Santa Luċija mit-tfal tas-soċjeta` tal-mużew f'Raħal Ġdid.
Leg 9 PQ #36817 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Diviżjoni ta' l-ommijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tfajliet attendew id-diviżjoni ta' l-ommijiet minn kemm din ilha mwaqqfa fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni? Jista' jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet tat-tfajliet u l-lokalitajiet li ġejjin minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Membru tirreferi għat-tweġibiet mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari numri 3948, 5094, 7657, 16459, 21858, 25509, 31914 u 35885.
Leg 9 PQ #35925 Sitting 811 2002-11-06 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Teaching Staff

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm teaching staff fl-universita'? Xi grad għandhom? Kemm minn dawn huma nisa u minn liema pajjiż ġejjin dawk li huma barranin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Universita` hemm: Teaching Staff: 531 full-time 316 part-time Il-gradi tagħhom huma: Professuri, Professuri Assoċjati, Letturi Anzjani, Letturi, Assistenti Letturi, Assistenti Riċerkaturi, Teaching Assistant. Nisa hemm: 149 full-time 71 part-time Il-pajjiżi minn fejn huma ġejjin: 2 mill-Irlanda, 1 mill-Belġju, Il-barranin huma dawn: 1 minn New Zealand, 1 minn Franza, 1 miċ-Cekoslovakkja, 1 mill-Polonja, 1 mill-Ingilterra, 1 minn Singapor. Kollha huma miżżewġin Maltin.
Leg 9 PQ #36262 Sitting 811 2002-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Postijiet Vakanti

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'vakanzi jeżistu bħalissa fil-livell ta' assistenti kapijiet ta' skejjel, kapijiet ta' skejjel, uffiċjali edukattivi, assistenti diretturi u diretturi mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni kemm f'Malta u kemm f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #36263 Sitting 811 2002-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Postijiet Vakanti — Subject Co-Ordinators

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'vakanzi jeżistu bħalissa fil-livell ta' subject co-ordinators fil-primarji u fis-sekondarji ta' Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-livell ta' Subject Co-ordinator fil-primarji hemm 20 post vakant. Fil-livell ta' Subject Co-ordinator fis-sekondarji hemm 6 postijiet vakanti.
Leg 9 PQ #36273 Sitting 811 2002-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema Complementary

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema complementary fl-iskejjel primarji, lokalita' b'lokalita'? B'liema kriterji jitqassmu l-għalliema complementary fl-iskejjel primarji? Kif jispjega li skejjel primarji f'inħawi bi tradizzjoni ta' problemi fil-litteriżmu u ta' tfal li jaqgħu lura għandhom inqas għalliema complementary minn skejjel f'inħawi oħra? X'inhuma l-kwalifiki ta' l-għalliema complementary li hawn fl-iskejjel primarji u x'esperjenza ta' xogħol għandhom fil-klassijiet tal-primarji? Kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji statali ta' Malta? X'inhuma l-kwalifiki tagħhom? X'inhuma l-etajiet tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' għalliema complimentary fl-iskejjel primarji huwa ta' 90. Lista lokalita` b' lokalita` kif mitluba mill-Onor. Membru qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-għalliema jitqassmu skond il-ħtiġijiet ta' l-istudenti in kwistjoni u fil-limiti tar-riżorsi umani li jkun hemm. Filwaqt li hemm inħawi li tradizzjonalment huma magħrufa għall-problemi fil-litteriżmu u ta' tfal li jaqgħu lura, madanakollu hemm inħawi oħra li għandhom huma wkoll il-problemi tagħhom li ma joħorġux daqshekk fid-deher. Għaldaqstant it-tqassim isir mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni skond ir-riżorsi umani u l-bżonnijiet partikolari ta' kull lokal. Dwar il-kwalifiki u l-esperjenzi tal-għalliema complimentary fil-livell primarju nirreferi lill-Onor. Membru għaċ-ċirkolari relevanti li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li hemm 989 għalliem fl-iskejjel primarji. Tagħrif dwar il-kwalifiki u l-etajiet tagħhom għad irid jinġabar.
Leg 9 PQ #36608 Sitting 811 2002-11-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada — Pembroke

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 36417, cioe`: B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 36185, jistax ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tax-xogħlijiet li ngħataw mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada lill-kumpannija Kalaxlokk Co. Ltd.?

Response (GALEA, LOUIS)

Minħabba l-interess li l-Onor. Membru, u ditti li fihom jista' jkollu interess, għandhom, u minħabba xogħolijiet li fihom huwa involut in konnessjoni ma' proġetti ta' skejjel, mogħti l-parir li l-informazzjoni ta' natura kummerċjali li qed jitlob l-Onor. Membru dwar kuntratti ta' xogħolijiet mogħtija lil ditta partikolari m'għandhiex titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36255 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom il-ministru oġġezzjona lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li jidderiġi l-orkestra nazzjonali fil-kunċert ta' l-Enemalta tant li wissa li jekk ma jinbidilx, hu kien se jxolji l-bord li jmexxi l-orkestra?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li diġa` tajt għal Mistoqsija Parlamentari 35416.
Leg 9 PQ #36258 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC — Sillabu l-Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu aċċettabbli li fis-sillabu SEC il-ġdid ta' l-istudji soċjali l-omosesswali u l-kriminali qed jitpoġġew fuq l-istess livell? Ma jaħsibx li dan imur kontra l-valuri ta' soċjeta' demokratika u miftuħa li jiċċelebra d-diversita'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat mill-MATSEC Support Unit li l-omosesswali u l-kriminali jissemmew fis-sillabu tas-SEC fl-istudji soċjali tal-2004 fis-sezzjoni dwar l-integrazzjoni soċjali. Għalkemm jidhru fl-istess test tas-sillabu, qatt ma kien il-ħsieb li dawn il-kategoriji soċjali jitqiesu fuq l-istess livell jew li jkunu assoċjati flimkien. Ġejt infurmat ukoll li biex ma jkunx hemm xi dubju dwar dan, fis-sillabu tal-2005, li ser joħroġ dalwaqt, il-kategoriji imsemmija ser jissemmew taħt ittri separati.