Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lukandi li għalqu diġa' matul din is-sena u kemm hu n-numru ta' dawk li mistennija jagħlqu sa l-aħħar tas-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru 2004, għalqu erba` lukandi.
Minn informazzjoni miġbura hemm possibilta illi sa l-aħħar ta' Diċembru, jagħlqu sitt lukandi oħra.
Inżid ngħid li hemm ukoll sittax il-proġett ta' estensjoni u ftuħ ta' lukandi ġodda fil-proċess u li l-valur stmat għal dawn il-proġetti jammonta għal iktar min LM 50,000,000.
Jista' il-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex organizzazzjonijiet sportivi jiġu mħajra jiġu Malta fix-xitwa biex jagħmlu t-taħriġ tagħhom hawn meta f'pajjiżhom ikun hemm temp ħażin? L-awtorita' tat-turiżmu qed tgħin biex ikompli jiġi żviluppat it-turiżmu sportiv fl-hekk imsejħa shoulder months? X'passi konkreti ħadet l-MTA f'dan il-qasam matul din is-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li għal ħafna snin l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ila taħdem mill-viċin mal-Kumitat Olimpiku Malti, kif ukoll ma' organizzazjonijiet sportivi, sabiex tippromwovi t-turiżmu sportiv, kif ukoll lil Malta bħala destinazzjoni għal ġrajjiet sportivi, kif ukoll l-użu ta' Malta għal training camps.
Fir-rigward ta' training camps, l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu ħadmet bi sħiħ mal-Kumitat Olimpiku Malti sabiex tipproduċi CD ROM, li tiġbor fiha l-faċilitajiet sportivi li joffru il-Gżejjer Maltin. Din is-sena is-CD ROM tqassmet lill-uffiċini barranin ta' l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu bħala mezz promozzjonali, filwaqt li l-Kumitat Olimpiku Malti kellu jibgħat l-istess CD ROM lil diversi Kumitati Olimpiċi Nazzjonali, sabiex jippromwovi l-użu ta' Malta bħala training grounds.
Kien hemm assoċjazzjonijiet li kisbu suċċess sostanzjali f'dan ir-rigward fid-dixxiplini rispettivi tagħhom.
Mill-passiġġieri li jidħlu fuq vapuri li jżuru l-Port il-Kbir, jista' il-Ministru jgħid kemm minnhom huwa stmat li jinżlu l-art? Qatt sar xi studju dwar ir-raġuni għaliex ma jinżlux iżjed l-art? Jekk sar, x'irriżulta? Jekk ma sarx, jista' jara li jsir biex wara jittieħdu l-passi meħtieġa biex inkabbru l-għadd ta' passiġġieri li jinżlu l-art u jżuru lil pajjiżna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni li toħroġ minn sample survey li sar mill-VISET din is-sena jirriżulta li 50% tal-passiġġieri abbord jagħżlu li jorganizzaw iż-żjarat tagħhom f'Malta permezz ta' excursions organizzati, 40% oħra jiżbarkaw u jagħmlu l-arranġamenti tagħhom, filwaqt li l-bilanċ ta' 10% jagħżlu li jibqgħu abbord il-vapur.
Din l-informazzjoni għandha tittieħed biss bħala indikattiva, għaliex saret biss fuq erba' vapuri, li kienu qegħdin iġorru total ta' 9,297 passiġġieri, li jirappreżentaw madwar 1% through put totali għal Malta għal din is-sena.
Matul ix-xhur tas-sajf, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jnaddfu l-bajjiet differenti ta' pajjiżna? Kemm tħallsu tax-xogħol li għamlu? Tħallsu tax-xogħol kollu jew għadhom ma ħadux il-ħlasijiet kollha dovuti? Kemm hemm ħlasijiet dovuti? Meta se jitħallsu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li jnaddfu l-bajjiet differenti ta' pajjiżna huwa ta' 90 persuna.
Dawn huma kollha ħaddiema tal-Gvern li dejjem tħallsu s-salarju tagħhom.
Jekk l-Onorevoli interpellant qed jirreferi għal ħlas ta' xi overtime qed jittieħdu passi biex l-overtime dovut jitħallas sa l-aħħar tas-sena.
Jista' il-Ministru jgħid bajja bajja, min għandu l-kuntratt biex inaddafha u f'kull każ kemm tħallas s'issa kull kuntrattur tat-tindif bajja bajja?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Irrid ngħid li dan il-ħlas hu għal makkinarju li jintuża biex jitnaddfu il-bajjiet u biex jinġarr l-iskart miġbur minn fuq il-bajjiet mill-beach cleaners tad-Dipartiment tat-Turiżmu.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx intenzjoni li jsiru aktar proġetti ta' ramel f'bajjiet fiż-żmien li ġej? Kemm huwa minnu li l-MTA se ġġib xi esperti barranin biex jimmoniterjaw l-bajja ta' San Ġorġ u jagħmlu rapport fuqha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tweġiba hi fin-negattiv għat-tieni mistoqsija, filwaqt illi l-Gvern qed jikkunsidra l-possibilta` ta' proġetti oħra simili għal dak li għamilna fil-Bajja ta' San Ġorġ.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati l-fdalijiet megalitiċi li hemm f'dawret il-Gudja, Ħal Luqa, wara li parti minnhom twaqqgħet minħabba inċident tat-traffiku?
Jista' jgħid għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien kollu minn naħa ta' Heritage Malta biex jagħmlu dan ix-xogħol meħtieġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali diġa bdiet il-proċeduri biex ir-restawr ta' dawn il-megaliti jiġi mwettaq. Bħalissa qed isiru l-preparamenti neċessarji għal dan il-għan. Ix-xogħol ikun jista' jibda wara li jkunu konklużi proċeduri legali li għadhom pendenti.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sabiex il-ħitan ta' l-imtalli, ix-shelters u l-katakombi fl-inħawi tal-Karwija, fejn qed tinbena skola ġdida, jiġu mħarsa u konservati tajjeb? Saru xi spezzjonijiet fuq il-post minn dawk konċernati? Jekk iva, meta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li f’Ottubru ta’ l-2001, id-Dipartiment tal-Mużewijiet kien għamel rakmandazzjonijiet lil MEPA fuq dan il-każ. Dawn ir-rakomandazzjonijiet għadhom meqjusa validi mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Dawn ir-rakkmandazzjonijiet kienu li:
a) Il-Ħajt storiku tal-matla għandu jiġi protett u konservat;
b) Ix-shelters tal-gwerra għandhom jiġu protetti u integrati fil-proġett;
c) Il-katakombi kienu il-barra minn dan il-proġett. Minkejja dan, kellhom ikunu imnadfa u protetti.
Dawn il-rakkmandazzjonijiet kienu aċċettati mill-MEPA u inklużi fil-kundizzjonijiet tal-permess. Kienu imposti ukoll garanziji finanzjarji biex dawn il-kundizzjonijiet ikunu rispettati.
Waqt li jkun qed isiru x-xogħolijiet marbuta ma’ dan il-permess, monitors magħzula minn kumitat tal-MEPA ser ikunu fuq il-post biex iżommu lill-awtoritajiet konċernati infurmati .
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew f'pajjiżna turisti matul ix-xahar ta' Awissu 2003 u f'Awissu 2004? Kemm hu stmat li nefqu flus f'pajjiżna f'dawk ix-xahrejn?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li skond iċ-ċifri pubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali ta' l-Istatistika, f'Awissu ta' l-2003, it-turisti li telqu minn Malta bl-ajru jammontaw għal 157,670 filwaqt li t-total ta' turisti li ġew bil-baħar jammontaw għal 9,442.
F'Awissu ta' l-2004 kellna 162,910 turisti li telqu minn Malta bl-ajru u 14,187 li telqu minn Malta bil-baħar.
Peress li l-mod ta' kif tinġabar l-istatistika tat-turisti li jiġu Malta bil-baħar inbidlet, iċ-ċifri tat-turisti li ġew bil-baħar fl-2003, ma jistgħux jiġu kkumparati direttament ma' dawk ta' l-2004.
L-infieq tat-turisti f'Awissu ta' l-2003 kien jammonta għal LM 71,047,694 u dan tela' għal LM 73,374,334 f'Awissu ta' l-2004, żieda ta' tlieta fil-mija.
Birgu — Palazz ta' l-Inkwiżitur - penny farthing bicycles
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnhom il-penny farthing bicycle u l-karrijiet antiki tal-mejtin? Meta tneħħew mill-Palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Birgu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-penny farthing bicycle u l-karrijiet antiki tal- mejtin qatt ma tneħħew mill-Palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Birgu. Dawn jinstabu merfugħin fil-kmamar ta' fuq tal-Palazz ta' l-Inkwiżitur.
Grant Scheme for Tourism Enterprises — Applikazzjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet, f'kull kategorija separatament, taħt l-iskema Grant scheme for tourism enterprises li ġiet imnedija dan l-aħħar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu taħt l-iskema sa l-ewwel data ta' skadenza (30 ta' Settembru 2004) huwa ta' 158, minn 154 intrapriżi differenti, imqassmin skond il kategoriji kif ġej:
22 Travel Operations (Destination Management Companies, Incoming Tourism Agents, Excursion Operators)
19 English Language Schools
15 Diving Operations
16 Restaurants
15 Bars/Kiosques
28 Hotels
8 Aparthotels
8 Guesthouse/Hostels
15 Farmhouses
3 Private Museums
4 Tourism Attractions
1 Private Tourism Training Institute
Festi ta' l-1 ta' Mejju — Ħaddiema li ħadu ħsieb il-preparazzjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jara li l-ħaddiema li ħadmu ħafna sigħat żejda bħala preparazzjoni għall-festi tal-1 ta' Mejju marbuta ma' sħubija fl-Unjoni Ewropea, jitħallsu ta' dan l-overtime? Meta se jsir dan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħlas ser isir fi żmien qasir.
B'riferenza għar-rapport ta' St. James Cavalier, sezzjoni "Income & Expenditure Statement for the year ended 31st December, 2003", jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-expenditure section, (page 18) fejn tgħid:
Direct expenditure of activities (52.204)
Staff costs (99.441)
Depreciation (7.705)
Audit fee (350)
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.
Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li l-low fare subsidiary tal-SAS Snowflake li bdiet ittir għal Malta ftit ilu, se twaqqaf it-titjiriet tagħha mid-Danimarka minn tmiem Ottubru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li Snowflake ser twaqqaf it-titjiriet tagħha fl-aħħar ta' Ottubru għad-destinazzjonijiet kollha inkluża Malta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ? Jista' jagħti breakdown ta' l-ispejjeż ta' kostruzzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-proġett tal Bajja ta' San Ġorġ s'issa sewa Lm 375,000.
L-ispejjeż kienu maqsumin kif ġej:
Rapport bix tħejja l-E.I.A. Lm 20,000
Produzzjoni ta' ramel, trasport mill-Ġordan għal Malta, trapsort mil-port għal-bajja, tifrix ta' ramel, sevizzi ta' wardens u security waqt it-tqegħid tar-ramel.Lm 239,500
Xogħolijiet ta' kostruzzjoni tal-water culvert, servizzi ta' inġinir għad-disinn tas-sistema ta' l-istorm water, sevizzi ta' periti għad-disinn ta' strutturi u għal project management, land surveysLm 95,000
Testijiet fuq samples tar-ramel, quality assurance fil-Ġordan waqt il-produzzjoni tar-ramel, environmental monitoring (meħtieġ skond il-permess għall-iżvillup), servizzi ta' konsulenza fuq aspetti ambjentali u ta' beach dynamics.Lm 17,000
Servizzi oħra, public relations, servizzi legali Lm3,500
Tajjeb li wieħed isemmi illi:
Din kienet l-ewwel darba li sar proġett ta' beach replenishment ġewwa Malta fejn bajja li ftit li xejn kienet tintuża ġiet trasformata f'bajja mfittxija mill-Maltin u t-turisti;
Aparti il-proġett innifsu, il-Ministeru u l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu ħadu ħsieb il-beach management tul is-sajf kollu. Din kienet l-ewwel darba illi ngħata dan il-livell ta' servizz ta' management ġewwa bajja;
Xogħolijiet fuq it-tieni fażi tal-proġett jinbdew fil-ġimgħat li ġejjien;
Entitajiet kummerċjali, inkluż dawk turistiċi, gawdew mhux ftit mill-attivita` li tiġġenera u li ser tkompli tiġġenera il-bajja tar-ramel il-ġdida. Nittama li dawn l-entitajiet jgħarfu japprezzaw il-ġid illi ġie iġġenerat permezz ta' investiment tal-Gvern.
Għawdex — Heritage Malta - Ħatra ta' co-ordinators
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu maħtura co-ordinators Heritage Malta f'Għawdex bħalma nħatru f'Malta u jekk se jinħatru, jista' jgħid xi kwalifki ntalbu jew se jintalbu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bħalissa Heritage Malta qegħda tibni l-istruttura tagħha. Ninsab infurmat li għadd ta' co-ordinators ser jinħatru f'postijiet fejn ġie deċiż li hemm il-ħtieġa. Fl-uffiċju ta' Għawdex ser jinħatru żewġ co-ordinators: wieħed Corporate Services u ieħor Public Programmes.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru enforcements min-naħa ta' l-MTA din is-sena? Fejn, f'liema stabbilimenti u min kienu l-uffiċjali li għamlu dawn l-enforcements?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li din is-sena s'issa ħarġu sittax-il enforcement notice u ġew imposti sitta u tmenin multa amministrattiva. Kien hemm każ wieħed li ntbagħat direttament lill-Pulizija.
Ma nħossx li jkun xieraq li nagħti tagħrif dwar dak mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija. Ovvjament l-infurzar sar kollu minn uffiċjal fid-Direttorat ta' l-Infurzar.
San Ġiljan — Proġett tal-bajja ta' San Ġorġ - ħaddiema
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fuq il-proġett tal-bajja ta' San Ġorġ? Xi grad għandhom? Jista' jagħti breakdown tas-salarji tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li min-naħa tal- Awtorita` Maltija għat-Turiżmu m'hemm l-ebda impjegat illi qed jaħdem full time fuq il-proġett. Il ko-ordinazzjoni tal-proġett hija waħda fost responsabiltajiet oħra li għandu mad-Direttorat tal-Ippjanar u l-Iżvillup tal-Prodott tal-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu.