Legislature:
Category:
Reset
Active:

Hompesch Road — Fgura

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flejjes intefqu fuq Triq Hompesch Fgura sal-ġurnata tal-lum, x'xogħol sar u x'jonqos li jsir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari Nru. 32708, jien infurmat li x-xogħol li sar s'issa huwa ta' road construction sa livell ta' base course, storm water culvert, xogħol ta' dranaġġ u xogħol ta' l-ilma. Jonqos isir l-aħħar kisi ta' tarmac sa kantuniera ma' Triq Carmel. Minn kantuniera ma Triq Carmel sal-mina ta' Ħompesch għadu ser jibda x-xogħol.

Triq Guzeppi Decelis — Birgu

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm flejjes intefqu fuq Triq Guzeppi Decelis Birgu sal-gurnata tal-lum u x-xogħol lisar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħlijiet li saru fi Triq Ġużeppi Decelis kienu ta' road works u ta' water services u dawn jammontaw għal Lm10,073.62.

Kunsill Lokali — Pembroke - Triq Suffolk

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministeru mindu rċieva petizzjoni mill-kunsill lokali ta' Pembroke dwar il-passi li hemm bżonn jittieħdu biex jitneħħa l-periklu eżistenti li hemm fid-dħul u ħruġ li hemm minn Triq Suffolk fl-akwati tal-Qasam tad-Djar San Patrizju għal Triq Sant Andrija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 31632.

Laneċ tas-Sajd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċertifikat ta' yachtmaster (offshore) certificate min-nautical school jkoprix il-liċenzja li ssuq lanċa tas-sajd ta' 26 metru skond il-liġijiet ta' pajjiżna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-Regolamenti ta' l-2001 dwar bastimenti zgħar jispeċifikaw li ħadd m'għandu jsuq kull tip ta' biċċa tal-baħar li titħaddem b'mutur b'qawwa ta' iżjed minn 100HP kemm il-darba ma jkollux liċenzja tal-baħar maħruġa mill-Awtorita' Marittima ta' Malta. Iċ-ċertifikat ta' Yachtmaster Offshore flimkien ma' ċertifikati oħra ta' Fire-Fighting u First Aid kif ukoll tipi oħra ta' kwalifiki maħruġa mill-Istitut Marittimu ta' l-MCAST jistgħu jwasslu għall-ħruġ ta' liċenzja tal-baħar kif stipulat fir-Regolamenti ta' l-2001.

Route Buses

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx importati route buses miċ-Ċina tul ix-xahar ta' Marzu, April 2002 li m'humiex super low floor?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Trasport Pubbliku qatt ma pprova jew awtoriżża l-importazzjoni ta' xarabanks li m'humiex super low floor jew low floor matul ix-xhur ta' Marzu u April ta' din is-sena.

Fgura — Cospicua Road

Question

Vera li wara li ngħata t-tarmac fil-parti ta' Żabbar road li qed tiġi rranġata, issa ser ikollu jerġa' jinqala' minħabba li jrid jiġi mgħoddi main min Carmel street, Fgura għal Cospicua road, Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li meta saru l-ewwel laqgħat għat-twettieq ta' Hompesh Road l-entitajiet kollha għaddew it-talbiet tagħhom għas-servizzi lid-Dirretorat u ma kien hemm l-ebda ndikazzjoni li jrid isir xi main fil-lokalita' msemmija. Waqt ix-xogħol id-Dirretorat għat-Toroq ġie nfurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ iddeċieda li jagħmel crossing tad-drenaġġ min-naħa għall-oħra tat-triq u fil-fatt qabbad kuntrattur tiegħu sabiex iwettaq dan ix-xogħol. Irriżulta illi peress li ltaqgħu ma' kwantita' ta' cables u servizzi oħra f'din il-lokalita' il-crossing ma setax jitqiegħed. Għalhekk id-Dipartiment tad-Drenaġġ iddeċieda illi main proposta issir aktar 'il fuq fit-triq max-xogħlijiet li għad iridu jsiru. L-asfalt tal-base course għalhekk kompla fit-tieni fażi tat-triq.

Proġett ta' Żabbar Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' Żabbar Road ser jitkompla minn fejn tiżblokka Carmel Str, Fgura sa l-mina ta' Hompesch? Jista' jipprovdi breakdown ta' l-ispejjeż li saru sa issa minn beda nbdiet tinbidel Zabbar Rd - Hompesh Rd mir-roundabout ta' ħdejn St Thomas Str, sa dik ta' ħdejn Carmel Str.

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol ser jasal sal-mina ta' Ħompesch. Il-breakdown tal-ħlasijiet li saru s'issa huma: Road Construction Works Lm80,568 Storm Water Culvert Lm22,559 Drainage Works Lm29,102 WSC Lm 8,718

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra jekk Triq Sa Ġwann, parti minn Triq il-Polverista, Triq il-Mitħna u Triq San Ġorġ ġewwa Bormla, hux se jsiru tul is-sena li ġejja u kemm dawn huma kkalkulati li ġejjin jiswew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħlijiet ser jitlestew din is-sena u fil-fatt, id-Direttorat diġa' ta l-kuntratti għal dan ix-xogħol. Ix-xogħlijiet ser jiswew Lm 59,211.00.

Speed tal-Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 32228 u cioe jista' l-Ministru jgħid tistax il-pulizija tieħu passi biex tissettja limiti ta' speed għall-karozzi li jgħaddu mill-Coast road minn Triq Sant Andrija u Baħar iċ-Ċagħaq u jitwaħħlu tabelli li juru l-limitu ssettjat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-limiti ta' speed tat-traffiku li jgħaddi minn Triq Sant Andrija u t-telgħa ta' Baħar iċ-Ċagħaq fiż-żewġ direzzjonijiet diġa' huma ssenjalati bit-tabelli li juru limiti ta' speed. Il-parti l-oħra tal-Coast Road hija regolata mill-limitu ta' speed stabbilit mill-Kodiċi tat-Traffiku.

Bini u Tiswija ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għadx hemm esperti barranin li qed jgħinu fil-bini u tiswija ta' toroq fil-gzejjer maltin? X'inhu l-ħlas u l-allowances li jingaħataw? Dawn l-esperti jagħmlu spezzjonijiet fuq it-toroq li jkunu qed isiru? F'dawn l-aħħar sitt (6) xhur mill-1 ta' Settembru kemm il-każ ta' xogħol ħażin u/jew dewmien esaġerat fix-xogħol ġew irrapurtati minn dawn l-esperti? F'liema toroq? X'passi ttieħdu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għad għandu l-esperti Ġermaniżi tal-GTZ jaħdmu miegħu biex jittejjeb ix-xogħol ta' disinn, bini u tiswija ta' toroq. Dawn l-esperti m'għandhomx rwol amministrattiv, u għalhekk għalkemm iżuru s-siti tax-xogħlijiet flimkien mal-periti tad-Direttorat biex dawn ta' l-aħħar ikomplu jistħarrġu, l-esperti ma jirrapurtawx b'mod amministrattiv fuq il-materji ndikati fil-mistoqsija parlamentari. Dwar il-ħlasijiet li l-Gvern jagħmel lill-GTZ skond it-termini tal-kuntratt, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi għar-risposta għal mistoqsija parlamentari Nru. 18648.

B'Buġia — Triq il-Gandoffla

Question

B'referenza għall-parti tan-nofs ta' Triq il-Gandoffla f'B'Bugia, jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb li din it-triq tinbena u tiġi mgħotija wiċċ bħall-kumplament tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32271.

Paola — Crash Barrier

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir crash barrier quddiem ir-residenza li l-parikolaritajiet dwarha jidhru separatament minn din il-PQ peress li mhux l-ewwel darba li daħlu fiha karozzi li jkunu għaddejjin minn din it-triq arterjali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li fil-ġnub tal-bieb tar-residenza msemmija mill-Onor. Interpellant hemm postijiet li jintużaw għal użu kummerċjali, tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-toroq biex jikkunsidra s-suġġeriment flimkien mal-Kunsill Lokali.

San Ġwann — Tomna Lane

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi minkejja d-djuq tagħha, Tomna Lane f'San Ġwann hija waħda mill ftit triqat fir-raħal li tintuża two way għat-traffiku, issa li twessgħet parti minnha li qatt ma ġiet asfaltata tistax' t-triq titwessa' kollha kemm hi u tiġi asfaltata għall-konvenjenza tar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-sidien ta' l-art li għadha ma ġietx żviluppata għandhom applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex is-sit tagħhom ikun żviluppat. Għalhekk d-Direttorat għat-Toroq ser ikompli jsegwi l-każ.

Imtarfa — Triq Leslie Randle

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għad-deċiżjoni li Triq Leslie Randle, tiġi one way meta tiflaħ sew li tibqa two ways bħal diversi toroq oħra fl-inħawi fl-Imtarfa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija gad-domanda parlamentari Nru. 32279.
Leg 9 PQ #32631 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Hompesch Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tielet parti tal-kustruzzjoni f'Hompesch road, mir-roundabout fejn taqsam Cospicua road, sal-mina ta' Żabbar, hix se titkompla? Jekk iva f'kemm żmien hu l-ħsieb li din il-parti titlesta? Meta din se tibda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-parti tat-triq li rreferiet għaliha l-Onor. Interpellanta hi parti mill-proġett u x-xogħol fiha ser jibda dalwaqt. Ix-xogħol hu mistenni li jitlesta' fi żmien għaxar ġimgħat. Tajjeb wieħed ifakkar li kieku ma kienx hemm ħafna ħela ta' ħin fil-Qrati mill-Kunsill Lokali Fgura, dan ix-xogħol sa issa kien ikun mibdi u kważi mitmum.

Santa Venera — Tirq Antonio Miruzzi/Triq Romeo Romano

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb li jiġu rranġati Triq Antonio Miruzzi u Triq Romeo Romano f'Santa Venera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li d-Direttorat għat-Toroq spezzjona t-toroq imsemmija rriżulta li parti żgħira biss minn Triq Romano għadha mhix asfaltata, u x-xogħol fiha jsir skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat. Fir-rigward ta' Triq Antonio Miruzzi, din hija asfaltata u għalhekk il-manutenzjoni tagħha jagħmilha l-Kunsill Lokali. Għal aktar informazzjoni dwar din it-triq, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Toroq — Ħlas ta' Kontribuzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jindirizza l-ilment ta' bosta residenti ta' Triq il-Port Hieles (parti ta' wara l-Knisja) u ċioe li t-triq tagħhom li għaliha ilhom 18-il sena li ħallsu l-kontribuzzjoni tiġi mibnija u tingħata wiċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qiegħed iħejji l-programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

B'Bugia — Triq Mons. Spir. Penza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta hemm li Triq Mons. Spir. Penza f'B'Buġia tiġi mibnija i mgħotija wiċċ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 16177.

B'Kara — Psaila Street

Question

Jista' l-Ministeru konċernat jiċċekkja l-bankina fi Triq Psaila, B'Kara speċjalment viċin il-flats tal-gvern għaliex il-bankina diġa' niżlet aktar baxxa mill-kerb jew bordura u qed jaqgħu n-nies?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jara l-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant.